Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel d-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
BOV La Valette Multi Manager Property Fund — Experienced Investors
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi rigward dawk l-investituri li investew fil-BOV La Valette Multi Manager Property Fund u ġew meqjusa bħala experienced investor? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew meqjusa bħala experienced investors?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Skond l-informazzjoni mgħoddija lilna mill-MFSA, l-investituri tal-La Valette Multi Manager Property Fund li kienu xtraw l-investiment mingħand il-Bank of Valletta plc u li ġew meqjusa bħala investituri ta’ esperjenza (experienced investors) wara li tlestiet ir-reviżjoni tal-fajls minn kumpanija ta’ servizzi professjonali, ġew innotifikati individwalment mill-bank li mhumiex intitolati għal kumpens addizzjonali skont id-direttiva maħruġa mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta lill-istess bank f’Ġunju 2012.
Id-definizzjoni ta’
investitur ta’ esperjenza
kienet stabbilita fil-prospett rilevanti u tbiddlet kemm ilu liċenzjat il-LVMMPF. Għaldaqstant, id-definizzjoni tiddependi mill-prospett li kien validu meta sar investiment. Id-definizzjoni fil-prospett ta’ Diċembru 2006 kienet tgħid hekk:
Investituri ta' esper
jenza huma dawk il-persuni li għandhom il-kompetenza, l-esperjenza u l-għarfien li jkunu f'qagħda li jieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti għalihom infushom u jifhmu r-riskji involuti.
Investitur għandu jiddikjara l-bażi li fuqha hu / hi tissodisfa din
id-definizzjoni, jew billi tikkonferma li huwa / hija:
1. persuna li tkun ħadmet fis-settur tas-servizzi finanzjarji għal mill-inqas sena f'kariga professjonali, jew,
2. persuna li tkun ilha attiva għal mill-inqas sena f'kariga professjonali, fl-akkwist u / jew fidi ta' fondi ta’ proprjetà immobbli u / jew f'titoli marbuta ma’ proprjetà immobbli, jew,
3.
persuna li, fl-aħħar 5 snin, għamlet transazzjonijiet ta' investimenti li jammontaw għal mill-inqas USD50, 000 jew l-ekwivalenti.
Fil-każ ta' żewġ Applikanti flimkien, l-Applikanti kellhom jew:
(i)
investew separatament, fl-aħħar 5 snin, transazzjonijiet ta' investiment li jammontaw għal mill-inqas is-somma jew l-ekwivalenti ta’ USD50, 000, f'liema każ kull applikant kellu jissoddisfa l-krite
rji ta’ investitur ta’ esperjenza, jew,
(ii)
investew flimkien, fl-aħħar 5 snin, tran¿azzjonijiet ta’ investimenti mwettqa konġuntament, fl-aħħar 5 snin, transazzjonijiet ta 'investiment li jammontaw għal mill-inqas is-somma jew l-ekwivalenti ta’ USD50, 000, f’liema każ, sakemm kienu l-istess applikanti flimkien, kienu jissoddisfaw il-kriterji ta’ investitur ta’ esperjenza b’mod konġunt.
Aktar tagħrif, inkluż ir-rapport tad-ditta ta’ servizzi professjonali, jista’ jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (www.mfsa.com.mt).
Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tnaqqis fl-income tax għal dawk li jaqilgħu sa massimu ta’ €60,000 li kien tħabbar fil-preżentazzjoni tal-Budget 2013 f’Diċembru 2012, li kellu jidħol fis-seħħ fl-2014 (29%) u fl-2015 (25%), se jidħol kif kien imħabbar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq nikkonferma illi t-tnaqqis fir-rati tat-taxxa tad-dħul se jidhlu fis-seħħ kif tħabbru fl-aħħar bagit.
Bank Ċentrali — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta huma:
Il-Professsur Josef Bonnici bħala Chairman; is-Sur Alfred DeMarco, Deputat Gvernatur; is-Sur Victor Busuttil, is-Sinjura Antoinette Caruana u s-Sinjura Philomena Meli bħala Diretturi mhux Eżekuttivi.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari W230 tal-2011 u 18058 tal-2010 u nikkonferma li r-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord ma nbidlux mit-tweġiba mogħtija għal dawk il-mistoqsijiet.