Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għall-Isport – impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-impjegati part-time ingaġġati mal-Kunsill Malti għall-Isport mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? F'kull każ jista’ jagħti l-kariga li fiha kien impjegat kull individwu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Fuq parir tal-Uffiċju tal-Protezzjoni tad-Data, dan it-tagħrif mhux qiegħed isir pubbliku. Kopja ta' din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.

Kunsill Malti għall-Isport — riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm aktar riżenji mill-Kunsill Malti għall-Isport fl-aħħar ġimgħat apparti dik taċ-chairman?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ma kienx hemm aktar riżenji.

Pixxina nazzjonali – memberships

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' memberships jinġabru mill-użu tal-faċilitajiet ġewwa l-pixxina tal-Qroqq? Jista’ jgħid x'kien l-ammont li nġabar għal kull faċilità matul is-sena 2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-pixxina f'Tal Qroqq fl-2012 kien hemm membership għall-użu tal-pixxina kif ukoll għall-użu tal-Fitness Centre. Matul l-2012, il-Kunsill Malti għall-Isport kellu dħul ta' €69,703 għall-użu tal-pixxina biss u €168,018 għall-użu tal-Fitness Centre, li fil-maġġoranza tagħhom kienu jinkludu wkoll l-użu tal-pixxina.

Pixxina nazzjonali – awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx awditjar separat għall-pixxina tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta kien l-aħħar rapport li sar, u allura jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-awditjar isir għall-Kunsill Malti għall-Isport kollu u ma jsirx awditjar separat għall-Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq.

Tal-Qroqq – leasing tal-kumpless

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm partijiet mill-kumpless f'tal-Qroqq li hu leased? Jista' jgħid lil min huma leased, x'inhu l-użu li qed isir minnhom u x'qed jitħallas fis-sena għall-użu tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina nazzjonali — apparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min jappartjenu l-apparat li jintuża fil-pixxina bħal blocks, IT system, score, timing clocks eċċ.? Jekk huma proprjetà tal-Kunsill Malti għall-Isport jista' jgħid jekk għadx hemm ħlasijiet pendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-apparat imsemmi huwa propjeta' tal-Aquatic Sports Association (ASA) u mhux tal-Kunsill Malti għall-Isport. Madanakollu, permezz ta' assistenza lil din l-assoċjazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Isport għen sabiex dan l-apparat seta' jinxtara.

Pixxina nazzjonali — kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru kirjiet tal-pixxina matul is-sena 2012, bħal ngħidu aħna għal ġbid ta’ film? Lil min inkriet, u kemm inġabar minn din il-kirja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2012, saru 22 kirja tal-pixxina. Dettalji tal-kirjiet u kemm inġabar minn kull kirja huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina nazzjonali — reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reklami li għadhom validi u għad hemm kuntratt għalihom fil-pixxina f'tal-Qroqq? X'inġabar matul is-sena 2012 minn dawn ir-reklami, u kemm minnhom kienu dovuti lill-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-uniku spazju ta' riklamar amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport huwa l-iscreen li hemm fuq barra tal-Kumpless li jagħti għat-triq, filwaqt li r-riklamar madwar il-pixxina huwa kollu amministrat mill-ASA. Matul l-2012, permezz tar-reklamar fuq dan l- iscreen , il-KMS kien dovut li jdaħħal €5000.

Università ta' Malta – proġetti Ewropej — ERDF u ESF

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-Università ta' Malta mill-2004 sal-lum? Liema huma l-proġetti u kemm kien jiswa l-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST – proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-MCAST mill-2004 sal-lum? Liema huma dawn il-proġetti u kemm kien jiswa kull proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta – fondi Ewropej għar-Riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi Ewropej gawdiet l-Università ta' Malta biex issir riċerka? Jista' jingħata dettalji dwar r-riċerka li saret u kemm kien hemm fondi allokati għal kull proġett ta' riċerka?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

early school leavers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu n-numru ta' early school leavers ta' 17-il sena mill-2008 sa 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta, sena b'sena mill-2008 s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta sena b'sena mill-2008 s'issa kien kif ġej:- 2007/2008 - 2684 2008/2009 - 2759 2009/2010 - 2780 2010/2011 - 2893 2011/2012 - 3243

MCAST — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST, sena b'sena mill 2008 s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-MCAST sena b'sena mill-2008 s'issa huwa kif ġej:- 2008/2009 - 1926 2009/2010 - 2197 2010/2011 - 2486 2011/2012 - 2485

Università ta’ Malta – operat u kuntratti dwar indafa u iġjene

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-kuntratti u l-operat ta’ min jieħu ħsieb l-indafa u l-iġjene fl-Università ta’ Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li wara li skada l-kuntratt ta' min kien jieħu ħsieb l-indafa u l-iġjene fuq barra fl-Universita' ta' Malta, ħarġet tender u l-kuntratt ingħata lil kuntrattur differenti.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Isport saret minn meta ġiet kostitwita, u jgħid ukoll x`kienet l-attendenza ta’ kull membru f’kull laqgħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport iltaqgħet disa' darbiet qabel ix-xahar ta' Awwissu u darba fix-xahar ta' Settembru - total ta' għaxar laqgħat. L-attendenza tal-membri kienet massima ħlief għall-eżenzjonijiet li ġejjin għal raġunijiet aċċettati mill-Kummissjoni: Paul Stoner - erba' darbiet (13 ta' Ġunju; 20 ta' Ġunju; 04 ta' Lulju u 19 ta' Settembru) Alessandra Pace - tlett darbiet (20 ta' Ġunju; 27 ta' Ġunju u 19 ta' Settembru) Angiolino Sciberras - darba (04 ta' Lulju).

manteniment u tisbiħ ta’ skejjel — Spiża

Question

Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li l-ispiża ta’ manteniment u tisbiħ ta’ skejjel li sar dan is-sajf laħqet il-15-il miljun ewro u l-għada l-Ministru tal-Edukazzjoni semma l-figura ta’ 13-il miljun ewro, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet fil-fatt in-nefqa eżatta li saret matul dan is-sajf?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija PR2034 tal-24 ta' Settembru 2013 fejn ingħatat spjegazzjoni dwar in-nefqa ta' manteniment u tisbiħ ta' skejjel.

Fondazzjoni Skejjel t’Għada – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mill-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada fl-iskejjel bħala parti mill-programm ta’ tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista’ jagħti lista dettaljata skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta’ manteniment li sar, u minn min sar? Jista’ jgħid liema xogħol sar permezz ta’ direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li minbarra x-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, saru xogħlijiet oħra fl-iskejjel mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, li huma nklużi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4316.

Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mid-Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel, fl-iskejjel kollha, bħala parti mill-programm ta' tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista' jagħti din il-lista dettaljata, skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta' manteniment li sar u minn min sar? Jista' jgħid liema xogħol sar permezz ta' direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tinkludi wkoll ix-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif elenkati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4315.

manteniment u tisbiħ ta’ skejjel — rapporti mill-periti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellhom jitlestew sal-aħħar ta' Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manteniment tal-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2782.