Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ użura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ użura f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ persuni li tressqu fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ Malta, b’akkuż relatati ma’ użura tul dawn l-aħħar snin huma s-segwenti: Sena Total 2010 6 2011 3 2012 7 2014 2 2015 5 Mill-2010 tressqu dawn il-persuni akkużati b’użura fil-Qorti ta’ Għawdex: Sena Total 2010 0 2011 0 2012 0 2013 2* 2014 0 2015 0 *Jirrigwardaw l-istess każ.

Ċittadinanza b’Investiment — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-ċittadinanza li saru bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015 taħt il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu u jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ċertifikati ta’ ċittadinanza maħruġa mill-Ministru?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema proġetti kapitali ser ikun qed iwettaq il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa matul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti li ser ikunu qed jingħataw priorità fl-2016 huma dawn: · Dwal ornamentali fi Triq il-Parroċċa; · Skemi ta’ dwal ġodda fil-parti t’isfel ta’ Triq Għajn Żejtuna, Triq il-Qasab, u x-Xatt ta’ Santa Marija; · Servizzi, bankini u asfaltar mill-ġdid fi Triq il-Klamari, Triq it-Tunnaġġ, Triq il-Kaħli u Triq it-Tumbrell; · Restawr tal-Batterija ta’ Westreme (Muzew tat-Tunnara); · Kostruzzjoni ta’ culverts għall-ilma tax-xita fi Triq il-Qortin u fi Triq Għajn Żejtuna; · Tisbiħ tat-taraġ fi Triq il-Mitħna l-Qadima u Triq Sant’ Anna flimkien ma’ titjib fl- aċċessibilita` fi Triq Sant’ Anna k/m Triq Ġorġ Borg Olivier; · Introduzzjoni ta’ bandli ġodda u safety carpet fi Ġnien il-Qigħan; · Żvilupp ta’ ġnien pubbliku fuq art konfinanti minn Triq l-Etna, Triq Mons. Franġisk Xuereb u Triq l-Għasel; u · Restawr ta’ ħajt fi Triq il-Marfa u taraġ li jgħaqqad għal Triq Dun Franġisk Sciberras.

Kunsill Lokali Mellieħa – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attivitajiet Iljieli Mellieħin u Milied Mellieħi organizzati mill-istess Kunsill bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2015 sena b’sena b’mod separat?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid – pjazza — siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mħawwla mill-ġdid is-siġar li se jinqalgħu mill-pjazza ta' Raħal Ġdid (Paola) biex ikun jista' jsir il-proġett tal-pjazza li se jibda fil-ġranet li ġejjin?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija separatament mill-Ministeru tiegħi jew minn xi dipartiment, entità, fondazzjoni, kumpanija, korporazzjoni jew awtorità taħt il-Ministeru tiegħi.

Ħaż-Żebbuġ – Triq Frans Sammut — żibel

Question

Jista’ l-Ministru jara li fi Triq Frans Sammut Ħaż-Żebbug jitwaħħlu tabelli kif ukoll jekk hemm bżonn surveillance cameras sabiex tittieħed azzjoni u ma jibqax jinġema’ żibel mal-iskips, kif juru d-dokumenti annessi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ huwa konxju ta’ din il-problema ta’ rimi bla rażan li hemm madwar il-bring-in-sites ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Għaldaqstant laħaq ftehim mal-kumpanija Greenpak li hija inkarigata li tnaddaf dawn is-sites sabiex jiġu installati cameras li jkunu qed jissorveljaw erbgħa u għoxrin (24) siegħa kuljum din iż-żona. Bħalissa diġa twaħħal l-arblu u d-distribution box filwaqt li din il-ġimgħa ressaq l-applikazzjoni sabiex jingħata s-servizz tad-dawl.

Atti Kriminali — immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il att kriminali ġie rrapurtat li seħħ minn immigranti irregolari sena b'sena mill-2013 'l hawn? Jista’ jgħid x'tip ta’ reat seħħ għal kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Atti kriminali ma jiġux rappurtati lil Qorti ta’ Malta jew lill-Qorti ta’ Għawdex iżda jiġu rappurtati lill-Pulizija.

PBS — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, matul l-2014, kienx hemm ħaddiema fi ħdan il-PBS, li ħadmu siegħat li ma kienux jinkludu rest breaks, kif mitlub mil-liġijiet tax-xogħol? Jekk iva, kemm kien hemm ħaddiema li ħadmu b’dan il-mod?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 il-ħaddiema tal-PBS ħadu r-rest breaks kif intitolati fil-Ftehim Kollettiv viġenti.

Kunsill Lokali Valletta — ġbir ta' skart imħallat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, kemm tħallas għall-ġbir ta' skart imħallat għal kull ġabra fis-snin 2011 sal-aħħar tal-2015? Min aġġudika t-tender tal-ġbir tal-iskart li ħarġet fl-2012 u min ta l-parir lill-Kunsill Lokali biex jieħu tali deċiżjoni? Kemm mill-ħlasijiet saru waqt li ma kien hemm ebda kuntratt in vigore dwar l-istess ħaġa u għala tneħħew il-kontenituri ta' skart imħallat tar-ristoranti u tpoġġew ta' kuntratt wieħed u min qed iħallas il-kirja tagħhom? Kemm-il tunnellata żejda ta' skart imħallat qed jidħol il-Wasteserve iżjed mill-allokazzjoni fl-istess Kunsill Lokali Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin biex tinġabar u għalhekk tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Problema ta’ ID Cards – każ ta’ persuna

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22513 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq ID cards?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ġie kkuntatjat minn uffiċċjal mill-Ministeru tiegħi u l-każ tiegħu qed jiġi eżaminat.

Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati – ftehim milħuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun implimentat il-ftehim milħuq bejn l-Assoċjazzjoni tal-Imallfin u tal-Maġistrati u l-Gvern fil-5 ta’ Diċembru 2012 li kien jipprovdi, fost oħrajn, li l-kariga tal-Imħallef u Maġistrat tkun kariga pensjonabbli, titjib fil-pakkett finanzjarju tal-Ġudikatura u li l-età tal-irtirar tkun 68 sena flok 65 sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor Interpellant għaddejjin taħditiet bejnietna t-tnejn sabiex il-bidliet Kostituzzjonali li l-Partit Laburista wiegħed fil-programm elettorali tiegħu u li ħafna minnhom jirrikjedu maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dina l-Kamra biex jiġu implimentati jkunu jistgħu jiġu implimentati matul din il-leġiżlatura stess. Dawn huma: 1) metodu ta' ħatra tal-Ġudikanti; 2) accountability tal-Ġudikanti; 3) kundizzjonijiet aħjar għall-Ġudikanti Nista' nirrapporta li s'issa t-taħditiet huma pożittivi.

Konverżjoni ta’ ċens temporanju għal wieħed perpetwu

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13523 u 17193, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-abbozz ta’ liġi li rrefera għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523 biex ikun hemm soluzzjoni legali u bilanċ legali wara s-sentenzi kostituzzjonali li ddikjaraw l-artikolu 12(4) tal-Kap.158 li jikser sija l-Kostituzzjoni u sija l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u b’hekk eluf ta’ familji Maltin ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Membru qed jiġi informat illi x-xogħol fuq l-intervent leġislattiv propost għadu għaddej.

Tas-Sliema – Monument ta’ Sri Chinmoy

Question

Peress li l-monument ta’ Sri Chinmoy fuq il-promenade ta’ Tas-Sliema mhux welcomed, jista’ l-Ministru jgħid x’politika għandu dan il-Gvern fuq monumenti simili li jistgħu jitwaħħlu u li ma jkunux aċċettabbli? Il-Kunsill Lokali ġie kkonsultat? Jekk iva, x’kienet ir-reazzjoni tal-kunsill? Bħala Gvern li jisma’, u għan-nom ta’ 630 residenti, jista’ jara li dan il-monument jitneħħa u jidħlu r-regolamenti tal-kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli lokali – persuna inkarigata minn public policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikollu persuna trasferita miegħu fuq bażi ta’ public policy? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra

Ix-Xlendi – twaħħil ta’ railing

Question

B’referenza għar-risposta tal-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 23170, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitwaħħal ir-railing fix-Xlendi li jagħti għal fuq il-Wied il-Kantra u li parti minnu inqala’ f’inċident li fih truck spiċċa fil-wied madwar seba’ xhur ilu? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex il-Kunsill Lokali tal-Munxar jara li dan il-periklu jitneħħa immedjatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li l-inċident seħħ f’Awwissu 2015. Sid il-vettura intalab kemm-il darba mill-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi sabiex jirranġa l-ħsara mingħajr dewmien. F’Novembru 2015 il-Kumitat Amministrattiv kien infurmat li l-ħsara ser titħallas mill-insurance tal-vettura u li l-Kumitat irid jagħmel talba lill-istess insurance. Sid il-vettura ntalab iġib stima sabiex il-Kumitat jagħmel claim lill-insurance. Din l-istima waslet għand il-Kumitat Amministrattiv fit-18 ta’ Jannar 2016 u fil-laqgħa tal-Kumitat li saret fis-19 ta’ Jannar 2016 kien deċiż li l-Kumitat jagħmel claim lill-insurance tas-sid tal-vettura. Infurmat li l-claim ser issir fil-ġranet li ġejjin. Il-kunsill mhux ser jagħmel il-ħajt qabel ma jissetilja l-kwistjoni mal-insurance. Intant infurmat li l-Pulizija għalqet din il-parti tar-railings bil-barriers tal-ħadid biex ikun evitat kull periklu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija separatment mill-Ministeru tiegħi jew minn xi dipartiment, entità, fondazzjoni, kumpanija, korporazzjoni jew awtorità.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni għall-2016

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22796 u ċjoè jgħid kemm hi l-allokazzjoni li ser jieħu kull Kunsill Lokali għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm żdied kull Kunsill Lokali fuq is-sena 2015? Jista’ jgħid l-allokazzjoni totali kemm hija persentaġġ tal-baġit totali tal-Gvern u kemm hija persentaġġ tal-GDP tal-pajjiż?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li turi l-allokazzjoni mogħtija lil kull Kunsill Lokali għas-snin 2015 u 2016 u d-differenza bejn it-tnejn. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali fl-2015 hija 0.37% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għall-2015, filwaqt li l-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali fl-2016 hija 0.36% tal-GDP tal-pajjiż ghall-2016. Minkejja li wieħed jinnota li hemm tnaqqis marġinali fil-persentaġġ, tajjeb li nirrimarka li l-allokazzjoni żdiedet bi 3.1% fl-istess perijodu. Allura dan it-tnaqqis marġinali huwa rikonduċibbli għar-rata nominali fiż-żieda tal-GDP ta’ 6.2% li tikkonferma kemm pajjiżna għandu ekonomija b’saħħitha. Rigward il-persentaġġ tal-allokazzjoni lill-kunsilli lokali kkomparati mal-infieq totali tal-Gvern, insibu li meta titqies in-nefqa li tiġi approppjata mill-Fond Konsolidat, għas-sena 2015 din kienet ta’ 0.84%, filwaqt li r-rata li dik għall-2016 hija 0.87 fil-mija. Jekk għall-iskop ta’ dan l-eżerċizzju nikkunsidraw in-nefqa totali skont ir-Rapporti Finanzjarji tat-Teżor, allura il-persentaġġ għall-2015 kien ta’ 0.75% u għall-2016 huwa ta’ 0.76%.

Segretarju Parlamentari — Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22795 u ċjoè jgħid kemm-il laqgħa kellu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru tiegħu ma’ Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin kemm ilu fil-kariga? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma’ liema Kunsilli Lokali jew Kumitati Amminstrattivi saru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni diġa ngħatat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 23071.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21698 u jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-karozza uffiċjali tal-eks-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici li kien responsabbli mill-qasam tal- Ġustizzja bejn l-1 ta' Jannar 2008 u Diċembru 2012 kienet Citroen Hatchback Private Class 5 mixtrija bin-numru ta’ reġistrazzjoni GVN 511. Dina nxtrat f’Settembru tal-2005 u swiet €29,480.55. Għal xi żmien fl-2008, il-Ministru Mifsud Bonnici kien jagħmel użu mill-karozza Volkswagen Passat Saloon bin-numru GBB 886 li kienet mixtrija f’Novembru tal-1999 - informazzjoni dwar kemm kienet tiswa din il-karozza ma setgħatx tinstab. Matul l-2012, issuċċedieh f’dan il-portafoll l-exMinistru Chris Said li kien jagħmel u¿u mill-karozza bin-numru GVP 518. Din kienet karozza mixtrija f’Ottubru tal-2004 – informazzjoni dwar kemm kienet tiswa din il-karozza ma setgħatx tinstab. L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza, GVN511, bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u Dicembru 2012 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta ghal €14,686.37. L-ispiza fuq tiswijiet tul l-istess perjodu ghal karozza GBB886 kienet ta’ €1586.31. L-ispi¿a fuq it-tiswijiet biss għaż-żewġ karozzi imsemmija hawn fuq kienet ta' €14,856.68. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat ghal €1,416. L-ispiza fuq il- fuel ghall-karozza uffiċjali tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u Diċembru 2012 kienet ta’ €12,017.83. Din tinkludi t-tlett karozzi. Fl-istess perjodu ingħataw 10,831.45 litri ta’ fuel lil dawn l-istess karozzi. Informazzjoni dwar l-ispiża fi fuel għall-karozzi li inkrew minflok il-karozza uffiċjali tal-Ministru ma setgħatx tinstab. Minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 il-karozza uffiċjali tal-ex-Ministru Chris Said kienet Audi A4 Diesel. Din il-karozza kienet mikrija u l-ispiża kienet ta’ €725 fix-xahar. L-ispi¿a fuq il-fuel ghall-karozza uffiċjali tal-Ministru bejn Jannar 2013 sa Marzu 2013 kienet tammonta ghal €1,039.06. Il-karozzi uffiċjali tal-Ministru kienu Toyota Avensis bin-numru ta’ reġistrazzjoni DQZ521 minn Marzu 2013 sa’ Settembru 2013, u Alfa Romeo 159 Saloon bin-numru ta’ reġistrazzjoni JBC572 minn Settembru 2013 sa’ Diċembru 2015. It-Toyota Avensis kienet mikrija għal prezz ta’ €35.40 kuljum, vat inkluż, filwaqt li l-Alfa Romeo inxtrat f’Awwissu tal-2010 għal prezz ta’ €27,670.26. L-ispiża totali fuq tiswijiet fuq il-karozza JBC572 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha waqt it-tiswija kienet tammonta ghal €8,894.79. L-ispiża fuq it-tiswijiet biss għal karozza imsemmija hawn fuq kienet ta' €4,606.19. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat ghal €4,288.60. L-ispi¿a fuq il-fuel għall-karozzi uffiċjali tal-Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015 kienet ta’ €10,245.81, u li minnhom, €326.37 kienet l-ispiża għal fuel għal karozzi li nkrew minflok il-karozzi uffiċjali tal-Ministru waqt li din kienet għat-tiswija. Fl-istess perjodu ingħataw 7,301.17 litri ta’ fuel lil dawn il-karozzi.