Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-ministeru tiegħu biex jiġi nstallat meter tad-dawl fil-parti komuni - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - u dan meta r-residenti ta' dan il-blokk tal-gvern ilhom jgħixu f'din il-binja għal aktar minn għaxar snin mingħajr elettriku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - fi ħdan id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedji qed joffri d-dipartiment lil din il-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Peress li n-numru ta' każijiet tal-kondizzjoni mitochondrial mypothy hu żgħir ħafna, jista' il-Ministru jikkonsidra li l-kura tagħha (li tikkonsisti Co-enzyme 10) tidħol taħt l-Iskema 5)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Sigurta' soċjali — Persuna dikjarata tajba għax-xogħol
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għadha ma rċevietx ir-raġuni għalfejn ġiet dikjarata tajba għax-xogħol u x'rimedju għandha kontra tali deċiżjoni meta din il-persuna hija dikjarata invalida għal diversi raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-5 ta’ Novembru 2003.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-handy-man matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm 1,024 anzjan li għamlu użu mis-servizz tal-handyman provdut mid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li ilha snin kbar applikata għal social housing għaliex tgħix f'post kerrejja u li huwa sub-standard, sa llum għadha ma ġietx allokata post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jarax li hemm kwestjoni ta' saħħa u sigurta' ta' terzi nvoluti meta crane bi planki jgħaddi minn fuq soqfa ta' nies biswit il-lant tax-xogħol? X'qed tagħmel l-awtorita' biex tassigura l-massimu tas-sigurta' f'każijiet bħal dawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-Att dwar l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, huwa l-obbligu ta’ min iħaddem li jiżgura s-saħħa u s-sigurta’ tal-persuni kollha li jistgħu jiġu effettwati bix-xogħol li jkun qed isir għal dak il-prinċipal.
Fid-dawl ta’ dan, l-attivita’ msemmija mill-Onor. Interpellanti taqa’ taħt il-provedimenti ta’ l-imsemmi Att u min qed iħaddem irid jieħu dawk il-miżuri neċessarji kollha biex jiġu kontrollati r-riskji anki lil terzi.
L-Awtorita’ tinvestiga rapporti ta’ xogħol li jkun jidher li qed ipoġġi s-saħħa u s-sigurta’ ta’ xi persuna f’riskju u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tgħaddili, anki b’mod kunfidenzjali, aktar dettalji dwar il-każ biex jiġi nvestigat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tingħata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex korrett ġaladarba din il-persuna lanqas baqgħet tagħmel xogħol part-time mis-16 ta' Ottubru, 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi gradi ta' impjegati hemm nieqsa fir-residenza San Vinċenz de Paule u fi djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz u fid-Djar ta’ l-Anzjani hemm vakanzi fil-grad ta’ deputy nursing officer, enrolled nurse u engineer u li d-Dipartiment konċernat qed jieħu l-passi biex jimla dawn il-vakanzi.
Sigurta' soċjali — Persuni li jirċievu servizz ta' inkontinenza
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-servizz ta' inkontinenza, kemm għandhom eta' u minn liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk li jgawdu mis-servizz indikat jgħixu fid-diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Rabat — Għajn Qajjed HE - Xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Blk D
Question
Jista' id-dipartiment tal-housing jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa ta' manutenzjoni fuq il-bejt ta' Blk D, Dr 4, Għajn Qajjed HE, Rabat? Peress li ninsabu resqin lejn ix-xitwa, jista' jagħmel dan immedjatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjonijiet minn priġunieri
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordina li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema lokalitajiet ġejjin u għal liema lokalitajiet qed juru preferenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu żewġ applikazzjonijiet minn persuni residenti fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin. Dawn l-applikanti ġejjin mill-Gzira u l-Ħamrun u t-tnejn urew preferenza għall-Belt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha postijiet l-awtorita' tad-djar bil-kiri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar tbiegħ l-appartamenti mibnija minnha waqt li l-kera ta’ appartamenti jsir mid-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali. L-Awtorita tad-Djar tgħin lil diversi Non Government Organisations billi tikri numru żgħir ta’ fondi lil dawn l-organiżżazzjonijiet sabiex nies b’diżabilita’mentali jew fiżika jiġu integrati lura fis-soċjeta’. Fondi oħra jiġu mikrija lill-NGOs oħra sabiex jintużaw bħala uffiċċini. Bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qiegħda tikri 48 fond f’diversi lokalitajiet ta’ Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ommijiet mhux miżżewġa llum f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.
Iżda ninsab infurmat li skond statistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar persuni li jirċievu l-Allowance għat-Tfal, in-numru ta’ ommijiet mhux miżżewġa li kienu qed jirċievu din l-Allowance f’Settembru 2003 kien ta’ 1,861.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families fuq ir-relief illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Iżda ninsab infurmat li hemm 1,194 ġenituri singli mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skond il-provedimenti tas-subartikolu 7 ta’ artikolu 30 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kem hawn familji li sal-lum għadhom ma ħadux iċ-children's allowance tax-xahar ta' Lulju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ applikanti li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom fil-ħin u setgħet tinħadmilhom u għadhom ma rċevewx l-Allowance tat-tfal għax-xahar ta’ Lulju 2003 huwa ta’ 767.
Barra dawn, hemm 798 li l-applikazzjoni tagħhom waslet f’Settembru u Ottubru kif ukoll 600 applikant ieħor li l-applikazzjoni tagħhom kellha tintbgħat lura fl-uffiċċju distrettwali u b’hekk ma setgħetx tinħadem.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jippubblika l-pjanijiet tiegħu dwar ir-reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2756 f’Seduta Numru 58, ninfurmah li meta l-pjanijiet jiġu finaliżżati dwan ikunu pubblikati fil-mument opportun.