Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22115 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Tracer Study

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tat-tracer study li sar fuq studenti ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif għidt waqt li kont qed nitkellem fid-dibattitu dwar l-Estimi tal-Ministeru tat-Turiżmu parti biss mit-tracer study hi lesta u għad fadal xi jsir fuq fażijiet oħra. Jekk l-Onor. Membru sodisfatt b’dak li għandi s’issa lest inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22116 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut ta' l-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi fil-kuntest tal-kulleġġ ġdid ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? X'relazzjoni se jkun hemm? X'opportunita' se jkollhom l-istudenti ta' l-Istitut ta' l-Istudju Turistiċi biex igawdu mill-korsijiet tal-kulleġ il-ġdid?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif jaf l-Onor. Interpellant l-I.T.S. hu l-uniku istituzzjoni edukattiva tal-Gvern li m’hijiex taħt ir-risponsabilita’ tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. M’hemm l-ebda pjan li s-sitwazzjoni tinbidel.
Leg 9 PQ #21897 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22052 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

UE — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21886 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ta l-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 5127.
Leg 9 PQ #21942 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta National Tourism Organisation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-Malta National Tourism Organisation minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokalita ġejjin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab informat li minn Settembru 1998 sal-lum ma' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għal Malta u, b'seħħ mill-1 ta' Settembru 1999, ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, ġew impjegati b'kollox 46 persuna li minnhom 11 temmew l-impjieg. Informat ukoll li dawn l-impjegati huma residenti ta' dawn il-lokalitajiet: San Gwann, San Ġiljan, Żurrieq, Għargħur, Żabbar, Gżira, Sliema, Żejtun, Pembroke, Iklin, Marsascala, Tarxien, Fgura, Buġibba, Santa Venera, San Pawl tat-Tarġa, Birkirkara, Mellieħa, Qormi, Mosta, Ħamrun, Rabat, Qawra, Żebbuġ, San Pawl il-Baħar, Luqa, Siġġiewi u St. Andrews.
Leg 9 PQ #22011 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21079?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa f'livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċfikament minħabba l-aspett ta' sħubija fl-UE.
Leg 9 PQ #21876 Sitting 451 2000-12-06 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit- tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21831 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Institut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li bħalissa jinsabu f'xi pajjiż ieħor fuq esperjenza ta' xogħol bħala parti mil-formazzjoni tagħhom? F'liema pajjiżi jinstabu? X'esperjenza ta' xogħol qed jagħmlu? Huwa relatat mal-qasam ta' studju tagħhom? X'passi jittieħdu biex jiġi żgurat li mhux qed jiġu sfruttati bħala cheap labour f'xogħol mhux relatat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li bħalissa hemm 130 studenti mill-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi li qegħdin fuq esperjenza ta’ xogħol f’pajjiżi barranin bħala parti mill-kors tagħhom fl-ITS. Dawn jinsabu f’dawn il-pajjiżi:- Stati Uniti 9 Belġju 2 Repubblika Ċeka 2 Ingilterra 82 Ġermanja 3 Olanda 2 Irlanda 4 Il-Gżira ta’ Man 8 Skozja 14 Svizzera 2 Wales 2 Dawn l-istudenti kollha qed jagħmlu xogħol relatat mal-kors tagħhom fl-ITS hekk li studenti fil-Food Preparation and Production jagħmlu xogħol fid-diversi taqsimiet tal-kċejjen fil-postijiet fejn ikunu allokati, dawk tal-Food and Beverage Service jagħmlu xogħol fid-diversi ristoranti, bars u xogħol ieħor relatat bħal room service, dawk ta’ l-Accommodation Operations jieħdu esperjenza fil-Housekeeping Department kif ukoll fil-Front Office Department, dawk ta’ l-Isports Leisure and Recreation jaħdmu l-aktar f’gymnasia u health centres filwaqt li l-istudenti tal-Hospitality Management ġeneralment jaħdmu f’żewġ jew aktar dipartimenti prinċipali tal-lukandi li huma l-kċina, servizz, housekeeping u front office. L-istudenti huma mħeġġa biex jiksbu kemm jista’ jkun esperjenza f’numru ta’ dipartimenti. L-International Internships Co-ordinating Unit ta’ l-ITS tiżgura li kull student jingħata kuntratt ta’ xogħol u kundizzjonijiet xierqa qabel ma jibda l-placement għaldaqstant l-ebda student ma jagħmel xogħol li mhux relatat mal-kors. Isir ukoll monitoraġġ kontinwu biex ikun żgurat li jinżammu l-kundizzjonijiet miftehma kif ukoll tal-progress ta’ kull student. Jekk jinstab li xi propjeta tisfrutta xi student, dan jitneħħa minnufih u jingħata placement ieħor. Ma jintbagħtux aktar studenti f’postijiet li ma jimxux tajjeb ma’ l-istudenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta’ l-istudenti u fejn qegħdin.
Leg 9 PQ #21812 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Wied il-Għajn — Catering Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21244 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm hemm catering outlets ġewwa Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn li għandhom permess mill-catering board? Jista' jgħid min huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Catering Outlets li għandhom permess mill-Hotels and Catering Establishment Board fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn huma għaxra. Dawn huma: Sottovoce Restaurant Al Kafe’ Restaurant Dong Fang Chinese Restaurant Shahrazad Restaurant Chico’s Snack Bar La Buona Pasta Snack Bar Tiny Mint Snack Bar Lemon & Lime Snack Bar Brighton Take Away Chick King Take Away
Leg 9 PQ #21630 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21235, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm individwi, studenti, jew oħrajn li ġew magħżula mill-Ministeru tat-Turiżmu, id-Dipartiment tat-Turiżmu jew entita' oħra li kienet taqa' jew taqa' llum taħt id-dekasteru tal-Ministeru, li intbagħt jew intbgħatet għal xi raġuni l-Indja fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija parlamentari nru. 19937?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-risposti li rċevejt mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-risponsabilta’ tiegħi.
Leg 9 PQ #21518 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tat-Turiżmu ġiet impjegata Part-Time Assistant Secretary b’salarju ta’ Lm 1560 fis-sena. Fl-I.T.S ġew impjegati 4 persuni kif ġej Konsulent (F.P.P) Lm 400 fix-xahar (4,800 p.a.) 2 Part-Time Lecturers Lm4 fis-siegħa 1 Part-Time Technician Lm2.30 fis-siegħa M.T.A impjegat dawn il-persuni 2 Diretturi Esekuttivi b’salarju ta’ Lm 10,298 1 Senior Manager b’salarju ta’ Lm 8069 14 Executives b’salarju ta’ Lm 6,478 kull wieħed 8 Skrivani b’salarju ta’ Lm 4,121 kull wieħed N.B. Ħames persuni ġew impjegati mill-M.T.A. minflok oħrajn li spiċċaw.
Leg 9 PQ #21498 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura? Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-Ministeru tat-Turiżmu ma jimponix tariffi. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-ammonti dwar ħlas ta’ liċenzi dawn baqgħu li kienu. Hekk ukoll ħlief għal fejn għandu x’jaqsam mat-Timeshare, il-kontribuzzjonijiet lill-Awtorita’ tat-Turiżmu.
Leg 9 PQ #21393 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari numri 19937 u 21235, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm individwi, studenti jew xorta oħra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mistħarrġa.
Leg 9 PQ #21319 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-Bordijiet li jaqgħ u taħ t id-dekasteru tiegħ i u n-nies li jiffurmawhom huma:- Board of Governors ITS Mr. Albert Muscat Inglott Mr. Anthony Gatt Ms G. Borg Mr. Lino O. Borg Ms R. Borg Mr. Vincent Camilleri Mr. Walter Cassar Mr. Joseph Dimech Mr. Noel Falzon Mr. C. Fsadni Mr. Joseph Micallef Ms Gloria Mizzi Ms Antoinette Naudi Ms Joyce Pullicino Mr. Francis Albani Hotels & Catering Establishments Board Dr Paul Pullicino Mr. Winston J. Zahra Mr. Vincent Camilleri Ms Theresa Delia Mr. Joseph Gauci Mr. Sammy Rapa Mr. George Schembri Mr. Joe Spiteri Ms Angele Stafrace Mr. Joseph Micallef Mr. Joe Lanzon MTA Board Members Dr John C. Grech Maj. A. Cassar Reynaud Mr. Ian DeCesare Mr. George Micallef Mr. Louis P. Naudi Mr. Victor Borg Mr. Francis Stivala Dr Simon Tortell Mr. Joe Cappello Mr. Joe Preca Mr. K. DeMartino Mr. Winston V. Zahra M.T.A. Marketing and Promotion Directorate Mr. Winston V. Zahra Mr. Louis Tabone Mr. Martin Rossignaud Mr. Joseph Bondin Mr. Robert Arrigo Mr. Joseph Portelli Mr. George Schembri M.T.A. Product Planning & Development Directorate Mr. George Micallef Mr. George Arrigo Mr. Mario Attard Mr. Aldo Borg Mr. Joseph Borg Olivier Mr. Anthony Chircop Mr. Lino Farrugia Mr. Victor Gruppetta Mr. Sammy Mifsud Mr. Brian Mizzi Mr. Charles Yeomans M.T.A. Human Resources & Support Services Directorate Mr. Joe Preca Mr. Sammy Rapa Mr. Alfred Magrin Mr. Joseph Diacono Mr. Alex Ellul Mr. Franklin Pulis Mr. Peter J. Lawson Mr. Michael Kamsky Mr. Paul Catania F’kull Bord hemm membri magħżula minni kif ukoll oħrajn magħżula mis-settur privat.
Leg 9 PQ #21235 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Safar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 19937, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-istess mistoqsijiet fir-rigward ta' Indja?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li fil-perijodu msemmi mill-Onor. Interpellant ma kien hemm l-ebda delegazzjoni li marret l-Indja.
Leg 9 PQ #20273 Sitting 427 2000-11-15 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi u Akkomodazzjoni Oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar: (a) Applikazzjonijiet pendenti għal bini / extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-Planning Authority? (b) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied? (ċ) Kategorija tal-akkomodazzjoni? (d) Lokalita'? (e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess? (d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn indaġni jirriżulta li l-informazzjoni mitluba tista’ tingħata mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u mhux mill-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #20373 Sitting 427 2000-11-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tat-Turiżmu

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-5 ta’ Settembru 1998 l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta impjegat 45 persuna li minnhom 11 temmew l-impjieg.
Leg 9 PQ #21079 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20869 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19894, jista' jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19894 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta’ hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta’ kif intefqet iċ-ċifra, m’għandix x’inżid mat-tweġiba li ngħatat mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19182 fuq l-istess suġġett.