Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domanda parlamentari nru. 33032 rigwardanti soċjetajiet kummerċjali barranin li għandhom kuntratti pendenti mal-Gvern Malti li jsegwu ethical conduct policy jista' d-dipartiment jieħu ħsieb jikteb lil dawn is-soċjetajiet sabiex din l-informazzjoni tibda tiġi miżmuma wkoll billi hija utili ħafna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti ser jistudja s-suġġeriment tiegħu biex jiddeċiedi jeku kif dan jistax jiġi attwat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi għaddejjin bħalissa dwar il-privatizzazzjoni tal-MOBC? Jekk iva, ma' min? Il-partijiet interessati jinkludu wkoll interessi Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx trattattivi għaddejjin dwar il-privatizzazzjoni tal-MOBC. Kienet ħarġet call for interest, pero l-proċess ġie mwaqqaf temporarjament minħabba problemi mal-Planning Authority li issa ġew riżolti. Billi issa għadda ħafna żmien, hu maħsub li l-proċess jinbeda mill-ġdid b'sejħa ġdida għal min hu nteressat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta` s-sena l-oħra u din is-sena minn persuni barranin u minn liema pajjiż kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabelli "A" u "B" fejn juru n-numru ta' permessi li ngħataw liċ-ċittadini barranin biex jixtru propjeta' mmobbli s-sena l-oħra u din is-sena rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001?
Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant jippreċiżali x'tip ta' rapport għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista' niddeċiedi jekk inhix ġustifikat li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33122 u cioe` jgħid kemm jirriżulta li ma tħallsux kontribuzzjonijiet ta' l-NI minn:
1
self employed
2 kumpaniji privati
sena b'sena matul dawn l-aħħar 5 snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jaħdmu i) fl-Income Tax Department ii) VAT Department iii) Tax Compliance Unit? Kemm minnhom huma marbutin li ma jaħdmux wkoll fil-privat? Kemm jitħallsu i) jekk jaħdmu ii) jekk ma jaħdmux wkoll fis-settur privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hemm jaħdmu 10 gradwati full-time. Rigward ix-xogħol privat, id-Dipartiment jimxi mal-proviżjoni li hemm fl-Estacode paragrafu 7.1.11. Minn dawn l-għaxar gradwati, ħadd minnhom ma applika biex jagħmel xogħol privat.
Fid-Dipartiment tal-VAT hemm erba' gradwati u dawn jitħallsu l-allowance stabbilita fil-ftehim kollettiv tal-Gvern għal persuni gradwati, jiġifieri Lm200 jew Lm150 fis-sena. L-ebda wieħed minnhom ma jaħdem ukoll fis-settur privat.
Fir-rigward tat-TCU sa l-aħħar ta' April 2002 in-numru ta' gradwati jaħdmu mat-TCU kienu 22. Dawn huma kollha Accountants u/jew Awdituri. Skond il-kuntratt tax-xogħol, kollha huma marbuta li ma jaħdmux xogħol privat. Is-salarju li jitħallsu huwa stabbilit fil-kuntratt, skond kif appruvat mill-MPOu l-PSC, u ttieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li dawn l-impjegati ma jistgħux jeżerċitaw il-professjoni ta' Accountants jew Awdituri fil-privat.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-flus li jiddaħħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-qorti fil-konfront ta' moħqrija ta' l-annimali jidħlu ġo fond apposta li mbagħad jitqassam lis-soċjetajiet NGOs li jittrattaw l-annimali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus jidħlu fil-fond konsolidat. Il-Gvern jiddeċċiedi min żmien għal żmien l-għajnuna li tingħata lill-NGO's min fondi differenti.
Ma naħsibx ikun għaqli li norbtu l-għajnuna lill-NGO's li jittrattaw l-annimali ma' kemm ikun hemm każi ta' moħqrija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġie appuntat policy co-ordinator fil-ministeru tal-finanzi?
Min hi din il-persuna u meta ġiet appuntata?
X'inhu l-pakkett finanzjarju li ġie offrut lil din il-persuna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Alfred Rizzo ġie appuntat bħala policy co-ordinator mill-1 t' April 2002. Ir-remunerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mad-Dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-iskadenzi li fihom il-figuri dwar finanzi pubbliċi għandhom jiġu stampati fil-gazzetta tal-gvern, xahar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżistu l-ebda skadenzi skond il-liġi fir-rigward tal-figuri dwar il-finanzi pubbliċi stampati fil-gazzetta tal-Gvern xahar b'xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il 1) investigazzjoni 2) operazzjoni, jirriżulta li saru fi kliniċi/sptarijiet privati xahar b'xahar, lit-tax compliance unit, kemm ilha tinġabar, jekk tinġabar din l-informazzjoni? Kemm jirriżulta li ntefqu flus xahar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 33096 f'seduta 730.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-membri tan-negotiating team dwar il-privatizazzjoni tal-MIA?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għedt fil-Press Conference li tajt nhar il-Ġimgħa 26 t'April, il-membri tan-negotiating team kienu :
Is-Sur Emanuel Ellul
Is-Sur Ivan Falzon
Is-Sur John Portelli
Is-Sur Mario Mizzi
Dawn kienu mgħejuna min numru ta' uffiċjali w avukati min dawn id-ditti :
BNP Paribas
Camilleri Preziosi
Advocates Micallef
Malta International Airport, u
MDP. Group
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mitlub lura bħala rifussjoni tal-VAT minn passiġieri barranin matul l-2001 mill-
1 l-ajruport
2 mill-port?
Kemm tħallas lura matul l-ewwel tlett (3) xhur ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' rifużjoni tal-VAT mitlub lura minn passiġġieri barranin kien hekk
Sena Ajruport Port
2001 Lm 150,086 Lm 20,482
Jannar - Marzu 2002 Lm 67,726 Lm 2,418
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjeta' jirriżulta li nbiegħet u kemm tħallsu taxxi tal-capital gains sena b'sena kemm ilha li ġiet intodotta din it-taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-iskopijiet tal-income tax, taxpayer li jkun ghamel qligh kapitali f’xi sena partikolari jkollu dan il-qligh maghdud mal-income l-iehor tieghu, u ghalhekk mhux possibbli li tghid x’taxxa tkun thallset fuq il-qligh kapitali. Ma jinzammu l-ebda rekords dwar kemm il-proprjeta’ tkun inbieghet bhala rizultat tad-dikjarazzjonijiet li jsiru fil-formola tat-taxxa fuq id-dhul.
Qieghed hawn naghti l-ammont ta’ taxxa li tnaqqset jew thallset, sena b’sena, meta jkun sar it-trasferiment tal-proprjeta’ li madankollu partijiet minnhom jkunu thallsu lura f’refunds lit-taxpayers f’dawk il-kazijiet ta’ taxpayers li ma jkunux taxxabbli jew li jinqabdu b’rata ta’ taxxa baxxa:
Sena Taxxa Provvizorja
(Qligh Kapitali)
Lm
1993 2,716,687
1994 5,616,568
1995 8,061,020
1996 6,083,232
1997 5,729,045
1998 5,653,961
1999 6,343,922
2000 8,025,028
2001 9,219,939
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li barranin xtraw proprjeta' f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin?
Kemm intefqu flus sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjeta mmobbli sena b’sena f’dawn l-aħħar 10 snin u l-valur ta’ l-istess proprjeta’ huma dawk indikati hawn taħt:-
SENA
NUMRU TA’ PERMESSI
VALUR TA’ L-PROPRJETA’
Lm
1992
315
6,256,162
1993
283
6,981,915
1994
359
9,562,771
1995
256
7,991,950
1996
258
8,540,509
1997
167
5,651,520
1998
150
6,665,930
1999
219
10,622,784
2000
292
21,373,205
2001
497
37,350,648
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li għalkem ħafna VAT inspectors ġodda huma familjari mal-kontroll tal-VAT registers, ftit li xejn ingħataw taħriġ f'computer systems u b'hekk isibuha diffiċli biex jilqgħu ċerti abbużi li jkun hemm minn nies jew negozji li huma jagħmlu inspections fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull VAT Inspector ingħata taħriġ biex jikkontrolla l-irċevuti maħruġa mill-fiscal cash registers. Hemm ukoll numru ta' VAT Inspector li kienu ħadu taħriġ f'Accounting Computerised Systems bħal ma hija s-Sage li tintuża minn numru ta' negozji.
Huwa diġa maħsub li dawk l-Inspectors li għadhom ma ħadux taħriġ f'computer systems, jingħataw dan it-taħriġ bħala parti minn programm mħejji mid-Dipartiment tal-VAT għall-uffiċjali tiegħu.
Jista' l-Ministru jispjega kif fir-rapport annwali għas-sena 2001 tas-central bank fuq paġna 35 fejn intqal: unemployment is expected to edge up slightly in 2002 imbagħad fuq paġna 34 f'tabella 2.9 - outlook for selected economic indicators fir-rigward ta' l-item unemployment rate tingħata l-istatistika:
2000 = 5.0 2001 = 5.1 2002 = 5.0 - 5.5, meta r-
range
propettiv li ingħata jibda minn 5.0% meta dan jiġi saħansitra anqas mir-rata ta' qgħad għas-2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istimi tal-Banl Ċentrali jingħataw bħala medda ta' valuri, minħabba li jista' jkun hemm varjazzjoni. F'dan il-każ, ir-rata tal-qgħad kienet mistennija tvarja minn 5% sa 5.5%, iżda l-medja kienet ta' 5.25%. Kien għalhekk li l-Bank bassar żieda żgħira fir-rata tal-qgħad.
Jista' l-Ministru jispjega kif it-tabella 1.2 average exchange rate of the euro, sterling, and the yen against the us dollar 2001 li deheret fl-annual report 2001 tas-central bank fuq paġna 22, fir-rigward tal-percentage appreciation (+)/depreciation (-) of the currency vs the dollar from closing rate on 29.12.00 to closing rate on 31.12.01, fil-kolonna yen/uss qed turi li l-yen apprezza b'14.3 % kontra d-dollaru meta fil-fatt id-dollaru fis-sena inkwistjoni apprezza kontra ħafna minnhom fosthom il-yen?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2001 il-Yen iddgħajjef b'14.3% kontra d-dollaru Amerikan. Għaldaqstant il-figura li kellha tidher f'Tabella 1.2 hija -14.3%.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema eżerċizzju l-bank ċentrali jaħdem u jippublika l-istatistika tal-qagħad?
Jekk hux l-istess eżerċizzju tal-National Statistics Office?
Jista' jgħid għaliex kuntrarjament għal tabelli oħra fl-annual report 2001 tal-bank ċentrali, it-tabella 2.9 - outlook for selected economic indicators fuq paġna 34 m'għandiex mill-liema sors qed tiġi ppublikata l-informazzjoni?
Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-eżerċizzju komplet li fuqha nħadmet it-tabella 2.9?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri dwar il-qgħad ma jinħarġux mill-Bank Ċentrali. Fl-aħħar Rapport Annwali tiegħu, l-Bank ippubblika l-figuri tal-qgħad li nħarġu mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Tagħriġ u kkummenta wkoll dwar il-Labour Force Survey li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ħareġ aktar kmieni matul is-sena.
Fil-waqt li l-figuri li jidhru fl-aħħar żewġ kolonni ta' Tabella 2.9 huma stimi tal-Banl Ċentrali, l-figuri l-oħra, li huma marbuta mas-sena 2000, huma bbażati fuq il-figuri li nħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Fil-parti l-kbira tagħhom dawn il-figuri jidhru wkoll f'Tabella 2.2, 2.3, 3.2 u 4.1, u f'chart 2.3, fejn jingħataw ukoll is-sorsi ta' dawn il-figuri. Ir-referenza għal dawn is-sorsi naqbel li kellha tidher f'Tabella 2.9.
L-istimi tal-Bank Ċentrali huma bbażati fuq il-mudell ekonometriku tal-Bank, li deher fil-ħarġiet ta' Settembru u Diċembru 1996 tar-Rivista ta' Kull Tliet Xhur tal-Bank Ċentrali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija nru. 32674 (u cioe, wara d-deċiżjoni tal-commonwealth li tissospendi lil Zimbabwe u lil ministri u uffiċjali għolja tal-gvern tal-President Robert Mugabe ma jitħallewx isiefru u li jiġu iffurzati l-assi tagħhom, jista' jgħid jekk il-banek f'Malta ġewx mogħtija struzzjonijiet f'dan is-sens? Saret riċerka biex jiġi żgurat jekk ministri/uffiċjali ta' Zimbabwe għandhomx flus investiti hawn) li oriġinarjament għamilt lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Centru għas-Servizzji Finanzjarji ta' Malta, wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Sorveljanza dawr is-Sanzjonijiet ma' uffiċjali mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, ħarġet ċirkulari fejn infurmat lil kull min għandu liċenzja maħruġa minnha sabiex jipprovdi servizzi finanzjarji, inklużi l-banek, bil-miżuri li ha l-Gvern fejn aqddotta l-Common Position u r-Regolament li ħadet l-Unjoni Ewropeja fir-rigward taż-Żimbabwe.
Il-licence-holders ingħataw lista ta' għoxrin persuna li kontra tagħhom ittieħdu dawn il-miżuri u ġew mitluba illi jagħtu kull informazzjoni li jista' jkollhom dwar dawn il-persuni jew dwar xi transazzjonijiet finanzjarji li setgħu għamlu. Din l-informazzjoni kellha tiġi rapurtata liċ-Ċentru għas-Servizzji Finanzjarji ta' Malta. Iċ-ċirkulari mibgħuta lil banek u l-operaturi l-oħra kienet tinkludi il-Common Position u r-Regolament ta' l-Unjoni Ewropeja f'dan ir-rigward.