Jista' l-Ministru jgħid jekk koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' social workers għad ma ngħatatilhomx il-warrant?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għoti tal-warrants li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant isir minn żmien għal żmien wara li jiġu proċessati l-applikazzjonijiet li jirċievi l-Bord responsabbli.
Ninsab infurmata li qed isiru l-arranġamenti biex tiġi stabbilita data fil-futur qrib biex jingħataw il-warrants lil dawk il-persuni eliġibbli li l-applikazzjoni tagħhom ġiet proċessata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha l-Awtorita' tad-Djar tistalla liftijiet fi blokki ta' akkomodazzjonijiet li nbnew mill-Gvern jew mill-istess Awtorita'? Kemm ġew stallati liftijiet kull sena, sa Mejju ta' din is-sena, u x'kienet l-ispiża s'issa? Kemm-il familja hu kalkulat li bbenefikat mill-benefiċċju tal-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Abbozz ta’ Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26991
Ninsab infurmata li t-Tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni dwar Mistoqsija Parlamentari Numru 26991
Awtorita’ tad-Djar – Stallar ta’
Lifts
Sena Finanzjarja Numru ta’
Lifs
Spiż
a (LM) Familji li bbenefikaw
sat-30/09/02 14 174,395 114
01/10/02 – 30/09/03 13 168,531 106
01/10/03 – 30/09/04 27 462,328 220
01/10/04 – 30/09/05 15 276,271 113
01/10/05 – 30/09/06 12 221,286 101
01/10/06 – 30/05/07 1 13,164 8
Total 82 1,315,975 662
L-Awtorita’ tad-Djar tiffinanzja wkoll l-istallazzjoni ta’
lifts
fi blokki ġodda li jitqassmu, minn żmien għal żmien, mill-Awtorita’ .In-numru ta’
lifts
li ġew installati, sena b’sena, f’dawn il-blokki kien kif ġej:
Sena Numru ta’ Lifts Spiża (Lm) Familji li bbenefikaw
2002 9 76,769 70
2003 24 189,074 141
2004 6 45,470 43
2005 21 196,659 133
2006 38 65,146 175
2007 10 108,134 63
Total 108 981,251 625
Tista' l-Ministru tara li l-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata b'kera biċċa mill-kuritur fuq in-naħa ta' wara tad-dar biex ikollha fejn tista' tagħmel kċina diċenti għax bħalissa jkollha tuża kamra li lanqas konnessjonijiet mad-drain ma jista' jkollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jkun it-titolu legali ta' dawk li qed jiġu nfurmati mill-Awtorita' tad-Djar li jistgħu jifdu ċ-ċens ta' l-art li fuqha kienu bnew id-dar tagħhom meta ngħataw HOS Plot fuq bażi ta' ftehim preliminari fl-1982?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-plots maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar ingħataw b'titolu ta' ċens perpetwu u, jekk dan iċ-ċens jinfeda, l-art li fuqha nbnew ir-residenzi tkun libera u franka.
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex ma għadhiex tieħu sussidju fuq l-arloġġ tad-dawl u l-ilma u għaliex mhux tieħu sussidju fuq is-surcharge? Tista' tiġi nfurmata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-benefiċċju għal mard jitħallas fuq bażi ta' sitt ijiem u mhux sebat ijiem, meta ħaddiem irid jiekol u jgħix sebat ijiem u mhux sitta biss? U għaliex ma jitħallasx tal-festi pubbliċi? Ma jidhrilhiex li din hija inġustizzja u twaddab lura lil dawk il-familji u individwi li jkunu qed jiddependu minn dan il-benefiċċju biss għall-għixien tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċju kontributorju għal mard għal dawk il-ġranet li persuna normalment taħdem. Din hi r-raġuni għaliex dan il-benefiċċju ma jitħallasx għas-sebat ijiem kollha tal-ġimgħa.
Kif kelli l-okkazzjoni li ngħid pubblikament, anki f’din il-Kamra, bħalissa għaddej studju dwar r-riforma fil-liġi tas-Sigurta’ Soċjali u l-punt imqajjem mill-Onor. Interpellanti ġie mressaq għall-konsiderazzjoni tal-grupp ta’ esperti involuti.
In vista tal-wegħda li saret fl-aħħar budget u ċioe' illi dawk li jormlu u jkunu kapaċi jaħdmu u effettivament ikunu fl-impjieg m'humiex se jitilfu d-dritt tagħhom li jibqgħu jirċievu l-pensjoni tar-romol u dan b'effett minn Jannar 2007, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tali persuni ġew imċaħħda mid-dritt li jirċievu l-benefiċċju tal-pensjoni għax jinsabu fl-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment konċernat għaddej b’eżerċizzju biex jiġu identifikati l-persuni li se jibbenefikaw mill-miżura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant u qed isir it-tibdil meħtieġ fis-software tas-sistema ta’ l-assessment u l-ħlas biex dawn il-benefiċjarji jirċievu l-pensjoni dovuta.
Ninsab infurmata wkoll li, hekk kif jiġu finalizzati dawn il-proċessi, dawk li għandhom dritt għal din il-pensjoni minn Jannar 2007 ser jirċevuha bl-arretrati minn dik id-data. Għalhekk mhux il-każ li jingħad li dawn il-persuni ġew imċaħħda mid-dritt li jirċievu l-benefiċċju dovut.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Salarji u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Taħt id-dekasteru tiegħi, il-Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali, li tinkludi l-Aġenziji Appoġġ, Sedqa u Sapport, hi l-unika entita’ mmexxija minn Chief Executive Officer.
Is-salarju u l-benefiċċji ta’ min jokkupa din il-kariga huma:
Fis-sena:
Salarju ta’ Lm14,000;
Performance Bonus
sa massimu ta’ 15% tas-salarju;
Car allowance
ta’ Lm1,680;
Ħlas lura ta’ spejjeż sa massimu ta’ Lm1,000;
Premium
fuq
Medical
u
personal accident insurance
sa massimu ta’ Lm150;
Użu ta’ mobile phone sa Lm350.
Fix-xahar:
Spejjez għal fuel sa massimu ta’ 150 litru fix-xahar.
SVPR/Djar privati — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24537 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjan u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2006 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani f'San Vincenz de Paule Residence u fi djar privati taħt l-iskema ta' public private partnership maqsuma separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, matul l-2006, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet miġbura mir-residenti f’San Vinċenz de Paule kien ta’ Lm1,753,840.84 u ta’ dawk fi djar privati għall-anzjani taħt l-iskema ta’ public private partnership kien Lm496,281.91.
Tista' l-Ministru jgħid kemm kellha mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Tista' tgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xogħol sub contracting
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting joħroġ mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti, pjuttost mill-subcontracting, allura hu mitlub jiċċara u jerġa' jissottometti Mistoqsija Parlamentari oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-perijodu ndikat, taħt id-dekasteru tiegħi ngħatat direct order waħda mid-Dipartiment għal Standards ta’ Ħarsien Soċjali dwar xiri ta’ vettura mingħand Easysell Kia Malta Ltd għall-prezz ta’ Lm3,800.
Talba għall-pensjoni — Persuna gravament disabilitata
Question
Fil-formola li qed nibgħat separatament li, jġibu magħhom il-pazjenti għandna t-tobba meta jkun se jagħmlu talba għall-pensjoni għall-persuna gravament disabilitata, f'paragrafu (d) hemm miktub li l-persuna jrid ikollha diżabilita' permanenti, u nikkwota:
"minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew mard totali permanenti, sew jekk inhi kkawżata b'amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn."
Il-punt li tajjeb wieħed jinnota huwa li bil-lingwa li nagħmlu użu minnha kuljum, persuna ma nsejħulhiex "normali" minħabba li għandha parti importanti ta' ġisimha nieqes u mid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma tirċievi l-ebda għajnuna minħabba paragrafu (d) ta' l-applikazzjoni.
Allura ma taħsibx il-Ministru li huwa l-waqt li ssir reviżjoni ta' l-applikazzjoni ċioe' ta' paragrafu (d) u persuna anke b'amputazzjoni ta' id jew sieq waħda tkun ukoll intitolata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm Working Group fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali li qiegħed jagħmel analiżi ta' l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, bl-għan li jħares lejn aġġornament ta' l-istess liġi.
Is-suġġeriment tal-Onor.Interpellant zgur li għandha tkun ikkunsidrata minn dan il-Working Group.
Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26820 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investivemnt, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferutha lilha, u tara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-karta r-roża u li qabela ma kenitx tħallas surcharge fuq id-dawl u l-ilma, fl-aħħar kont li rċeviet qed tintalab biex tħallas is-surcharge? Din intitolat għal rebate? Tista' tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26821 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha l-kartuna r-roża hix intitolata għal rebate fuq is-surcharge? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-arretrati fil-pensjonijiet li qegħdin joħorġu, dawn huma dawk ir-reviżjonijiet li suppost isiru kull sena lil kull pensjonant? L-arretrati huma ta' sena waħda jew ta' iżjed minn sena waħda? Kemm huma l-ammonti fi flus fuq dawn l-arretrati għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? U kemm kien hemm pensjonanti li bbenefikaw? Dawn ir-reviżjonijiet, jekk huma hekk, ser jinħadmu għal kull pensjonant? Hemm pendenzi ta' reviżjonijiet fuq is-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaddej b'eżerċizzju ta' reviżjonijiet ta' pensjonijiet bħal ma' jsir kull sena. Hemm dawk ir-revizjonijiet li jsiru minħabba xi ftehim kollettiv, speċjalment fejn ikun hemm involuti ażjendi kbar, kif ukoll fejn il-penzjonant kien jaħdem f'organizazzjoni iżgħar. Hemm każijiet fejn ġew imħallsa arretrati għal sena u oħrajn għal aktar minn sena waħda.
Dan l-eżerċizzju jinvolvi xogħol delikat, fejn l-impjegati tad-Dipartiment ikollhom idaħħlu ħafna informazzjoni jew isewwu din id-data fuq is-sistema elettronika li biha jħallas il-benefiċċji l-istess dipartiment. Ir-reviżjonijiet ser isiru fuq il-pensjonanti kollha. Tapprezza l-Onor. Interpellanti li dan ix-xogħol irid isir b'ċertu attenzjoni biex ma jsirux żbalji li jafu joħolqu inkonvenjent għall-pensjonant.
In-numru ta' pensjonanti li gawdew minn ir-reviżjonijiet kien ta' 1153 b'nefqa ta' Lm364,610 jew €849,312 bħala arretrati, sa l-aħħar ta' April 2007.