Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-responsabilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn?
Jista' jgħid wkoll x'responsabilitajiet ġodda ngħataw bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 fi żmien il-Gvern Laburista?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u cioe jista' jelenka liema huma dawk il-pajjiżi li Malta għanda ftehim ta' estradizzjoni magħhom? Meta ġie iffirmat kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1964 'l hawn Malta ffirmat u saret parti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-estradizzjoni u dan b'effett mis-17 ta' Ġunju 1976. Malta saret parti wkoll mill-Protokol Addizzjonali u mit-tieni Protokoll Addizzjonali ta' l-istess Konvenzjoni b'effett mit-18 ta' Frar 2001 u għalhekk in effett Malta għandha trattat ta' estradizzjoni mal-istati kollha li huma parti għal dik il-Konvenzjoni u Protokolli.
Barra minn dan Malta hija wkoll parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet uniti tal-1988 Kontra t-traffikar ta' Drogi Narkotiċi u Psikotropiċi u l-istess konvenzjoni tista' tintuża bħala trattat ta' estradizzjojoni mal-istati li huma partijiet ta' dik il-Konvenzjoni għall-finijiet tar-reati li dwarhom tittratta dik il-Konvenzjoni.
Barra minn dawn il-konvenzjonijiet, mal-indipendenza Malta wirtet diversi trattati mir-Renju Unit li ġew applikabbli għal Malta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet:
Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex oggezzjonijiet minn kunsilli Lokali fil-lokal tagħhom mhux dejjem jingħataw widen? Il-kunsilli lokali huma kkalkulati fuq proġetti li jista' jkollhom ħsara fuq saħħet ir-residenti tagħhom jew fuq l-ambjent? X'saħħa għandhom il-Kunsill Lokali quddiem kumpaniji b'saħħithom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nafx għal liema oġġezzjonijiet qed jirreferi gġalihom l-Onorevoli Interpellant.
Skond l-Att dwar il-Kunsilli Lokali Kap. 363 u Artikolu 33 (1) (i) il-funzjonijiet ta` kull Kunsill Lokali jkunu "li jagħti parir lil, u meta dan ikun japplika, li jkun ikkonsultat minn kull awtorita` li jkollha is-setgħa li tieħu xi deċizjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir-residenti li jkun responsabbli għalihom". Il-liġi tapplika għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru dwar il-kunsill lokali tas-Sliema u infieq abbużiv li jirriżulta li għamel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awdituri tal-Gvern Lokali ikkonkludew fl-ittra ta' direzzjoni tagħhom li l-Kunsill Lokali Sliema kellu irregolaritajiet fl-operat finanzjarju tiegħu. Dawn il-kummenti jixbħu lil dawk li kellhom fl-ittri ta' direzzjoni lill-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, Hamrun, Tarxien, Lija, Attard, Swieqi, Żebbuġ (M),
Għaxaq, Kalkara, Rabat ta' Malta, San Ġiljan, Santa Venera, Xagħra u tal-Mosta.
Skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u wara l-istħarriġ li għamel id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jien tajt Avviżi Formali lil dawn il-Kunsilli Lokali li l-aġir tagħhom kien nuqqas ta' tħaris tal-Liġi. Fejn l-irregolaritajiet li sabu l-Awdituri tal-Gvern Lokali kienu jinkludu ħlasijiet li ma kellhomx isiru jien obbligajt lill-
Kunsilli rispettivi biex jieħdu l-passi neċessarji biex isiru ir-rifużjoni ta' l-ammonti li tħallsu illegalment.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-Avviżi Formali li bgħatt lill-Kunsilli Lokali msemmija.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kunsill Lokali qiegħed fil-preżent jistħarreġ ukoll rapporti mill-Awdituri tal-Gvern Lokali dwar xi irregolaritjiet fil-proċeduri ta' tendering.
Qiegħed ukoll nikkommetti ruħi li kull darba li jinħareġ Avviż Formali jien inpoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni? Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għal-pilot study dwar il-parkeġġ ta' vetturi li qed isir fir-Rabat, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex jiġu ndikati it-tliet zoni li binhom ġie maqsum ir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Iż-żoni ta` kontroll ta` parkeġġ fir-Rabat u l-Fontana huma maħduma bħala żoni konċentrici, fejn l-iċken żona tkun iż-żona ċentrali, u hekk iż-żewġ żoni l-oħra akbar ikunu madwarha. Iż-żona ċentrali, magħrufa bħala żona A, hi żona ċentrali tar-Rabat u l-Fontana fejn studji xjentifiċi wrew li hemm l-akbar problema ta` konġestjoni ta` karozzi jfittxu jipparkjaw. L-istess studji xjentifiċi dwar il-problema ta` konġestjoni fil-bqija tar-Rabat u l-Fontana identifikaw Zona B, skond il-kriterju uniku ta` kemm jeżisti spazju għall-ipparkjar, u kemm hemm nies li jipprovaw jipparkjaw il-karozza fih.
Hekk per eżempju f`Zona A, fejn hemm 334 spazju għall-parkeġġ fil-ħinijiet l-aktar bieżla tal-ġurnata jkun hemm rata ta` karozzi ta` 143% ta` kemm hemm spazju, jiġifieri li għal żewġ spazji jkun hemm bejn wieħed u ieħor tlett karozzi ipparkjati. F`Zona B, fil-ħinijiet l-aktar bieżla tal-ġurnata is-794 spazju għall-parkeġġ ikunu kollha mimlija karozzi. F`Zona C fejn hemm 1916 il-spazju għall-ipparkjar, madwar nofs il-parkeġġi jkunu vojta anke fl-aktar ħin bieżel tal-ġurnata.
Intenni li dawn iż-żoni huma parti minn proġett pilota u l-konsegwenzi li kellu qed ikunu studjati mill-kumitat li għamel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar din il-materja. Fi tmiem dan l-istudju jsiru l-modifikazzjonijiet kollha li jkun hemm bżonn, inkluz, jekk hemm bżonn, il-konfini taż-żoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-maġistrati li kienu qed jikkonduċu inkjesti fis-snin 2000 u 2001? Kemm għamlu għassa kull maġistrat f'dan il-perjodu, bid-dettalji? kemm daħlu inkjesti għal kull maġistrat f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni minn perit fis-snin li għaddew biex l-uffiċju tal-avukat ġenerali jkun trasferit f'post ieħor fil-Belt?
Min għamel din l-evalwazzjoni?
Kemm ħallas il-ministeru tal-Ġustizzja għal din l-evalwazzjoni?
Għaliex ma sarx it-trasferiment?
Min għażel il-perit biex jagħmel din l-evalwazzjoni?
Jista' l-Ministru jikkonferma li għadda l-każ ta' leakage ta' bord ta' investigazzjoni dwar kif sar il-leakage tal-konklużjoni ta' l-inkjesta tal-Maġistrat Miriam Hayman in konnessjoni ma' allegati abbużi sesswali lill-pulizija biex tinvestiga?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-Perit li ismhu qed jintbagħat separatament mis-7 ta' April 1997 meta inħatar konsulent mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali? Meta ntemmet il-ħatra tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Perit li għalih qed issir referenza mill-Onor. Interpellant u li kien ġie maħtur `Adviser` mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fis-7 ta` April 1997, kellu salarju ta` LM4,875 fis-sena. Il-ħatra tiegħu ntemmet fl-1 ta` Mejju 1998.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji sa fejn jista' dwar kemm hemm inkjesti li ilhom sentejn (2) jew aktar pendenti u jagħti tagħrif quddiem liema maġistrati dawn jinsabu pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qiegħed impoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra ninnota li l-Maġistrati kollha taw l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Naħseb li dan jindika tibdil pozittiv fl-attitudini ta` ċerti Maġistrati dwar din l-informazzjoni u ta` dan nixtieq nirringrazzjhom.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-Avukat Ġenerali kienx il-konsulent legali tal-Ministru għall-Ambjent meta sar l-iffirmar tal-ftehim tal-Cottonera Water Front li sar fit-8 ta' Marzu 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali infurmani li kien jagħti pariri lill-Gvern dwar il-proġett tal-Kottonera sa mill-bidu nett.