Jista' l-Ministru jgħid meta pulizija jagħti ċitazzjoni lil xi karozza, jista' s-sid li fuqha tkun irreġistrata l-karozza, mhux biss is-sewwieq, tintbagħtlu kopja taċ-ċitazzjoni d-dar wkoll?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ma hux kontemplat fil-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx parker awtorizzat għall-car park immarkat fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament fi Triq Dragunara, San Ġiljan? Fil-każ li r-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid min hi l-persuna u meta ġab l-awtorizazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm permess ta` car park attendant maħruġ mill-Pulizija fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm art (f'metri kwadri) ġiet inkluża għall-iżvilupp skond il-pjan lokali għall-Bajja ta' M'Xlokk aktar minn dak indikat fit-TPS ie. fil-Pjan Regolatur?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pjan Lokali għall-Bajja ta` Marsaxlokk (1995) jindika illi l-art approvata għall-iżvilupp barra mill-Pjan Regolatur, (1988) – (Temporary Provisions Schemes, 1988) hija ta` 201,189 metri kwadri skond it-tabelli murija hawn isfel:
Sit
Uż
u ta` l-Art Impost
Daqs
1. In-Nigret, Il-Qajjenza, B`Bugia
Żvilupp Residenzjali
13,930 sqm
2. LPG Site, Il-Qajjenza, B`Bugia
Żvilupp Residenzjali, Kummerċjali u Żvilupp relatat ma` ħażna u manutenzjoni ta` dgħajjes
22,000 sqm
3. Il-Kavallerizza, Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
12,590 sqm
4. Juno Heights, Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
9,906 sqm
5. Il-Kavallerizza '
Development Brief Area
', Marsaxlokk
Żvilupp relatat ma` sport u rikreazzjoni pubblika, il-monti, turiżmu, kummerċ u titjib ambjentali
82,140 sqm
6. Inner Harbour/Triq il-Wilga '
Development Brief Area
', Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
Żvilupp relatat ma` sport u rikreazzjoni pubblika, il-monti, turiżmu, kummerċu titjib ambjentali
2.203 sqm
58,420 sqm
Total
201,189 sqm
Jaf l-Ministru li in effetti xi snin ilu kienu ġiet presentata petizzjoni ffirmata minn 52 persuna li jirrappreżentaw 52 familja b'ċirca 250 persuna fejn talbu li jkunu jistgħu jixtru l-proprjetajiet fejn jgħixu? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jikkonsidra favorevolment din il-petizzjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji f'Malta u Għawdex li jgħixu fi proprjetajiet li jistgħu jiġi klassifikati bil-mod fuq deskritt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern kif ukoll mill-Uffiċċju Konġunt, ma jidhirx li saritilhom xi petizzjoni kif indikat fil-Mistoqsija. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar informazzjoni sabiex inkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba xierqa.
Japprezza l-Ministru li hemm numru ta' nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b'possession and use u jħallsu biss recognition rent u fejn allura l-gvern m'għandux titlu ċar? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern sabiex jirratifika din il-posizzjoni ekwivoka li teżisti?
Response (BORG, TONIO)
Ma jirriżultax li hemm numru ta` nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b`possession and use u jħallsu biss recognition rent.
In-nies li jgħixu fi proprjetajiet tal-Gvern li huma mibnija fuq art esproprijata b`titlu ta` possession and use, għandhom ftehim tal-kirja mall-Gvern u għalhekk għandhom titlu ċar daqs li kieku l-proprjeta` ġiet esproprijata b`titlu ta` xiri assolut. Pero` f`dawn il-każi, in-nies ma jkunux jistgħu jixtru darhom.
Ir-recognition rent titħallas lis-sidien tal-proprjeta` li tkun ġiet akkwistata b`dan it-titlu ta` possession and use. Wara għaxar snin is-sidien ikunu jistgħu jaqilbu t-titlu tagħhom għal dak ta` public tenure. Immedjatament kif dan isir, is-sidien ikunu jistgħu jbiegħu il-kirja ta` public tenure (billi tiġi ikkapitilizzata bil-5%) lill-Gvern u b`hekk il-Gvern isir is-sid assolut.
Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi il-persentaġġ ta` 5% sabiex iħajjar lis-sidien ibiegħu l-kera li jirċievu.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkuntratta rapport sabiex jiġi lilu rakkomandat miżuri leġittimi li jista' jieħu l-gvern sabiex ikun jista' jakkwista il-propjeta kollha li tkun b'possession and use b'titolu ċert fil-liġi biex b'hekk ikun hu stess jista' jiddisponi minnha?
Response (BORG, TONIO)
Diġa` sar studju f`dan ir-rigward. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi r-rata ta` 5% li biha tiġi ikkapitilizzata l-kera ta` "possession and use" sabiex is-sidien jitħajru aktar li jbiegħu l-kera u b`hekk il-gvern isir is-sid assolut.
Jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni meħtieġa indikata f'diversi PQ's 29378, 28941, 29189 ċioe il-pjanti jew il-kuntratt ta' dawk il-kmamar li allegatament twaqqgħu meta ġiet imwesgħa Triq Mdina - Ħaż-Żebbuġ li kien qegħdin jiġu okkupati mill-inkwilini u li minħabba t-twaqqiegħ tal-kmamar ġiet allokata lilu l-parti antika ta' l-istess propjeta? Minħabba l-ħsara li qiegħda ssir f'sit ta' importanza storiku minħabba t-trobbija ta' tjur, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni ma tibqax kif inhi?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm fuq il-pjanta li għandu d-Dipartiment ta` l-Artijiet, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżulta li kien hemm żewġt ikmamar qabel saret it-triq, ma hemm l-ebda dokumenti rigward dan fid-Dipartiment ta` l-Artijiet. Kif diġa` għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29378, ir-remissa ġiet allokata lill-okkupant mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet bħala alternattiva għal dawn iż-żewġt ikmamar. Għaldaqstant, l-Onorevoli Membru jista` jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta` l-Ambjent.
Ma jirriżultax "prima facia" li qegħda ssir xi ħsara minħabba t-trobbija ta` tjur. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ser jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u ser jieħu l-passi neċessarji jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja l-wegħdiet li saru lill-bdiewa tal-Qammieħ li l-ħlas taċ-ċens għat-tomma se jsir Lm 8.00 flok ta' Lm 125.00 li qed jitlob fil-mument id-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-bdiewa inkwistjoni, il-bdiewa għadhom ma' rċevew xejn uffiċjali? Jista' jinvestiga x'qed jikkawża d-dewmien sabiex tintbgħat din il-konferma lil bdiewa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bdiewa gew mgharrfa ufficcjalment li l-Gvern iddecieda li jaghmel proposta lill-Parlament biex l-ammont tac-cens ikun jista' jonqos skond kif miftiehem ma' l-Assoccjazzjoni tal-Bdiewa.
Sabiex dan isir, il-klawsola numru 3 ta' kull kuntratt trid tinbidel. Din il-klawsola tista' tinbidel biss permezz ta' Rizoluzzjoni fil-Parlament.
Din ir-Rizoluzzjoni diga' giet preparata u ser tigi imressqa fil-Parlament fl-ewwel possibilita'.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-intoppi li qed jdewmu l-proċess u l-approvazzjoni tat-talba ta' l-għaqda kaċċaturi u nassaba konservazzjonisti tal-Mellieħa sabiex ikollhom shooting range għall-membri tagħhom?
Jista' l-Ministru jara li jsir pjan kordinat sabiex fit-tlett xhur li ġejjien jiġi finalizzat l-proċess u tingħata l-aprovazzjoni meħtieġa lill-għaqda kaċċaturi u nassaba Mellieħin?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22776, ninsab infurmat illi appell kontra d-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp dwar din l-applikazzjoni ġie sottomess fit-2 ta` Awissu ta` din is-sena, u l-ewwel smiegħ ser isir fis-26 ta` Novembru, 2001. L-appell għadu fl-istadju inizjali tiegħu u għalhekk hu kemmxejn diffiċli sabiex tingħata indikazzjoni kemm ser idum sakemm jiġi konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija diga' bdiet tithallas pensjoni taht l-Att tas-Sigurta' Socjali, u qed tinhadem il-pensjoni dovuta taht l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta.
Dettalji dwar il-pozizzjoni finali jkunu jistghu jinghataw 'il quddiem
Jista' l-Ministru jgħid hemm xi perodu ta' żmien li fih l-iżvilupp ta' lukanda ġdida flok dik bl-isem Excelsior irid jiġi finalizzat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess tal-lukanda Gran Hotel Excelsior hareg fl-1 t’Awissu,1996. Ix-xoghol kellu jibda fi zmien tnax-il xahar u jitlesta fi zmien tlett snin, izda l-permess seta jigi renovat wara l-gheluq tat-tlett snin. Infurmat ukoll illi x-xoghol tal-kostruzzjoni tlesta u li jonqos huma l-finishing touches.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-periklu minħabba gallarija fil-bini eżatt faċċata tal-fond bl-indirizz 8 New Street Valletta?
Response (BORG, TONIO)
Mill-indikazzjoni fil-Mistoqsija ta’ l-Onor. Interpellant, huwa mifhum li qieghed jirreferi ghall-fond 14, Telgha ta’ Liesse,Valletta. F’dan il-kaz, id-Dipartiment ghat-Tmexxija tal-Proprjeta’ fi hdan it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern diga talab lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi hdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent biex jitnehha kull periklu li jista’ jkun hemm. Infakkar lil Onorevoli Membru li r-responsabilita’ ta’ tiswija ta’ proprjeta’ mhux residenzjali tal-Gvern taqa’ f’idejn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li l-armla tal-pulizija li nqatel waqt il-hold up fuq bank dan l-aħħar kif ukoll il-werrieta ta' l-istess, għandhomx jingħataw pensjoni sħiħa kif ukoll dawk il-benefiċċji oħrajn li ingħataw lil vittmi ta' reati waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29920 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru, b'referenza għall-PQ's preċedenti u risposti pożittivi għall-istess u b'referenza għad-dokumenti hawn annessi jara:
1) x'inhi r-raġuni li PA għal żewġ okkazzjonijiet konsekuttivi ċaħdet applikazzjonijiet sabiex tinbena
sub station
biex tkun ta' sosten għas-sistema elettrika fi Triq Fra Luca Zuski, Trejqet in-Nigret u toroq oħra fiż-Żurrieq?
Response (BORG, TONIO)
Is-substance imsemmija kienet proposta f'zona immarkata bhala "Green Area" fit-"Temporary Provision Schemes".
Normalment l-ebda tip ta' zvilupp ma jigi rakkomandat f'dawn iz-zoni, sakemm ma jkun hemm ebda alternattiva.
Ufficjali mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed ikollhom tahdidiet sabiex jinstab sit alternattiv li jkun accettabbli.
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tinvestiga l-ilment ta' bosta residenti ta' Triq Pawlu Galea, San Ġwann dwar buses, trakkijiet, inġenji tal-ġarr ta' l-iskips u bowsers li spiss jiġu ipparkjati fil-viċin b'inkonvenjenza għal dawn il-familji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma nstabux vetturi kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Minkejja dan, il-Pulizija ser tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.