Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27977 u jara li jittieħdu passi biex jintlaqgħu l-proposti raġjonevoli li saru fis-27 ta' Lulju, 2007 mid-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics biex ikun hemm użu komuni tas-sular l-ġdid fl-Universita' ta' Malta kemm mid-Department of Chemistry u d-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Rettur ta' direzzjoni lid-Dekan tal-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija, sabiex il-membri tad-Dipartiment tal-Clinical Pharmacology and Therapeutics ikollhom aċċess għall-laboratorji kollha li jistgħu jgħinu fl-oqsma tagħhom ta' riċerka u tagħlim'.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena 2007 x'investiment sar fit-taħriġ ta' l-għalliema? X'sar differenti mis-snin ta' qabel jekk kien il-każ? Kemm kienet l-ispiża marbuta mat-taħriġ ta' l-għalliema f'dawn l-aħħar tlett snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 2007, it-taħriġ ta' l-għalliema kien jikkonsisti f'dan li ġej :
-Sessjoni Professjonali wara l-ħin ta' l-iskola
-Taħriġ annwali f'Lulju u Settembru (Inset Courses)
-Workshop tal-Kunsill ta' l-Ewropa
-Kors tal-BTEC
-Kors tal-Basic Skills għall-għalliema tal-Form 1
-Malta Writing Programme
-Konferenza tad-Diversita'
-Seminar - Social, Emotional,Behaviour Competence & Difficulties (SEBCD)
-Let me Learn.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulum kompla bil-proċess ta' taħriġ u titjib tal-għalliema u nieda għall-ewwel darba l-kors tal-Basic Skills. Saru wkoll konferenzi mill-Universita' ta' Malta, waħda fuq id-Diversita' kif ukoll Seminar li kien iġib l-isem ta' "First European Conference on Social, Emotional, Behaviour Competence & Difficulties", li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għenu biex jitwettqu.
Fl-aħħar tlett snin l-ispejjeż marbuta mat-taħriġ tal-għalliema kienu hekk :-
2005-Lm105,228
2006-Lm105,873
2007-Lm121,906.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jitħallas il-kont tat-telefon tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni? Meta kien l-aħħar kont li ġie mħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aħħar kont tat-telefon li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ħallset kien fis-17 ta' Settembru 2007 u kien ikopri l-perjodu Ġunju u Lulju 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts u f'liema skejjel twaħħlu minn wara l-elezzjoni ta' l-2003 sal-lum? Kemm intnefqu fuq kull lift separtament, min huwa l-kuntrattur li għamel ix-xogħol? Jista' jgħid ukoll kemm hija garanzija fuq kull wieħed u min iħallas għas-servicing tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Servizz ta' l-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ngħata l-permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School f'Ant. Schembri Str, Kappara? Kemm kellhom permess għal school population dak iż-żmien u kemm kellhom għalliema full time u part time fil-bidu? Matul is-snin kemm u meta ngħataw permess biex iżidu l-għadd ta' studenti u għalliema tagħhom? Illum skond l-aħħar informazzjoni li għandu l-Ministeru, l-iskola kemm għandha klassijiet joperaw, kemm għandha tfal f'kull klassi, x'inhi l-ischool population tagħha, kemm għandhom għalliema full time u part time u kemm jistgħu jieħdu massimu ta' studenti għal dawk li huma summer school activities?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-liċenzja biex topera iċ-Chiswick House School fi Triq Antonio Schembri, Kappara, ħarġet fit-22 ta' Ottubru 1991. F'dak iz-zmien kellhom permess għal 512-il student, Fl-1991 kellhom 23 għalliem full-time u 3 part-time. Fl-1994 ħareġ permess għal estensjoni ta' l-istess skola. Għal kwalunkwe attivita', in-numru ta' tfal jattendu din l-iskola ma setax ikun aktar minn dak li kien f'Ottubru 1994, jiġifieri 888 student.
Skond l-aħħar informazzjoni li għandha d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, iċ-Chiswick House School għandha:
Klassijiet Tfal f'kull klassi
Kinder 1 90 (5 klassijiet)
Kinder 2 92 (5 kalssijiet)
Year 1 85 (4 klassijiet)
Year 2 100 (4 klassijiet)
Year 3 102 (4 klassijiet)
Year 4 105 (4 klassijiet)
Year 5 106 (4 klassijiet)
Ukoll:
Kap ta' Skola 1
Ko-Ordinaturi tas-Suġġett 2
Għalliema (full-time) 31
Kindergarten Assistants (part-time) 13
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li rtira matul din is-sena, xorta waħda baqa’ jingħata xogħol wara l-ħin fl-iskola ta' Maria Regina tal-Blata l-Bajda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna konċernata mhux impjegata ma' l-iskola Maria Reġina tal-Blata l-Bajda. Bħal ħafna personnel irtirat ieħor tagħti servizz imħallas bis-siegħa fil-provvediment tal-Klassijiet ta' Filgħaxija għall-Adulti kif isir f'diversi ċentri.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk ir-rotta li mill-Fgura twassal lill-istudenti fl-iskola Ġuże' D'Amato f'Raħal Ġdid u lura hux qed tmur pjuttost tard jew tard ħafna meta tispiċċa l-iskola biex l-istudenti jmorru lura lejn id-dar? Jekk jirriżulta li huwa hekk, jista' jsir xi ħaġa fl-interess tat-tfal ħalli din is-sitwazzjoni ma tibqax?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola tispiċċa fis-2.15pm u li t-trasport kollu, li jinkludi it-trasport tal-Fgura, jkun telaq sas-2.30pm.
Minħabba li rċevejt numru ta' ilmenti minn numru ta' studenti u ġenituri ta' tfal li qed isegwu kors ta' l-IT fl-MCAST ma' xi waħda mill-kumpanniji li qed jiffru dan l-istess kors f'isem l-MCAST, li għandhom spazju ristrett kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet, jista' l-Ministru jara fiċ-ċirkustanzi x'inhu possibbli li jsir ħalli din is-sitwazzjoni tiġi mtejba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kumpaniji li joffru korsijiet fl-IT lil studenti ta' l-MCAST għandhom ftehim ma l-MCAST u mal-Ministeru ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika li jinkludi diversi kondizzjonijiet fosthom fuq l-ispazju u l-faċilitajiet.
Informat ukoll li l-MCAST jara li dawn il-kundizzjonijiet qegħdin jiġu segwiti. L-ilment ta' l-Onor. Membru qed jiġi investigat waqt iz-zjarat li jsiru lil dawn il-kumpaniji.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda ix-xogħol fuq l-iskola ta' Pembroke, hekk kif ġiet mħabbar dan il-proġett? Kemm se jiswa lill-gvern ċentrali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li jonqos li formalita' minn naħa tal-MEPA biex ikun jista' jibda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jara li jsir van minflok xarabank peress li x-xarabank ma jidħolx għall-istudenti ta' Triq Telleritu, Triq San Ġorġ u n-naħa ta' fuq ta' Hal Għaxaq?
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt inħarġu working permits għal ċittadini Senegaliżi f'Malta matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Minn mindu l –KXT hadet ir-responsabbilita’ tal-hrug tal-permessi tax-xoghol (1 ta’ Awwissu 2005), il-KXT harget permess wiehed biss ghal cittadin Senegalizi fl- 2006 u li gie mgedded fl-2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta llum u x'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ barranin li qegħdin jaħdmu Malta sad-29 ta’ Settembru, 2007, huwa ta’ 5,765 (EU u non-EU).
Ser ngħaddi lista bl-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu part-time illum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ibbazata fuq l-engagement u t-termination forms li jintbagħtu mill-employers skond il-Legal Notice 110 dwar 'manpower records', sa l-aħħar ta' April 2007, kien hemm 44,811-il persuna li jaħdmu xogħol part time. minn dawn 25,066 persuna, il-part time huwa x-xogħol prinċipali tagħhom filwaqt li 19,745 persuna kellhom xogħol part time barra x-xogħol prinċipali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' sexual harrassment ġo ċentri edukattivi post sekondarji din is-sena? F'liema istituzzjonijiet saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġie rrapurtat l-ebda kaz ta' sexual harassment ġewwa ċentri edukattivi post-sekondarji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li NGO waħda biss minn dawk li jaħdmu fil-qasam ta’ persuni b’diżabilita` qed tiġi mgħejjuna mill-istat mill-vot allokat għall-inklużjoni? Hemm ħsieb li NGOs oħra wkoll jingħataw għajnuna mill-istat ġaladarba qed joffru servizz lil studenti b’diżabilita`?