Jikkonferma l-Ministru li nstabu siringi fil-Junior College jew fil-viċinanzi? Jekk iva, jista’ jgħid x’passi ttieħdu ħalli jitbiegħed dan il-periklu u jekk sarx rapport lill-pulizija dwar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-Pulizija qed tibgħat regolarment patrols bil-lejl u matul il-jum biex timmoniterja aħjar is-sitwazzjoni.
S'issa l-indikazzjonijiet kollha juru li l-abbużi qed isiru bil-lejl u mhux fil-ħin meta l-Kulleġġ ikun miftuħ għall-istudenti.
Santa Venera — Skola sekondarja San Franġisk t'Assisi - għalliem tat-Taljan
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliem tat-Taljan minflok l-għalliema preżenti li ħarġet bil-pregnancy leave, fl-iskola sekondarja San Frangisk t’Assisi ġewwa Santa Venera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema tat-Taljan ser tibda l-pregnancy leave wara l-Milied, u sadattant tintbagħat għalliema oħra.
Ħal Qormi — skola sekondarja Ġuże' Galea - għalliem ta' l-Ingliż
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliem ta’ l-Ingliż għal Form II ġewwa l-iskola sekondarja Ġuże` Galea ta’ Ħal Qormi, minħabba li dik preżenti mill-24 ta’ Settembru 2003 attendiet biss jumejn skola?
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1760.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3014 u cioe' kemm hemm studenti sekondarji fis-settur statali li qed jistudjaw l-istudji Ewropej? Kemm hemm għalliema magħhom? Hemm xi ħjiel jekk hux se jiżdiedu l-istudenti li jidħlu għal dan is-suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' studenti sekondarji fis-settur statali li qed jistudjaw l-Istudji Ewropej huwa ta' 341. In-numru ta' għalliema magħhom huwa ta' 14.
Dawn l-għalliema ma jgħallmux biss dan is-suġġett.
L-għażla hi dejjem f'idejn l-istudenti li jistgħu jiġu mħajjra biex jagħżlu suġġett, iżda dan ma jiġix impost.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3070, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ż-żewġ proposti li saru għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta ġew skartati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-iskwalifika taż-żewġ proposti ma kienetx deċiżjoni ta' l-FTS iżda tad-Dipartiment tal-Kuntratti, il-Mistoqsija għandha issir lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex intgħażel bħala mature student il-persuna li isimha qed jidher separatament? Japprezza l-Ministru li l-persuna ndikata għaddejja proċeduri gravanti l-qorti rigward spaċċar tad-droga eroina?
Jidhirlu li anke in vista ta' risposti preċedenti għal domandi relattivi dwar dan is-suġġett, il-gvern għandu jistabilixxi kriterji aktar eżawrjenti f'dan ir-rigward?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li fl-Universita' anke persuni sentenzjati ġieli jkun hemm bħala studenti u għaldaqstant ma nħossx li persuna li tissodisfa il-kriterji ta' student matur li kapaċi jsegwi l-istudji tal-kors konċernat kellu jiġi rifjutat sempliċiment minħabba proċeduri li għadhom sub indice. Il-Gvern ma jistax jindaħal fi kwestjonijet li huma ta' natura purament akkademika.
Għalkemm l-ECDL test centres jaqgħu taħt l-ICT division tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk qatt kien hemm ħsieb illi permezz ta' intervent mill-Ministeru tal-IT jinstab mezz kif jistgħu jagħtu input f'dan l-eżerċizzju l-officially accredited test centres privati for ECDL minħabba li dawn qed iħossu ruħhom żvantaġġjati minħabba fit-test centres li jipprovdu tests simili fit-test centres ta' l-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni juża diversi laboratorji li diġa' jeżistu fl-iskejjel sekondarji bħala 'ECDL Test Centres' u għaldaqstant m'hemmx il-ħtieġa li jintużaw 'test centres' privati.
In vista tal-fatt li f'ċerti korsijiet ta' l-Universita', senjatament fil-B.Com, B.Educ, LL.D., u Accountancy, qed jiggradwaw mijiet ta' studenti fis-sena, jikkonsidra l-Ministru li jipprovdi infrastruttura adegwata li tagħmilha possibbli li dawn l-istudenti jsibu mpjieg fil-professjoni minnhom xelta peress li porzjon qawwi ta' dawn l-istudenti jistgħu jiffrustraw ruħhom għax jispiċċaw bla impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Membru għandu xi suġġerimenti konkreti napprezza li jgħaddihomli għall-evalwazzjoni u konsiderazzjoni.
Jidhirlu l-Ministru li għandu jintroduċi sistema ta' career guidance adegwata sabiex jiġu assistiti l-istudenti biex jagħżlu korsijiet adegwati li jistgħu jiggarantulhom xogħol fil-karriera minnhom magħżula fl-aħjar interess tal-pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' għandha servizz ta' 'Student Advisors' li jinkludi career guidance. Hemm advisors kemm il-Junior College u l-Universita'. Dan l-uffiċċju jaħdem mill-qrib mal-guidance teachers tad-Diviżjoni ta' l-edukazzjoni billi jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex tingħadda lill-istudenti fl-iskejjel. L-uffiċċju jagħmel ukoll riċerka dwar il-gradwati u x-xogħol, li hi ppublikata.
Jista' il-Ministru jispjega għaliex f'ċerti korsijiet ta' l-Universita' bħall-Mediċina, Dentistrija u Arkitettura għadu jippersisti n-numerus clausus u għaliex il-kwalifiki rikjesti għal dawn il-korsijiet huma ferm ogħla minn dawk ta' korsijiet oħra?
Jista' jispjega għaliex f'dawn il-korsijiet mhux permess li jidħlu mature students waqt li f'korsijiet oħra jitħallew jidħlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:-
a) Fil-Mediċina m'għadx hemm numerus clausus. Il-kwalifiċi għad-dħul fil-kors tal-Mediċina saru ftit ogħla minn korsijiet oħra wara li tneħħa in-numerus clausus. Il-kwalifiki mitluba jikkomparaw ma' dawk mitluba f'Universitajiet oħra.
b) Fid-Dentistrija hemm numerus clausus peress li in-numru ta' studenti hu relatat man-numru ta' pazjenti li magħhom jistgħu jagħmlu t-taħriġ prattiku taħt superviżjoni.
c) Fl-Arkitettura ilu ma jkun hemm numerus clausus minn mindu tneħħa għall-korsijiet kollha fl-1987. Il-kwalifiċi għad-dħul fil-kors ta' l-Arkitettura huma fl-istess livell bħal korsijiet oħra.
Jidhirlu l-Ministru li fiċ-ċirkostanzi, tenendo kont l-influss ta' studenti universitarji f'ċerti korsijiet, li dawn il-korsijiet għandhom jerġgħu jibdew isiru kull sentejn kif kien isir xi snin ilu?
Jidhirlu li dan ikun ta' benefiċċju għall-istess studenti, li almenu jkollhom ftit tan-nifs jistradaw ruħhom fil-karriera tagħhom, mingħajr kompetizzjoni sfrenata?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru jista' jiġi konsidrat skond kif ikomplu jevolvu iċ-ċirkostanzi.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk il-kunsilli li kienu jagħmlu użu mill-community work scheme ta' l-ETC? Jista' wkoll jagħti dawl għaliex din l-iskema twaqqfet ħesrem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsilli li kienu jagħmlu użu mill-community work scheme ta’ l-ETC huma dawn li ġejjin:
Kunsill Lokali Birzebbuġa
Kunsill Lokali Fgura
Kunsill Lokali Iklin
Kunsill Lokali Isla
Kunsill Lokali Kalkara
Kunsill Lokali Lija
Kunsill Lokali Nadur
Kunsill Lokali Paola
Kunsill Lokali Rabat, Għawdex
Kunsill Lokali Sannat
Kunsill Lokali Swieqi
Kunsill Lokali Tarxien
Kunsill Lokali Xgħajra
Kunsill Lokali Żabbar
Kunsill Lokali Rabat, Malta
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar
Kunsill Lokali Żurrieq
Kunsill Lokali Kirkop
Kunsill Lokali Balzan
Kunsill Lokali Ta’ Xbiex
Kunsill Lokali Luqa
Kunsill Lokali Kerċem
Kunsill Lokali Sliema
Kunsill Lokali Floriana
Kunsill Lokali Birgu
Kunsill Lokali Msida
Kunsill Lokali Bormla
Kunsill Lokali Għarb
Kunsill Lokali Safi
Kunsill Lokali Fontana
Kunsill Lokali Mqabba
Informat li l-iskema qed tiġi rikonsidrata fid-dawl ta' prioritizazzjoni tal-programmi ta' l-ETC.
Ħamrun — Skola Maria Assunta - lezzjoni tal-Physics
Question
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-istudenti ta’ bejn Form 1 u Form 4 ta’ l-iskola Maria Assunta fil-Ħamrun mhux qed jagħmlu lezzjoni tal-Physics fil-laboratorji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent il-blokk tal-laboratorji qiegħed jiġi refurbished u għandu jkun lest sa l-aħħar ta' Diċembru 2003. Sar arranġament biex il-parti tal-prattiku tas-Sillabu issir mit-tieni Term il-quddiem.
Minħabba li l-aċċess bejn l-iskola Maria Assunta u Adelaide Cini fil-Ħamrun huwa perikoluż, jista’ il-Ministru jara li dan il-passaġġ jiġi rranġat u mhux jibqa’ bil-pallets ta’ l-injam? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus f’żebgħa u xogħol iehor marbut mas-sinjali tat-traffiku ġewwa l-istess skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt assigurat li l-passaġġ in kwestjoni m'għandux jippreżenta perikolu, pero' tlabt lil min hu konċernat jikkonsidra is-sitwazzjoni u jagħtini parir.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li jkun hemm selection committee sabiex jara d-diskorsi ta’ l-istudenti li jagħmlu f’jum il-gradwazzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll fejn hu maħsub li jsiru ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni għal din is-sena? X’kienet ir-raġuni li saret bidla fil-post fejn isiru normalment?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tistieden lill-Kunsill ta' l-Istudenti Universitarji (KSU) biex għal kull ċerimonja jagħżlu huma rappreżentant ta' l-istudenti biex jagħmel diskors ta' l-okkażjoni. L-Universita' ma taħtar l-ebda kumitat ta' l-għażla.
Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni ta' din is-sena ser isiru fil-Multipurpose Sports Hall fl-Universita' minħabba l-kwantita' kbira ta' gradwati.
Tfal ta' immigranti li jattendu l-iskejjel f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' immigranti li qegħdin miżmuma Malta li qed jattendu l-iskejjel? Kemm qed imorru fi skejjel ta’ l-Istat? F'liema snin qegħdin? Kien hemm skejjel tal-Knisja li ntalbu biex idaħħlu wħud minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jfittxu xogħol bħalissa? F'liema qasam iggradwaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li f'Ottubru 2003 kien 130 persuna gradwati jew b'Diploma jirreġistraw għax-xogħol.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub dwar l-oqsma li fihom gradwaw.
Jista' il-Ministru jgid x'livell skolastiku għandhom dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? Jista' jagħti t-tagħrif bl-eta' u jgħid kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.