Żjarat barra minn Malta għal laqgħat dwar Traffic Management System
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21721, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex delegazzjoni mill-Ministeru u minn Transport Malta attendiet għal żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress? Minn min kienet iffurmata din id-delegazzjoni? Jista’ jagħti d-dettalji kollha ta' kif sar dan l-infiq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni kienet iffurmata minni, bħala Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura flimkien ma’ konsulent tiegħi għan-naħa tal-Ministeru.
Min-naħa ta’ Transport Malta id-delegazzjoni kienet ffurmata mic-Chairman, Senior Operating Officer, Chief Officer Roads & Infrastructure u uffiċjal ieħor ta’ dan id-Direttorat.
L-ispiża, li kienet tinkludi titjiriet u allowances dovuti,kienet skont regoli stabbiliti mill MFIN.
Transport Malta – Executive Enforcement Officer — overtime
Question
ista’ l-Ministru jgħid kemm għamel sigħat f'
overtime
l-
Executive Enforcement Officer
fl-
Enforcement Unit
ta' Transport Malta, xahar b'xahar, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Executive Enforcement Officer ma jeżistix fi ħdan Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-PA tas-Senior Operating Officer fi ħdan Transport Malta ġietx ingaġġata b' sejħa pubblika jew inkella bħala position of trust? Xi kwalifiki għandha din il-persuna? X'paga u x’perkaċċi oħra għandha din il-persuna? Veru li din il-persuna fi ftit xhur oħra ser tiġi impjegata tal-post ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ PA Senior Operating Officer ma jeżistiex fi ħdan Transport Malta. Fl-uffiċċju tas-Senior Operating Officer hemm persuna li tokkupa l-grad ta’ Executive, liema grad huwa kontemplat fil-Ftehim Kollettiv tal-istess Awtorita’. Din il-persuna ġiet ingaġġata permezz ta’ sejħa pubblika u ghandha il-kwalifiki, l-esperjenza kif ukoll ir-rekwiziti l-oħra kollha msemmija fis-sejħa maħruġa.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30036 u 29917 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru Għat-Trasport u l-Infrastruttura hemm 10 persuni f’ position of trust u 14-il persuna bħala person of trust.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bridge fil-bypass tal-Imrieħel, u jekk hemmx data meta dan se jibda u meta se jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-pont pedonali tul il-Bypass tal-Imrieħel beda u għandu jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-SMS Alert ta' Transport Malta fejn wieħed jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li qed idaħħnu, matul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista' jgħid kemm-il karozza ttellgħet għat-test kaġun ta' dawn l-SMSs mill-pubbliku? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet iċċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eleġibbli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika illi jirċievi bil-posta.
Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa ma l-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi.
Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eleġibbli għal spezzjoni m’ huwiex ekwivalenti għan-numru ta’
smses
li tkun irċeviet l-Awtorita’.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
Sena
Numru ta’ SMS’s
Vetturi msejha ghat-test
Vetturi li m’ghaddewx
2014
11,329
258
34
2015
13,235
227
37
2016
16,340
368
60
Billi fir-risposta li kien ta l-Ministru dwar ix-xogħol li fadal isir minn dak li kien il-proġett originali tat-TEN-Ts, mhux indikat x'ser jiġri minn dik il-parti tal-proġett li kien jikkonċerna x-xogħol bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din il-parti tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30326.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Kienu 5 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ġew imġegħla jirreżenjaw, ġew sospiżi jew inkella mkeċċija mid-diversi dipartimenti u awtoritajiet sena b'sena, dipartiment dipartiment, awtorità awtorità mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kull każ separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li mit-13 ta’ Marzu l' hawn kien hemm dawn it-tkeċċijiet ;
Sena
Tkeċċija
2013
Każ ta’ Habs
2014
Każ ta’ Ħabs.
2014
Każ ta’ Habs
2016
Każ ta’ Habs
2016
Regulation 36 – Absence without Leave
L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' Transport Malta hija kif muri hawn taħt:
Sena
Riżenja/Sospensjoni/Tkeċċija
2014
Tkeċċija t’impjegat wara proċeduri kriminali mill-Pulizija u wara investigazzjoniji tal-Internal Audit & Investigations Unit
2015
Sospensjoni t’impjegat fuq allegat abbuż fl-għoti ta’ numru ta’ tenders
2016
Sospensjoni t’impjegat fuq allegat falsifikar ta’ dokumentazzjoni
2016
Sospensjoni t’impjegat wara mġiba mhux xierqa fil-konfront ta’ żewġ impjegati oħra
2016
Sospensjoni ta’ żewġ impjegati wara li ma nstabux fuq il-post tax-xogħol waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom
Ma kien l-ebda riżenja sfurzata, sospensjoni jew tkeċċija mill-Grand Harbour Regeneration Corporation fis-snin imsemmija.
Transport Malta – vacancies għal Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13056, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tliet impjegati li isimhom kien ingħata separatament bħala l-persuni indikati għall-vacancy ta’ Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control fi ħdan Transport Malta, fil-fatt ingħatawx din il-promozzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li l-persuni ndikati ngħataw il-pożizzjoni rispettiva tagħhom wara li nħarġet sejħa nterna għall-applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-erba’ impjegati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament humiex il-persuni indikati għal upgrades fl-ICT Department fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li upgrades, li qed nifhmu li huma promotions, isiru skont proċeduri kif stipulat fil-collective agreement.
Transport Malta – Manager Traffic Managment & Control
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13056, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk wieħed mill-persuni indikati fil-mistoqsija parlamentari u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx ġie mogħti l-vacancy ta’ Manager Traffic Management & Control? Jista’ jgħid jekk din il-persuna għadhiex twettaq ix-xogħol li ngħatat permezz tal-grad li ħadet, u ċjoè ta’ Manager Traffic Management & Control? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid x'xogħol qed jagħmel preżentament u f'liema dipartiment/unit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għanda l-ebda mpjegat bit-titlu ta’ Manager Traffic Management & Control.
Transport Malta — Chairman u s-Senior Operating Officer – safra f’Bordeaux
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21720, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-waqfa f’Bordeaux li ċ-Chairman u s-Senior Operating Officer ta' Transport Malta kienu għamlu f’dan il-pajjiż? Jista’ jgħid kemm dawn il-persuni damu f'Bordeaux u kemm ġiet tiswa din is-safra lil Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret żjara ġewwa Bordeaux mis-Senior Operating Officer sabiex jattendi għall-ITS World Congress bejn is-6 u d-9 t’Ottubru 2015. Ninfurmah ukoll li c-Chairman ma attendiex Bordeaux. L-ispiża, li kienet tinkludi r-reġistrazzjoni għal dan il-kungress, titjiriet, akkomodazzjoni u allowances dovuti, saret skont proċeduri stipulati mill-MFIN.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għal xogħlijiet ta’ elettriku fi ħdan Transport Malta fejn jidħlu jew jiġu installati l-meters tad-dawl ġodda? Xi kwalifiki għandu, min qed jidħol responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-meters jiġu stallati mill-Enemalta wara li tkun irċeviet applikazzjoni minn Transport Malta liema applikazzjoni tkun iffirmata minn persuni kwalifikati tal-kuntratturi rispettivi. Dan japplika fil-każ ta’ meters tad-dawl li jirrigwardaw stallazzjoni ta’ sinjali elettroniċi, pelican u belisha lights etc.
Fir-rigward ta’ meters li jsiru fuq mollijiet u siti oħra marittimi, dawn jiġu ċċertifikati mill-Maintenance Manager li għandu liċenzja tal-elettriku A u B u Diploma fl-Inġinerija Elettrika.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Vjal Indipendenza fil-Mosta, jinżebgħu l-lanes fuq kull naħa tal-istess Vjal Indipendenza b'double line fin-nofs li jindika li ma jistax ikun hemm qsim min-naħa għall-oħra tat-triq u b'hekk jitnaqqsu l-possibilitajiet li karozzi minn fuq lane jkunu jistgħu jaqsmu għas-side roads fuq il-lane opposta tal-istess Vjal Indipendenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment ser inkun qed ngħaddih għall-konsiderazzjoni ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintbagħtu uffiċjali ta’ Transport Malta fl-irħula Maltin u Għawdxin biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali ta’ Transport Malta għandhom l-awtorizzazzjoni li jagħtu ċitazzjonijiet skont il-parametri tal-leġislazzjoni u regolamenti stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru taċ-ċitazzjonijiet li nħarrġu minn Uffiċjali ta’ Transport Malta, minn Jannar 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma skont il-lokalità fejn ingħataw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ftehim bejn Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-LESA — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ ftehim bejn l-Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-Local Enforcement System Agency (LESA) dwar ċitazzjonijiet li jingħataw lill-vetturi privati f’Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.