Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — Inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif u jgħid fl-2001, fl-2002 u fl-2003 s'issa kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt bandiera Maltija u jagħti dettalji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn Ottubru 2002 'l hawn, ġew irraportati 93 inċident li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt il-Bandiera Maltija. Dwar dawk li ġraw matul l-2001 u l-2002, dawn ġew publikati fir-Rapporti Annwali ta' l-Awtorita' Marittima li tqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qedgħin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Ħal Tarxien — Triq Anġlu Mangion - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata parti minn Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Ħal Tarxien — Triq Daniel Cecy - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq jonqosa ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.

Ħal Tarxien — Triq il-Madonna tad-Duttrina - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija qegħda fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li ġie mħejji mid-Direttorat tat-Toroq, u x-xogħol fiha isir aktar il' quddiem skond il-prijoritajiet.

Ħal Tarxien — Triq il-25 ta' Marzu - Asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għandu diversi talbiet għal xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu mhux komplut bħal f'dan il-każ, u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar ' l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.

Ħal Tarxien — Triq Dun Karm Sant - Asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1443, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox impjegati mal-Gozo Channel u jindika l-mansjonijiet rispettivi tagħhom? Jista' jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel din is-sena, jindika x-xxhur relattivi ta' meta dawn il-ħaddiema ġew impjegati u x'mansjonijiet għandhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sidien tal-mini buses — Karti tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni għaliex is-sidien tal-mini buses ikollhom jitilgħu Malta bil-karti tal-VRT għand l-Awtorita' tat-Trasport u għaliex dan il-proċess ma jsirx f'Għawdex stess? Ma jaħsibx li dan huwa inkonvenjent żejjed għas-sidien Għawdxin u ma jidhirlux li din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata biex l-Għawdxin jinqdew minn Għawdex stess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport diġa qed tieħu passi biex tinbiddel is-sistema użata sal-lum.

Riforma dwar it-trasport pubbliku

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku? Meta hu maħsub jew mistenni li dawn jiġu konklużi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru taħdidiet fuq ir-riforma fit-trasport pubbliku bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Dawn it-taħdidiet qed jitrattaw is-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali dwar ir-rotot fil-lokalitajiet tagħhom, tibdil f'rotot eżistenti u possibilitajiet ta' rotot ġodda kif ukoll l-idejat li jinħolqu "hubs" ġodda barra dawk eżistenti.

Raħal Ġdid — Triq Ninu Cremona - xogħlijiet

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jitħaffu u jitlestew ix-xogħlijiet fil-parti t'isfel ta' Triq Ninu Cremona, f'Raħal Ġdid, liema xogħlijiet ilhom għaddejjin għal diversi xhur issa, meta suppost damu ferm inqas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi x-xogħol imsemmi qed isir mill-Kunsill Lokali.

Servizz ta' trasport pubbliku — Rotta San Pawl il-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jara li s-servizz tal-linja li kien jiġi wżat qabel fuq ir-rotta San Pawl il-Baħar via Fleur-de-Lys, Valletta u vice-versa jerġa' jibda jaħdem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan is-servizz kien jeżisti żmien ilu u kien ġie mwaqqaf peress li ma kienx isir użu minnu. Fl-2001, għaż-żmien tas-sajf, reġa ġie ntrodott bi ftehim mal-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun u Santa Venera u reġa ġie mwaqqaf għall-istess raġunijiet.

Balzan — Triq iż-Żekkuk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'progress qed isir fuq it-talba imressqa mir-residenti ta' Triq iż-Żekkuk Balzan, lit-Traffic Managment Directorate ta' l-Awtorita' tat-Trasport nhar il-20 ta' Lulju 2003, dwar il-ħtieġa li ssir keep clear faċċata tad-drive in tal-garazzijiet billi mhux qed ikun possibli li joħorġu il-vetturi minħabba il-wisa tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Xogħlijiet — Toroq

Question

Jista' il-Ministru, jagħti indikazzjoni ta' meta jaħseb li x-xogħol fuq Triq Notabile Part B ser jibda wara li issa ix-xogħol fuq l-ewwel parti ilu li spiċċa għal xi ġimgħat? Jista' il-Ministru ukoll jagħti indikazzjoni ta' meta jaħseb it-tender biex isir l-aħħar parti tat-Triq Notablie li tmiss ma naħa ta' Triq il-Knisja il-Qadima ser toħrog?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi ħarġet sejħa għall-offerti sabiex tiġi asfaltata l-bqija ta' Triq Notabile u li din i-sejħa ser tagħlaq fis-26 ta' Settembru.

Birkirkara — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni meta ser jibda ix-xogħol fuq il-ġibjun meħtieġ fi Triq il-Bwieraq wara li sar it-twaqqih tal-bini biex titwessa il-pjazza ma' Triq is-Salib Imqaddes, peress li minħabba li din il-pjazza tinsab f'bajjella qawwija, id-djar fiż-żona jerqu meta tkun xita aktar minn normal. Jista' il-Ministru jara li x-xogħol isir qabel ix-Xitwa biex anke il-Kunsill ta' Birkirkara ikun jista' jagħti il-wiċċ tat-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-twaqqiegħ ta' bini li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien sar bħala pass preparatorju sabiex it-triq tkun tista' tinfetaħ u jkun jista jinbena l-ġibjun taħt l-art. Bħalissa d-Direttorat għat-Toroq qed iħejji l-istejjem neċessarji sabiex il-ġibjun ikun jista jsir.

Birkirkara — Toroq - Naxxar Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi irranġata Naxxar Road mill-HSBC f' B'Kara saċ-ċimiterju ta' Ħal Lija peress li tinsab fi stat ħażin u hija triq prinċipali u traffikuża? Hemm il-ħsieb li din tiddaħħal fi programm ta' toroq fis-sena finanzjarja li jmiss?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq distributorja msemmija qiegħda diġa fil-lista ta' prijoritajiet ta' xogħol li jridu jsiru skond ir-road resurfacing Master Plan u x-xogħol fiha u maħsub li jsir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.

Ħaż-Żabbar — Qasam tal-bini ta' Bulebel iż-Żgħir - kaxxi ta' l-ittri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kaxxi ta' l-ittri mill-qasam tal-bini ta' Bulebel iż-Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar ġew maqlugħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fir-rigward ta' Maltapost, il-kaxxa msemmija li kienet fil-qasam tal-bini f'Bulebel iż-Żgħir ġiet trasferita għal Triq il-Labour (Main Road) mhux bogħod ħafna minn fejn kienet. Din biex isservi aħjar il-bżonnijiet ta' l-inħawi u tal-pustiera,peress li saret ukoll 'Depository Box'.

San Ġwann — Vjal ir-Rihan - zebra crossing

Question

B'riferenza għaż-zebra crossing li hemm Vjal ir-Rihan San Ġwann bejn id-Delta Home Centre u l-ex BDS Showroom, jista' il-Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-gvern billi din iż-zebra crossing hija unsafe kemm għall-adulti u t-tfal li jużawha matul il-jum? Jikkonferma li kien hemm nies li ġarrbu inċidenti proprju f'din iż-zebra crossing minħabba l-location tagħha? Huwa minnu li saret xi talba mill-kunsill lokali biex isiru xi alterazzjonijiet għal din iż-zebra crossing location u jekk iva, x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern ċentrali? Għaliex ma saritx centre strip fl-area meta hemm centre strip fil-kumplament tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann qegħdin f'kuntatt biex jaraw hemmx lok li z-zebra crossing imsemmija ssir Pelican Crossing, peress illi, minn meta tneħħa l-parking area, it-triq twessgħat, bil-konsegwenza li l-vetturi qed jgħaddu b'aktar veloċita. S'issa l-Awtorita' għad m'għandha l-ebda rapport dwar każi ta' inċidenti f'din il-lokalita.

Distrett Nru. 2 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fit-Tieni Distrett Elettorali li se jkunu asfaltati sa l-aħħar tas-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti għall-asfaltar ta' Triq il-Misk kif ukoll għall-asfaltar ta' Triq is-Summien kantuniera ma' Triq Merħba fil-Fgura. Dan sar wara li fix-xhur li għaddew ħarġu sejħiet għall-offerti għall-asfaltar ta' Triq Karmelo Ritchie u Triq Karmelo Penza fix-Xgħajra. Kif ukoll tlesta xogħol li kien għaddej fi Triq Matty Grima, Triq ix-Xatt u Triq il-Mitħna f'Bormla, Triq Rinella u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara u Triq Hompesch fil-Fgura. Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed f'kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq kollha fil-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-eżiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.

Burmarrad — Xogħlijiet

Question

Peress li r-rampa ħdejn Xerri Garden Centre fi Triq ta' Burmarrad ma tranġatx max-xogħlijiet li kienu qed isiru f'din it-triq għad-detriment li l-bdiewa ma jistgħux jgħaddu minnha, jista' il-Ministru jara li titranġa minnu fih ħalli s-sitwazzjoni tiġi rimedjata u l-bdiewa jkollhom l-aċċess neċessarju? Jista' jara li dawn ix-xogħlijiet isiru bla aktar telf ta' żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-post imsemmi kien hemm rampa komuni li ġiet irranġata bħala parti mill-proġett tat-triq ta' Burmarrad. Irriżulta illi żviluppa tilwim bejn min juża din ir-rampa, bir-riżultat li din inqalgħet minn nies mhux magħrufa u għalkemm id-Direttorat tat-Toroq ipprova jagħmel żewġ rampi biex jevita l-inkwiet ħadd ma ried li dawn isiru fil-propjeta tiegħu. Il-każ għalhekk għadu qed jiġi kkunsidrat.