Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35972 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Summer Workers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm summer workers ma' l-Airmalta din is-sena? Kemm minn dawn ħadmu ma' l-Airmalta darba oħra u kemm-il darba individwalment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din is-sena kien hemm 368 summer worker ma' l-Air Malta. Minn dawn 128 ħadmu għall-ewwel darba, 57 għat-tieni darba, 97 għat-tielet darba, 76 għar-raba' darba u 10 għall-ħames darba.
Leg 9 PQ #36902 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li l-bozza ħdejn residenza 23 triq il-Pluviera l-Mellieħa tinxtegħel peress li ilha diġa rappurtata x-xhur u l-ħsarat għadhom ma ġewx rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-lampa msemmija diġa' daret.
Leg 9 PQ #37066 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Water Framework Directive

Question

Peress li f'każ ta' sħubija ma' l-UE, Malta trid taderixxi ma' l-Water Framework Directive li fost affarijiet oħra tinsisti li jkun hemm full cost recovery għal produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb. Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qiegħed jiġu ippjanat li dan issir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-direttiva msemmija, imkien ma ssemmi l-frażi u d-definizzjoni ta' full cost recovery. Din il-frażi tidher fil-proposta tal-Kummissjoni ta' l-1997 (Com 1997/49) ma tidher imkien fid-direttiva kif addottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2000/60/EC of 23 October 2000) Il-preambolu għall-Water Framework Directive jgħid li l-użu ta' strumenti ekonomiċi jistgħu jkunu tajba (appropriate) bħala parti minn programm ta' miżuri, li l-prinċipju ta' full cost recovery għandu jiġi kkunsidrat, u partikularment jirrikonoxxi s-servizz ta' l-ilma (the supply of water) bħala servizz ta' interess ġenerali u allura eliġibbli għal state aid jew sussidju. Fil-fatt, Artiklu 9 tad-direttiva jistipula li għandu jkun hemm kontribut adegwat (recovery of costs) ta' l-użu differenti ta' l-ilma, imqassam ta' l-inqas fl-industrija, fid-djar u fl-agrikoltura, għall-irkupru ta' l-ispejjeż għas-servizzi ta' l-ilma; biss kull stat membru jista' jikkunsidra l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' dan l-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tal-post.
Leg 9 PQ #37068 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Power Station tal-Marsa

Question

Peress li fin-negozjati ma l-UE ġie miftiehem li sad-data li Malta ssir membru ta' l-UE, il-power station tal-Marsa trid tkun konformi mar-regoli ambjentali ta' l-UE. Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex dan l-għan jintlaħaq? Kemm se jiswa x-xogħol li hemm bżonn isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ma saru ebda kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-power station tal-Marsa. Ir-regoli ambjentali ma' l-Unjoni huma dawk kontemplati fid-direttiva 88/609/EC. Il-power station tal-Marsa hija kklassifikata bħala existing plant u l-Artiklu 5 tad-direttiva jesiġi tnaqqis iggradat fl-emissjoni ta' sulphur dioxide u nox. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, ser jiġi utilizzat żejt ta' kwalita' aħjar li jnaqqas l-emissjoni tas-sulphur dioxide. Fejn hu meħtieġ qed isir tibdil biex l-emissjoni ta' nitrogen oxide ma teċċedix il-limitu maħsub.
Leg 9 PQ #37096 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gżira — Dawl fit-toroq

Question

Tista' titwaħħal bozza quddiem 89, C. Manche Street Gżira minħabba fid-dlam li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dwal fit-toroq tal-Gżira issa huwa fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' dak il-post.
Leg 9 PQ #37104 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Luqa — Fabbriki

Question

X'inhi r-raġuni li proprjeta' privata qiegħda tinżamm mill-MDC fl-ex Jablo Factory Ħal Luqa (31 Industrial Estate)? Fuq min kienet din il-fabbrika qabel ma għalqet? X'inhu l-ammont ta' ħlasijiet ta' kera li hemm pendenti fuqha? X'inhi r-raġuni li din il-fabbrika qiegħda tinżamm magħluqa meta hemm tant ħtieġa ta' lokalitajiet bħal dawn għal dawk l-industrijalisti li qegħdin ifittxu areas għall-produzzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba l-provvedimenti tal-Business Promotion Act, Kapitlu 325 tal-Liġijiet ta' Malta, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #37155 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Airtraffic Service — Finanzjament

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed joħroġ finanzi l-Gvern għall malta airtraffic service, MATS, f'dawn l-aħħar 11-il xahar minn mindu ffirmat il-kumpannija? Fxiex kienu dawn l-ispejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Malta Air Traffic Services Limited ġiet imwaqqfa f'Marzu tas-sena l-oħra u bdiet l-operat tagħha fl-1 ta' Jannar 2002. Fil-bidu ta' din is-sena il-Gvern ħareġ miljun lira Share Capital bħala parti mix-xiri tar-radar. Il-Gvern ma ħareġ l-ebda finanzi għall-operat tal-kumpanija.

Bormla — Dwal tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 f'Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37177 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Air Traffic Service — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Air Traffic Service? X'inhu x-xogħol tagħhom? Xi grad għandu kull ħaddiem? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-overtime li qed jingħata lil dawn il-ħaddiema huwiex qed jingħata skond il-grad tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Malta Air Traffic Services għandha mitejn u għaxar persuni fuq il-payroll tagħha. Sitt impjegati huma fi gradi maniġerjali, mitejn u wieħed huma persuni li qabel kienu mpjegati jew mal-Forzi Armati ta' Malta jew mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili u tlieta huma studenti kontrolluri li ġew impjegati din is-sena. Is-sahra tingħata skond il-ħtiġijiet tal-kumpanija u meta jingħata tittieħed in konsiderazzjoni is-servizz meħtieġ u t-termini tal-ftehim kollettiv attwali.
Leg 9 PQ #36846 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Verdala — Ħlasijiet pendenti

Question

B'referenza għall-pagi pendenti li għandhom jieħdu l-ħaddiema ta' l-ex-lukanda Verdala, li dwarhom ressaqt diversi mistoqsijiet, jista' il-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi u cioe' meta se jsiru l-ħlasijiet dovuti mill-MDC skond l-arranġamenti li kienu saru u li jmorru lura għall-1983?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30755.
Leg 9 PQ #36901 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li fil-fatt tinxtegħel triq il-Birwina il-Mellieħa peress li twaħħlu l-bozoz u għadha ma nxtegħlitx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ tlesta u fil-fatt it-triq imsemmija tinsab mixgħula.
Leg 9 PQ #37028 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fit-tarf ta' Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f'Ħal Tarxien, eżatt fejn hemm entratura ta' għexieren ta' garages u fejn allura hemm dlam ċappa.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fil-post imsemmi hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #37030 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara li ssir imqar bozza oħra fi Triq l-Arzell, Wied il-Għajn għax din it-triq minkejja li hi kollha abitata għadha mudlama ħafna? Jista' l-Ministru jinformani x'inhi r-raġuni li s'issa minkejja diversi talbiet l-Enemalta baqgħet qatt ma għamlet imqar bozza oħra f'din it-triq.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #37081 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gżira — Triq Manche'

Question

Tista' l-korporazzjoni enemalta tieħu passi biex quddiem 50 C, Manche' Str, Gżira titwaħħal bozza li ddawwal aktar minn dik li hemm bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lampa msemmija hija fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Gżira u għaldaqstant it-talba għandha ssir lilu.
Leg 9 PQ #37086 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Assistant Head Chief Security Guard

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu jitħallas overtime fl-Enemalta mindu spiċċa fl-24 ta Diċenbru 2001 il-ħaddiem li ismu qed jintbagħat separatament? X'passi ttieħdu biex timtela l-vakanza bħala assistant head chief security guard fl-istess Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiem li qed issir riferenza għalih spiċċa mill-impjieg fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena u l-aħħar ġurnata li ħadem kien fil-31 ta' Diċembru 2001. F'Jannar ta' din is-sena tħallas l-arretrati u l-bonus dovut kollu. Fi Frar li għadda tħallas tal-festa pubblika ta' l-ewwel tas-sena peress li kien off duty u tħallas ukoll ta' xi differenzi li kien hemm. Fir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta ma jidhirx li dan l-impjegat fadallu jieħu xi flus. Madanakollu jekk hemm xi dubju wieħed dejjem jista' jikkjarifika mat-taqsima tal-pagi tal-Korporazzjoni. Jiena nfurmat ukoll li l-Korporazzjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex timtela l-vakanza fil-kariga ta' Assistant Chief Security Guard. Bħalissa din is-sejħa qed tiġi pproċessata.
Leg 9 PQ #37097 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pipeline tal-gass

Question

X'inhi l-pożizzjoni tad-diskussjonijiet li għaddejjin bejn il-Gvern Malti u l-kumpanniji barranin dwar il-pipeline tal-gass li huwa proġettat li jgħaddi bejn il-kosta ta' l-Afrika ta' fuq u Sqallija? Dan ser jgħaddi minn Malta u nkunu nistgħu nieħdu fergħa minnha jew ikollha tgħaddi fergħa oħra minn Sqallija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fid-diskussjonijiet li qed issir riferenza għalihom hemm involut id-Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt. Għaldaqstant nisseġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37106 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta International Airport — Żieda fil-ħlas ta' rati għall-Air Malta

Question

Peress li l-MIA wara li ġiet parzjalment privatizzata talbet lill-Air Malta żieda sostanzjali fir-rati ta' ħlas ta' ċerti servizzi provduti fl-ajruport, liema żieda tammonta għal madwar Lm5 miljun kull sena, jista' il-Ministru jgħid jekk hu ġiex konsultat dwar din it-talba? Jekk iva x'kien il-parir tal-Gvern? Jekk le x'kien il-parir tad-diretturi appuntati mill-Gvern meta ttieħdet din id-deċiżjoni? Jaqbel il-Ministru li talba bħal din tagħmel ħsara lill-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru speċjalment meta l-qasam turistiku għandu kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi madwar Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-M.I.A. ma talbet l-ebda żieda fir-rati ta' servizz lill-Air Malta f'dawn l-aħħar xhur, u bla ebda dubju mhux wara l-privatizzazzjoni li saret fis-26 ta' Lulju 2002.
Leg 9 PQ #37119 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Inċident waqt titjira

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36918?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar l-inċident tat-13 ta' Ottubru 2002 meta ajruplan AMC455 tal-kumpanija lokali niżel madwar tlitt mitt pied f'daqqa, stabbiliet li dan l-inċident seħħ meta ajruplan Boeing 747 tal-kumpanija Egypt Air ingħata l-clearance mill-awtoritajiet Taljani biex jitla' mal-livell ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta mingħajr is-separazzjoni laterali meħtieġa. L-Air Malta infurmat b'dan l-inċident lill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni, kemm lokali kif ukoll dawk Taljani. Ebda membru tal-crew ma' ġie grounded b'riżultat ta' l-inċident. Fil-fatt korrew sitt persuni, erba' passiġġieri, li tnejn minnhom irrifjutaw li jiġu imdewwija, u tnejn mill-cabin crew. Peress li r-rapport ta' l-investigazzjoni fih informazzjoni teknika, kif ukoll ta' natura kummercjali sensittiva, ma nħossx li jkun prudenti li npoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37125 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba li minbarra d-dipartimenti tinvolvi numru konsiderevoli ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #37156 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Leakage ta' ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-mains ta' l-ilma li qed jillijkjaw tal-flats 2,4,6 Blk 4B San Ġwann t' Għuxa, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-konsiderazzjoni tagħha.