Riżorsi u Infrastruttura — Special Cleaners Limited
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, awtoritajiet, kumpaniji u ażjendi li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tiegħu ma taw l-ebda kuntratt lil Special Cleaners Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-bini magħruf bħala "il-kamra tas-sajjieda" fl-Għadira tal-Mellieħa peress li hemm periklu kbir minħabba ħsarat strutturali fis-saqaf u l-ħitan tal-bini?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi dan l-aħħar sar xogħol biex jitneħħa l-periklu fuq il-bini magħruf bħala “il-Kamra tas-Sajjieda” fil-Mellieħa u ser toħroġ sejħa għall-offerti f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent sabiex ix-xogħlijiet meħtieġa jsiru mill-aktar fis possibbli.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Imsida fit-tarf ta' Conception Street kantuniera ma' Triq it-Torri? Jaf il-Ministru li l-ġibjun jinsab mimli weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi d-differenza bejn tindif tal-widien u tixmir tal-materjal fil-widien?
Jista' jgħid jekk hux tindif jew tixmir tal-materjal sar f'Wied is-Sewda u f'Wied il-Kbir, Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li t-tindif fil-widien isir fejn jirrigwarda skart goff u materjal ieħor li jintefa minn individwi rresponsabbli.
It-tixmir isir biex jinżamm l-ilma għall-livell normali u biex jipproteġi milli l-ilma jippenetra f’ħitan, kif ukoll jipproteġi r-raba tal-madwar mill-għargħar. Dan isir biex jifforma kanal sabiex l-ilma jieħu direzzjoni.
Fil-widien imsemmija sar kemm tindif minn materjal mormi kif ukoll tixmir.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern fl-aħħar sena biex ikun jista' isir ix-xogħol meħtieġ għal iżjed studji siżmiċi għaż-żejt fl-inħawi tal-baħar Malti li jmiss ma' dak Libjan u Tuneżin u fejn fil-baħar tagħna għandna postijiet Limoncello u Chianti li ġew deskritti li fihom prospetti dinji ta' żejt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta’ valur kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba m’għandiex tkun ippubblikata.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ippjanat skond każ tal-Works Department File WD519/03 fl-area ta' Tas-Sidra f'Wied il-Kbir, Qormi li sal-lum għadu ma tlestiex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22037, ninsab infurmat li l-
file
li qiegħed jirreferi għalih, jiġifieri
WD 519/2003
m’għandu x’jaqsam xejn max-xogħol f’Wied il-Kbir, Qormi. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant hu ġentilment mitlub biex jispeċifika għal liema żona/
area
/lok/sit qiegħed jirreferi.
Malta Resource Authority — Public Service Obligation
Question
Jista' il-Ministru jfisser x'inhi l-public service obligation li tħallas il-Malta Resource Authority għall-Enemalta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fil-preżent ma tħallas ebda kumpens lill-Korporazzjoni Enemalta għal xi obbligazzjoni għal servizz pubbliku. Madanakollu, tlesta' abbozz ta’ kuntratt għal public service obligation, li ’l quddiem għandu jingħata mill-Gvern lill-Korporazzjoni Enemalta. Dan skond il-politika tal-Gvern hekk kif imħabbra fl-aħħar budget. Il-Gvern ser jgħaddi lura lill-Enemalta bħala sostenn għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku parti mill-fondi li jkun daħħal mid-dazju fuq il-fuels (ara tabella 13: Dħul u nfieq proġettat tal-Gvern għall-2007, Diskors tal-baġit 2007).
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li ntellgħu ilma mill-aquifers tagħna f'sena? Kemm hu kkalkulat li jinżel ilma tax-xita fl-aquifer tagħna? Kif inhu l-bilanċ tad-dħul u l-ħruġ f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li huwa stmat li madwar 33 miljun metru kubu ilma jittellgħu mill-
aquifers
kollha f’Malta u Għawdex kull sena.
L-ammont ta’ ilma tax-xita li jinfiltra u jinżel fl-aquifers huwa kkalkulat bħala 32 fil-mija tax-xita kollha li tkun għamlet.
Meta wieħed iqabbel id-dħul u l-ħruġ ta’ ilma fuq tul ta’ żmien (long term average) fl-aquifers kollha kull sena, isib li hemm bilanċ żgħir kumplessiv ta’ madwar miljun metru kubu.
Jista' il-Minsitru jgħid f'liema livelli waslu n-nitrati abbażi tad-direttivi tal-EU li pajjiżna jrid ikun konformi magħhom? Jista' jinformani dwar Malta u Għawdex separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-livell ta’ nitrati indikat fid-Direttiva ta’ l-EU dwar in-Nitrati huwa ta’ 50 milligram kull litru.
In-Nitrati fl-aquifers kollha f’Malta jaqbżu dan il-livell. Il-livell ta’ Nitrati fl-aquifers ta’ fuq it-tafal f’Malta jeċċedi l-100mg kull litru, filwaqt li fl-aquifers tal-pjan f’Malta jinsab f’livelli ta’ bejn il-50 u l-75 milligram kull litru. Il-livell ta’ Nitrati fl-aquifer tal-pjan f’Għawdex huwa ta’ madwar 50 milligram kull litru. Dawn il-valuri huma averages maħduma fuq l-aquifers kollha.
Kien għalhekk li l-pajjiż kollu ġie ddikjarat bħala "żona vulnerabbli għan-Nitrati" u qiegħed jiġi attwat programm ta’ azzjoni sabiex jitnaqqsu dawn il-livelli kif stabbilit mill-istess Direttiva ta’ l-EU.
Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jinbeda u jitlesta x-xogħol li suppost kellu jsir bħala parti mill-ħsarat ta' l-għargħar ta' l-2003 fl-area tas-Sidra f'Wied il-Kbir, Qormi, skond kif ippjanat f'file WD519/03?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi x-xogħol li kellu jsir biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-għargħar ta' l-2003 f'Wied il-Kbir, Qormi, diġa' tlestew. Sadanittant ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar tlett snin, apparti x-xogħlijiet li saru, jsir tindif regolari tal-wied minn xi materjal li jinġabar bl-ilma u minn skart li jintrema llegalment.
Jista' il-Ministru jara li jitranġa l-ħajt tas-sejjiegħ li ġġarraf fi Triq il-Marsa, Ħal Qormi biswit il-Maltapost minħabba li kien hemm inċident tat-traffiku ftit tax-xhur ilu u din it-tiswija baqgħet ma saritx b'konsegwenza li għad hemm periklu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru għid kemm-il darba siefer u kemm ingħata allowance il-perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlett snin il-Perit li dettalji tiegħu kienu ngħataw separatament, siefer sitt (6) darbiet fuq xogħol tal-Gvern. L-
allowance
li ngħata kienet tammonta għal Lm1,904.58ċ, skond iċ-Ċirkularijiet ta' l-MPO Numru 1/2004, 77/2004, 8/2006 u anke MPO/BI Numru 1/94.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21732 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22010 u jinvestiga l-ilment ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar flooding li jkollhom fit-triq kull meta tagħmel ix-xita kif ukoll li jsir tindif tal-widien qrib tagħhom kif soltu kien isir fix-xhur tas-sajf qabel ma jaqleb it-temp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li dwar l-ilment imsemmi sar tindif tal-wied fiż-żona msemmija matul il-ġranet li għaddew. Fuq il-kwistjoni tal-flooding f’din iż-żona, qed isir masterplan fuq il-problema ta’ l-għargħar li tikkonċerna lil Malta kollha. Din iż-żona ħa tkun ikkunsidrata f’dan il-pjan.
Pero, ta' min jgħid ukoll li l-problemi ta' din iż-żona huma l-istess bħal ħafna żoni oħra madwar Malta fejn saru żviluppi kbar ta' bini u toroq u ma sarx żvilupp adegwat għal kontroll ta' l-ilma tax-xita. Din il-proprjetà tinstab mibnija fl-aktar post baxx tat-triq fejn jaqa’ l-ilma kollu li jkun ġej minn naħa ta' l-isptar il-ġdid, parti mill-università, miż-żona industrijali ta' San Ġwann, mit-triq li minn San Ġwann tagħti għan-Naxxar u minn San Ġwann stess. L-ilma tax-xita taż-żoni msemmija jinġabar kollu quddiem ix-xatba ta' din il-proprjetà u jibqa’ niżel minn nofs l-art ta' din il-proprjetà għal Wied Għollieqa. Diġa' qed isiru proposti ta' kif din il-problema tiġi mitigata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21552 u 21806 u jagħti lista tal-proġetti ta' tisbieh li twettqu matul din is-sena u l-infiq li sar fuq kull wieħed minnhom?
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21661, jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' biodiesel li ntuża kull xahar kif ukoll l-average price għal kull xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Xahar
Litri
Ammont
(Lm)
Prezz
kull litru
(Lm)
Jannar
856.82
341.02
0.40
Frar
1,676.32
662.15
0.40
Marzu
1,835.32
750.65
0.41
April
1,754.78
710.69
0.41
Mejju
1,538.69
631.99
0.41
Gunju
1,811.31
766.99
0.42
Lulju
1,371.46
585.17
0.43
Awissu
1,331.02
561.69
0.42
Settembru
1,366.17
583.71
0.43
Ottubru
1,232.01
532.23
0.43
Total
14,773.90
6,126.29
0.41
(average)
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu l-ħaddiema tal-cleansing service department bħala arretrati ta' overtime? Kemm-il xahar imorru lura dawn il-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ arretrati f’overtime li għandhom jieħdu l-ħaddiema tal-Cleansing Services Department huwa ta’ Lm 28,021.58. Dawn immorru lura sa Mejju, 2006.