Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iżvilupp propost għal ground Pace Grasso?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li qed jiġi preparat Environment Planning Statement (ESP). Hu mistenni li dan jitlesta fi ftit ġimgħat oħra u mbagħad jiġi sottomess għall-konsiderazzjoni tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebhom jitlestew is-sinjali tal-parkeġġ fi Triq Mons Gerald Frendo, f'Hal Qormi li għadha kemm inbniet riċentement mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi wara li nbniet din it-triq mill-Awtorita’ tat-Trasport, il-kunsill kien f’taħditiet ma l-istess Awtorita’ (TMU) biex titbiddel il-flow tat-traffiku f’din it-triq.
Din il-proposta ġiet approvata u x-xogħol qed isir f’dawn il-ġranet hekk kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Minisru jgħid jekk tistax issir il-bankina ġdida fil-parti l-ġdida ta' Triq il-Wied f'Hal Qormi(biswit il-Klabb tal-Boċċi San Gorġ) minħabba li għadha qatt ma nbniet u r-residenti qed jgħaddu minn inkonvenjent kontinwu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi saret ispeżżjoni fuq is-sit. Ser issir stima ta’ xogħlijiet neċessarji sabiex tiġi kunsidrata sabiex tiġi nkluża fil-pjan ta’ xogħol tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jieħu konjizzjoni ta' petition li qed tintbagħat separatament fuq Triq Josef Kalleya, Swieqi, liema residenti huma mħassbin fuq ċerti punti, u li jistgħu jkunu mplimentati waqt ix-xogħol fuq l-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol fuq din it-triq nbeda f’dawn il-ġranet u x-xogħol mistenni jkun lest sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li l-garages li hemm fit-Triq Għar u Casa, Mellieħa jibqgħu tali? Mid-dehra din it-triq hi ppjanata biex tkun mgħollija u s-sidien ta' dawn il-postijiet miġbura fil-petizzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se jiġu mċaħħda mill-garages tagħhom, għalhekk dawn qed jitolbu l-ħarsien tagħhom u li l-livell tat-triq tibqa' li hi.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li responsabbilta’ tal-livelli u l-linji ta’ toroq bħal dawn hija f’idejn il-MEPA.
Sadattant ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew saru diversi laqgħat fuq is-sit imsemmi bejn ir-residenti, l-kuntratturi u rappreżentanti ta’ l-ADT. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi diffikultajiet imqajma mir-residenti u saru proposti biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti ta’ dawn it-toroq.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27855 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' jara jekk tistax ssir sistema ta' drenaġġ f’Zebbug Road, Attard (mill-bidu taghha li tmiss ma’ Triq l-Imdina, il-parti li taqsam Triq in-Nutar Zarb u l-bicca sa fejn l-iskola Thai Lakin) u dan għaliex jgħaddu minnha għarar kbar meta tkun xita qliel b’konsegwenza li r-residenti tal-lokal ma jkunux jistgħu joħorgu minn djarhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħalisssa qed issir studju taż-żona kollha sabiex tinstab solużżjoni dejjiema. Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jara li l-lights ta' zebra crossing fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid in-naħa t'isfel, jinxtegħlu peress li dawn ilhom bil-ħsara għal dawn l-aħħar xhur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-nies tal-MSD (garage tal-Gvern tal-Marsa) jduru dawn id-dwal darbtejn fil-gimgħa. Bħalissa dawn qed jaħdmu u huwa diffiċli ħafna li ħsarat jdumu ma jissewwew x-xhur.
Jista' l-Ministru jara jekk li Triq il-Liedna, Dingli tiġi mogħtija t-tarmak u dan għax qed tkun ta' inkonvenjent serju għan-nies tal-lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija mhix inkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenżjali għall-perjodu 2006-2008 u għalhekk hija meqjusa li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali kkonċernat.
Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li terġa tibda ssir l-karozza tal-linja no: 110 li kienet titlaq minn Birzebbugia kull siegħa (filgħodu) tidħol iz-Zejtun biex itella' l-istudenti tal-Junior College, Msida u kienet twaqqafhom eżatt ħdejn il-Junior College? Billi issa nbidlet ir-rotta tal-Bus No: 110 u qed tgħaddi minn St Luke's hux infurmat l-Ministru li l-istudenti tal-Junior College qed jaslu tard għal lezzjonijiet apparti li din qed twaqqafhom ix-xatt ta' l-Imsida u allura la jibda l-maltemp iridu jimxu sal-Junior Collega f'toroq fejn ikun hemm ħafan widien ta' ilma? Billi l-istudenti tal-Junior College issa qed jitilgħu mal-Bus No: 75 ta' l-Isptar jafx li ġieli din il-karozza tkun mimlija bl-istudenti tal-Junior College bil-konsegwenza li ma jkun hemm post għal passigieri ta' l-Isptar San Luqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diversi ħinijiet sabiex jakkomodaw id-domanda u l-esiġenzi ta’ l-istidenti. Il-ħinijiet qed isiru:-
Birżebbuġia Rotta 110 6.00am
Birżebbuġia Rotta 110 6.30am
Marsaxlokk/Zejtun Rotta 110 7.00am
Birżebbuġia Rotta 110 7.45am
Zejtun Rotta 110 7.45am
Wara dawn il-ħinijiet, ir-Rotta issir kull siegħa mid-9.00 ta’ filgħodu l-quddiem.
Fir-rigward li l-karozza tal-linja qed twaqqafhom ix-xatt ta’ l-Imsida, jien infurmat li l-istudenti qed jieqfu fi Triq Bordin, li tiġi kantuniera bogħod mill-Junior College.
Jien infurmat ukoll li l-problema tar-Rotta 75 kienet qed iseħħ fil-bidu t’ Ottubru iżda wara li ġew irrenġati l-ħinijiet hawn fuq imsemmija, din il-problema ġiet solvuta.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq l-Iskorba, Triq l-Imqades u Triq is-Saqwi, fl-Imġarr peress li dawn qegħdin fi stat ħażin ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq imsemmija huma diġa’ nklużi fil-programm ta’ toroq għall-perjodu 2006-2008.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru sleeping policemen mill-ġdid fi Triq il-Mintbaħ, Mosta u li din terġa' ssir one way biex jiġu evitati inċidenti serji peress li din it-triq tintuża ħafna mit-tfal li jiffrekwentaw il-Museum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li r-‘road hump’ li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari kienet ġiet approvata mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku fit-23 ta’ Novembru 1998. Iżda meta tali ‘road hump’ inbniet mill-kunsill lokali, din ma kienitx skond il-kriterji maħruga mit-taqsima. Għaldaqstant il-kunsill ingħata strużżjonijiet sabiex titneħħa tali ‘road hump’ izda sal-lum din ma reġgħetx ġiet implimentata skond il-kriterji meħtiega mit-taqsima.
B’referenza għal
one-way
fi Triq Midbah, it-taqsima nfurmat lill-kunsill lokali diversi drabi sabiex din it-triq issir
one-way
kif approvata w ikun hemm biss ix-xarabank tar-rotta bil-‘
contraflow
’.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21313 tal-25 ta' Ottubru, 2006 jista' l-Ministru jgħid kif bus shelter li l-ADT kienet kommessa li twaħħal f'Mdina Road, H'Attard, illum sena wara għadha ma twaħħlitx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li kif diġa ingħatat tweġiba f’ mistoqsija parlamentari numru 27301, dan il-bus shelter għadu ma twaħħalx minħabba li l-permess għal dan il-Bus Shelter għadu ma ġiex approvat mill-MEPA.
Jien infurmat ukoll li minħabba l-fatt li l-proċess qed jieħu fit-tul, u wara li saru diversi ilmenti kemm minn individwi, kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard, l-ADT ser twaħħal Bus Shelter temporanju sabiex jinqdew ir-residenti tal-lokal.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kenux ġew ippubblikati r-regolamenti dwar trasport permezz taż-żwiemel f'toroq arterjali? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li tħejja l-abbozz tar-regolamenti meħtieġa li dwaru qed ikunu finaliżżati l-konsultażżjonijiet mal-GWU li tirrappreżenta lis-sidien tal-karrozzini. Konsultażżjonijiet saru wkoll mal-Għaqda Avvenimenti Armar u Tiġrijiet taż-Zwiemel peress li r-regolamenti proposti jkopru mhux biss l-użu tal-karrozzini fit-triq iżda kwalunkwe vettura miġbuda minn bhima.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Baċir Nru. 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Consortium bi qbil mal-Gvern tefa’ applikazzjoni għand il-MEPA għal Outline Development Permit. Hekk kif dan l-istadju jkun konkluz il-Gvern jkun jista’ jmexxi il-proċess aktar il quddiem biex jikkonkludi in-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali fuq toroq arterjali matul is-snin 2006 u 2007 u b'liema fondi tħallsu dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa kapitali fuq toroq arterjali matul is-snin 2006 u 2007 hija kif inhi hawn taħt:
Summary Payments 2006
Arterial and Distributor Roads
Lm 627,507.93
Italian Protocol Works
Lm 3,243,769.51
EU Projects paid from Domestic Funds
Lm 84,029.19
EU Projects paid from EU Funds
Lm 1,539,669.57
Total 2006
Lm 5,494,976.20
Payments up to 12th October 2007
Arterial and Distributor Roads
Lm 835,161.70
EU Projects Paid from Domestic Funds
Lm1,344,578.30
EU Project paid from EU Funds
Lm4,683,710.67
Total 2007 to date
Lm6,863,450.67
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-każ tal-enti li taqa taħt dan il-ministeru, jiġifieri l-ADT, diġa ingħatat l-informażżjoni mitluba fir-risposta għall-mistoqsija numru 25690.
Fir-rigward ta' dan il-ministeru, hemm impjegat wieħed biss li għandu l-fuq minn 61, jiġifieri 63, li jokkupa il-pożiżżjoni ta' Records Analyst fis-segretarjat tieghi, li għandu Contract for Service ta' 150 siegħa li beda mill-1 ta' Jannar 2007 bir-rata ta' Lm2.75 fis-siegħa u huwa mir-raba' distrett. Kif għidt fir-risposta tiegħi Nru. 25690 għar-raġunijiet ta' Data Protection l-isem ta' din il-persuna mhux qiegħed jingħata f'din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27339 u 27204 ċioe: B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onorevoli Nterpellant li minn inspezzjoni tas-sit ndikat minn uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan ADT jirriżulta illi:-
1. Kuntrarjament kif indikat fil-mistoqsija parlamentari it-Triq Misrah il-Barrieri ma hijiex waħda tal-Gvern Centrali, għax tikwalifika bħala Triq Residenzjali.
2 It-twessiegħ tat-triq irid isir mis-sid tar-razzett meta r-razzett ser jiġi zviluppat, jew mill-Gvern jekk it-twessiegħ ikun urġenti. F’dan il-kaz m’hemmx l-urġenza li tiġġustifika li l-Gvern jidħol fi spejjez kbar sabiex titwessa t-triq.
3 Il-manutenzjoni ta’ toroq residenzjali taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali konċernat.
Il-Kunsill Lokali għandu jagħmel pressjoni fuq is-sid privat tar-razzett sabiex dan jieħu ħsiebu u ma jħalliex fi stat ta’abbandun kif hu prezenti. Kieku r-razzett jkun mnaddaf, kif is-sid huwa obbligat li jagħmel, m’għandux għalfejn jibqa bejta tal-grieden, kif allegat, għad-detriment tar-residenti.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li meta sidien ta' chauffer driven cars jitolbu liċenzja għal 17 seaters fejn ikunu jistgħu jgħabbu għaxar passiġieri u jużaw il-kumplament ta' l-ispazju għall-garr tal-valiġġji tat-turisti li jsuqu mill-ajruport sad-destinazzjoni tagħhom f'Għawdex qed ikollhom it-talba tagħhom irrifjutata? U agħar minn hekk l-ADT qed jgħidulhom li dan il-mezz tat-trasport tagħhom jkun twil wisq u/jew li jkun aktar jaqbel li jużaw vans transit bojod bi trailer magħhom billi dawn normalment ikunu 15 seaters iżda jtellgħu għaxar passiġieri u ma jkollhomx luggage space adegwat? Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda li qegħda ixekkel ix-xogħol fil-qasam turistiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li dak li qed jingħad f’din il-mistoqsija hu għal kollox bla bażi u dan għal dawn ir-raġunijiet:
1. la qatt inħarġu u lanqas hi l-politika eżistenti ta’ l-ADT li jinħarġu permessi għal
chauffer driven cars
li jkunu 17
seater;
2. fir-rigward ta’ vannijiet bojod jinħarġu liċenzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jintużaw vetturi li jkunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 14-il passiġġier, bil-kundizzjoni li f’dawn il-vetturi jistgħu jitgħabbew biss sa għaxar passiġġieri;
3. m’hemm xejn li jżomm vannijiet bojod jew
chauffer driven cars
oħra milli joperaw direttament bejn l-ajruport internazzjonali u Għawdex jew viċi versa.
Tajjeb li jingħad ukoll li, fir-rigward tal-vannijiet il-bojod li, bħala vetturi, ikunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 15-il passiġġier, kien hemm il-kundizzjoni li jitneħħew is-sedili żejda biex fl-ispazju jkunu jistgħu jinġarru l-bagalji u li bejn l-aħħar sedil u dan l-ispazju titwaħħal xibka. Peress li xi operaturi ikkontestaw il-fatt li din ix-xibka u l-bagalji li setgħu jitgħabbew joħolqu periklu għas-sigurtà tal-passiġġieri, il-Bord ta’ l-ADT dan l-aħħar iddeċieda li, għalkemm ilvannijiet il-bojod għandhom jibqgħu jġorru sa għaxar passiġġieri, la jkollhom bżonn iwaħħlu x-xibka u lanqas ma għandhom jużaw l-ispazju zejjed għall-ġar tal-bagalji u dan a bazi tad-Direttiva 2001/85/KEE.