Il-Fgura – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Fgura li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Fgura u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 95, li minnhom kien hemm 52 raġel u 43 mara.
Ħal Tarxien – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Tarxien u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 60, li minnhom kien hemm 24 raġel u 36 mara.
Raħal Ġdid – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Raħal Ġdid u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 47, li minnhom kien hemm 22 raġel u 25 mara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u f’liema karigi ngħataw l-impjieg ġdid fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, impjegat total ta’ 151 persuna bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016, kif ġej :
Accountant -1
Accounts Clerk – 1
Accounts Executive – 1
Adm Scale 6 – 1
Adm Support Worker – 2
ASW - 2
Care Worker – 2
Customer Care/Clerk – 8
Executive I – 2
Executive II – 1
Executive III – 5
Executive III – Psychology Assistant – 1
Executive IV – 3
Driver II - 1
IT Executive I – 1
Nurse – 3
Officer – 1
Personal Assistant – 1
Precincts Handler – 2
Precincts Officer – 2
Prevention Executive III – 2
Prevention Facilitator – 1
Psychologist – 3
Psychology Assistant – 2
Psychotherapisst – 1
Research Executive – 2
Senior Executive II – 1
Senior Social Worker – 3
Social Support Worker – 19
Social Worker – 29
Social Worker Executive III – 1
Social Worker II – 14
Social Worker II Coordinator – 1
Student Support Worker – 1
Support Worker – 26
Youth Worker – 3
Youth Worker Executive III - 1
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi) rispettivi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom karozza għad-dispożizzjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Group Senior Managers għandhom karozza għad-disposizzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi ) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizz ta' xufier?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 30544.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm reġistrata mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha 14-il vettura li huma propjeta tagħha u 9 vetturi li huma mikrija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), sena b’sena, bejn l-2014 u l-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, in-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), għas-sena 2014 u 2015 hija kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
Sena
FSWS
SEDQA
APPOĠĠ
SAPPORT
TOTAL
2014
€23,682
€30,634
€102,803
€69,182
€226,301
2015
€26,722
€34,345
€132,648
€78,020
€271,735
2016
Il-figuri tas-sena 2016 għadhom qed jiġu awditjati u għaldaqstant il-Fondazzjoni ma tistax tirraporta tali informazzjoni korretament. Hekk kif dan il-proċess jitlesta tali nformazzjoni tkun tista’ tiġi fornuta.
Dawn iċ-ċifri jinkludu:
· il-kiri u l-manutenzjoni tal-flotta tal-karrozzi mikrija jew li huma proprjetà’ tal-istess Fondazzjoni u;
· l-infiq li jkopri l-ispejjeż relatati mal-użu privat tal-karozzi tal-impjegati tal-istess Fondazzjoni fil-qadi ta’ dmirijiethom fil-kommunita’, skont ir-rati stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq żieda fil-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn ġie spjegat lilha d-diffikultajiet li kellha.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi d-dettalji korretti, hekk kif ma jirriżultax li l-persuna li qed issir referenza għaliha hija l-istess persuna.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex issir spezzjoni fuq flat peress li qiegħed jinżel l-ilma fil-post ta’ taħt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi minnu, wara li kien sar rapport ta’ dħul ta’ ilma fl-appartament ta’ taħt, kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fejn kien ġie vverifikat mal-inkwilina stess li ma kienx hemm ħsarat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30317, jista' l-Ministru jikkonferma li għajr għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, kull Assistenza għal Diżabilità ser tkun soġġeta għat-test tal-mezzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kull Assistenza għal Diżabilità, jiġifieri l-Assistenza għal Diżabilità Severa, l-Assistenza għal Persuni b’Viżta Batuta u l-Assistenza għal Diżabilità huma skont it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Madankollu, dħul minn impjieg ma jgħoddx fit-test tal-mezzi.
Mill-banda l-oħra ma hemmx test tal-mezzi fuq l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
Awtorità tad-Djar – proprjetajiet mikrija lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proprjetajiet, kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali, inklużi garages, li huma mikrija lill-kunsilli lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar liema proprjetajiet huma hekk mikrija, meta inkrew, u meta għaddew iċ-ċwievet tagħhom għand il-kunsilli lokali konċernati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha 17-il proprjeta` li huma mikrija lill-kunsilli lokali. It-tabella t’hawn taħt tindika l-lista tal-proprjetajiet li huma mikrija u meta bdiet il-kirja. Ngħarraf lill. Onor. Interpellant li, ċ-ċwievet jgħaddu f’idejn il-kerrej/kerejja meta jiġi ffirmat ftehim.
Kunsill Lokali
Indirizz tal-Post Mikri
Lokalita`
Kirja
Azzjoni Meħtieġa
Minn
Sa
Birżebbuġia
Kamra 1 Triq Florence Nightingale
Birżebbuġia
01.02.05
31.01.25
Birzebbuġia
Kamra 2 Triq Florence Nightingale
Birżebbuġia
01.02.05
31.01.25
Furjana
Garaxx 3 Plan Livell -2 Triq l-Iljun
Furjana
16.12.11
15.12.16
Il-kirja se tiġi mġedda.
Ħal-Balzan
153 Triq il-Kbira
Ħal-Balzan
01.01.01
Każ miftuħ il-qorti. L-Awtorità tad-Djar qed tistenna li l-Kunsill Lokali jagħti lura ċ-ċwievet.
Mosta
Ħwienet 1-5 Binja l-Isperanza (Taż-Żokrija)
Mosta
21.01.09
20.01.19
Mtarfa
Club House Blk A Town Centre
Mtarfa
01.12.09
23.03.45
Mtarfa
Offices 1-5 Blk C Mtarfa Town Centre
Mtarfa
15.09.00
15.09.20
Mġarr
Garaxx 53 Livell 1 Binja Skorba
Mġarr
02.09.14
01.09.19
San Pawl il-Baħar
Garaxx 25 Triq J. Quintinus
Qawra
Diskussjoni dwar il-kuntratt u l-kirja għadejja mal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Ħal Għaxaq – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Għaxaq li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Għaxaq u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 41, li minnhom kien hemm 24 raġel u 17-il mara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Għaxaq, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dar tal-Anzjani tal-Mosta — Investigazzjoni dwar użu ripetut ta’ frieket u skieken tal-plastik
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk laqax it-talba li saret minni fil-Parlament dwar inkjesta indipendenti sabiex issir investigazzjoni dwar il-każ oxxen li ġie rrappurtat u ppruvat fil-media dwar użu ripetut ta' frieket u skieken użati tal-plastik (disposables) fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dishwasher fil-kċina tad-Dar tal-Anzjani tal-Mosta inbidilx jew issewwix wara li kien ilu bil-ħsara għal madwar tliet xhur?
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ relief?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li qed issir referenza għaliha b’mod separat, qatt ma kienet tirċievi Għajnuna Soċjali u għalhekk it-tali benefiċċju qatt ma kien maqtugħ. Mill-uffiċċju distrettwali tal-lokalità tagħha għandha tiġi nfurmata dwar xi dokumenti li hemm bżonn li tgħaddi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq il-każ tagħha.