Problema mad-Dipartiment tas-Saħħa – każ ta’ individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21833, jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qiegħed jiġi riżolt.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru testijiet fuq l-ilma fl-indirizz li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat kemm mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali li minn testijiet li saru fuq l-ilma, jikkonfermaw li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb u ma nstabu l-ebda batteri li jistgħu jikkaġunaw dannu għas-saħħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għaż-żona fejn qabel kien hemm it-tankijiet tal-gass fil-Qajjenza? X’inhi r-raġuni li għada ma ntlaqitx it-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia sabiex dik il-parti magħrufa bħala l-parkeġġ tat-trakkijiet ta’ Għawdex tingħata lill-Kunsill Lokali sabiex parti tkun tista’ tintuża bħala parkeġġ għall-opri tal-baħar u l-parti l-oħra bħala parkeġġ għall-vetturi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-proċessi ta’ decommisioning qed jiġu konklużi. L-użu finali tal-post jiġi determinat wara li jitqiesu l-limitazzjonijiet u l-possibiltajiet kollha marbuta mal-istess sit, u wara konsultazzjoni mal-istakeholders.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – pazjenti li ma ġiex it-tabib jarahom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent irreġistra biex jarawh fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minn dawn qatt ma tfaċċa tabib biex jarah f’Diċembru 2015 u Jannar 2016? X’follow up sar fuq dawn il-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pazjenti li kellhom bżonn intervent ta’ tabib waqt li kienu qed jiġu nvistati u kkurati fl-Emerġenza ngħatalhom din l-attenzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm in-stock uncemented hips li jintużaw għal hip replacement f’pazjenti ta’ età żgħira? Kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew din l-operazzjoni u kemm ilhom jistennew biex issirilhom din l-operazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-dipartiment tas-Ceentral Procurment and Supplies Unit għandu kuntratt għall-uncemented hips għat-tfal li huwa pay per use.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-kura dentali b’xejn fil-komunità u kemm qiegħda tilqa’ pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tad-dentistrija fil-komunità qed isir mill-fakulta tad-dentistrija tal-Universita ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa, dan is-servizz mingħajr ħlas reġa beda f’Settembru 2015 wara li s-servizz tad-dentistrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa kien twaqqaf mill-Gvern preċedent f’April 2010. Il-Mobile Dental Clinic qed iżżur lokalitajiet diversi u qed joffri dawn is-servizzi:
Vista tas-snien, fejn tiġi ddeterminata l-kura li jkollu bżonn l-individwu, u jiġi rreferut fil-postijiet approprijati għall-kura neċessarja
Pariri personalizzati fuq is-saħħa u l-kura tal-ħalq
Pariri fuq kif il-kundizzjoni tal-ħalq tista’ taffetwa s-saħħa tal-ġisem u viċi versa.
Sal-bidu ta’ Frar 2016 kienu użaw dan is-servizz 270 pazjent.
Jista' l-Ministru jara u jgħid x'qiegħed jikkawża d-dewmien esaġerat biex jitlesta x-xogħol li qed isir fuq Triq Pantar f’Ħal Lija,u dan peress li issa x-xogħol fuq din it-triq ilu li nbeda iktar minn erba’ xhur ilu? Jista’ jara li tiġi indirizzata din il-problema minnufih? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu sabiex din il-problema tiġi riżolta immedjatament u mingħajr iktar dewmien li qed ikun ta' detriment u inkonvenjent bla bżonn, kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jgħaddu minn hemm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi kif jiġu nstallati s-servizzi kollha neċessarji, jkun jista’ jingħata t-tarmac skont il-kundizzjonijiet maħruġa minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq kirja ta’ meter tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd li kkuntattjaw lill-persuna msemmija u spjegawlha kif jinħadem il-ħlas li jitħallas fuq l-arloġġi.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li ġejt infurmat mill-ARMS Ltd li l-persuna msemmija kienet qed titlob spjegazzjoni dettaljata ta’ kif tinħadem reviżjoni. Din ingħatat bil-miktub b’mod dettaljat kif mitlub.
Water Services Corporation – ħlas ta’ kont – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Water Services Corporation jagħmlu kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar kont pendenti li jidher li fih xi żbalji?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ huwa solvut.
Taqsima ta’ l-Enerġija Sostenibbli (SEWCU) – aġent kap eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-Taqsima tal-Enerġija sostenibbli, (SEWCU) għandhiex persuna li qed tagħmilha ta' Aġent Kap Eżekuttiv, u dan meta l-Kap Eżekuttiv preżenti għad għandu proċeduri fil-qrati? Jekk hemm persuna li qed tagħmilha ta' Aġent Kap, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan il-post imteliex wara li kien hemm sejħa pubblika għal mili ta' din il-kariga? Jista' jagħti tagħrif dwar is-salarju u benefiċċji oħra li għandu l-Aġent Kap?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi sa minn meta l-Kap Eżekuttiv tal-Aġejzija SEWCU kien ġie sospiż f’Jannar 2015, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Enerġija, mela l-kariga hu stess bħala Aġent Kap tal-Aġenzija.
Sa mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, il-post issa qed jiġi moqdi minn uffiċjal pubbliku.
To ask the Minister whether nurses are allowed to use their uniforms outside a hospital setting? Do nurses travel to and from hospital wearing their uniforms? Can the Minister consider using uniforms as a means of Isolation rather than Identification? Can steps be taken so that all nurses and staff who come into contact with patients, leave their work clothes in the hospital and change into everyday clothes when they go outside? Can the Minister consider that the laundry of these uniforms be centralised so that standard procedures for disinfection are followed?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dress code policy tal-infermiera kienet iddaħħlet fis-sehh fl-2006, meta kien għadu miftuħ l-Isptar San Luqa. Bħalissa qed isir revizjoni ta’ din il-policy sabiex tirrifletti s-sitwazzjoni tal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Xeloda tiddaħħal fil-formularju għall-mediċini b’xejn? Jista’ jgħid għaliex il-generic tagħha m’għadhiex tinsab fil-privat meta tiswa €50 inqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medicina capecitabine, iddaħlet fil-formularju tal-Gvern f’Novembru 2015 għan-nies morda bil-kanċer tal-musrnana li jkun infirex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Community Outreach Services – servizz ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi fil-komunità jeżistu għall-persuni li għandhom bżonn kura ta’ psikjatra imma li qegħdin jirrifjutaw dan? X’community outreach services jeżistu għal dawn il-klijenti li mhumiex taħt ebda psikjatra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li persuna ikollha bżonn kura psikjatrika imma qed tirrifjuta li tkun taħt il-kura ta’ psikjatra, isir kollaborazzjoni bejn is-Social Worker u t-tabib tal-familja.
F'każ li l-pazjent ikollu bżonn jiddaħħal l-Isptar kontra r-rieda tiegħu jkunu jridu isiru proċeduri skont l-Att tas-Saħħa Mentali. Biex dan iseħħ irid ikun hemm kunsens ta' tabib u tar-'
responsible carer
' jew '
mental health officer
'. L-użu tal-Att tas-Saħħa Mentali jiġi moniterjat mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali.
Jista’ l-Ministru jserraħ ras il-poplu li l-mediċini li jinsabu fil-formularju tal-Gvern huma tal-ogħla kwalità u mhux inferjuri għal dawk li jinsabu fil-privat speċjalment dawk il-mediċini li jintużaw għall-kura tad-dijabete u tal-ażma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċini li jinxtraw jgħaddu minn skrutinju tekniku, fejn il-prodott ikun evalwat minn spiżjara kwalifikati, u jkollu konferma li l-Awtorità tal-Mediċini tkun approvat ir-reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kopja ta’ riżultat tad-demm mhux qed jingħata lill-pazjenti (lil dawk li jieħdu testijiet tad-demm fuq talba tat-tobba tal-Health Centres mhux tat-tobba tal-privat) meta qabel kien jintbagħat bil-posta u dan għaliex qed ifisser li meta tabib jitlob għal dawn ir-riżultati, il-pazjent ikollu joqgħod fil-kju sabiex jingħata kopja tar-riżultat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura biex wieħed jingħata r-riżultati tad-demm għal dawk li ġew ordnati mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa stess hi, li fil-ġurnata li jittieħed id-demm, il-pazjent jiġi mistoqsi jekk iridx jagħmel appuntament mat-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa biex jaqralu u jispjagulu r-riżultat (minn fuq kompjuter) jew le. Jekk le, ir-riżulat jiġi ipprintjat u jintbagħat id-dar tal-pazjent. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil li sar riċentament fis-sistema tal-myhealth, illum kull tabib, bil-kunsens tal-pazjent, jista’ jaċċessa riżultati mill-għada li jkunu ħarġu minn fuq il-kompjuter tiegħu.