Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-pjazza ta’ Burmarrad hemm numru ta’ bozoz li ilhom xhur mitfija u minkejja li dawn ġew irrapurtati diversi drabi baqgħu ma nxtegħlux?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvestiga l-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-bypass ta’ San Pawl, minkejja li ilhom jiġu rappurtati għal numru ta’ xhur, hemm bozoz mitfija u arbli imdawrin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni tad-dawl f'toroq arterjali kienet għaddiet f'idejn Transport Malta.
Il-Wardija – Triq il-Qalb ta’ Marija – bozza mitfija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fi Triq il-Qalb ta’ Marija fil-Wardija bozza li ilha xhur tiġi rrappurtata mitfija, baqgħet ma nxtegħlet qatt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvestiga l-każ.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għamlet rapport dwar problema tad-drenaġġ u għadha bla risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi ghadhom ghaddejjin diskussjonijiet fil-WSC rigward dan il-kaz.
Jista’ l-Ministru jieħu dawk il-passi xierqa biex arblu tad-dawl fi Triq Ħal Tartani, ir-Rabat, li qiegħed jostakola l-bankina tant li jekk ikunu għaddejjin persuni b’pushchair ikollhom jinżlu l-bankina u jgħaddu mit-triq b’periklu għalihom u għal uliedhom, jitneħħa jew jiġi rilokat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi gie deċiż mill-Korporazzjoni Enemalta li l-arblu msemmi jitneħħa u minfloku se jsir cable taħt l-art li jitla' mal-faċċata ta' dar minnhom u jaqbad mal-kumplament tal-linja. Dan l-arranġament sar bi qbil mar-residenti nvoluti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-applikazzjoni għall-fondi Ewropej ħalli tiġi studjata l-vijabilità tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija? Jista' jgħid ukoll fejn wasal ix-xogħol fuq l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti ħalli jsir l-istess studju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti biex isir l-istudju ingħalqet.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghdha tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-distanza massima li jistgħu jiġu spazzjati l-arbli li magħhom jitwaħħal cable tal-elettriku biex jipprovdi servizz ta' dawl fi proprjetà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment id-distanza bejn l-arbli tkun ta' 30 metru, iżda din tista' tvarja peress li tiddependi fuq in-numru u d-daqs tal-linji li jkunu jiġu mgħoddija. Jiddependi wkoll jekk l-arbli jkunux se jitwaħħlu f'linja dritta jew le.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kienet taħdem bħala heavy plant driver kif ukoll multi skilled fitter mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kenitx fil-fatt ħaddiema tal-Korporazzjoni jew inkella sekondata minn mal-gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata kien ħaddiem tal-gvern.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Kuntratt tal-Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3382 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt tal-kap eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju u t-termini tal-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, huwa fuq l-istess linji ma' dawk tal-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3258 u jagħti l-average reading ta’ kull pollutant tal-emissjonijiet tal-Power Station tal-BWSC kif moqrija mill-measuring equipment li hemm kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum? Kif jikkumparaw dawn mal-Emission Limit Values kif speċifikati fl-IPPC Permit maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1768 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li l-Gvern kien irċieva mingħand l-entitajiet kollha fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-Politika Nazzjonali dwar l-Ilma li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew in-negozjati mal-Gvern Ċiniż jew kumpaniji tiegħu biex jidħol sieħeb fil-Korporazzjoni Enemalta? Min kienu l-persuni min-naħa tal-Gvern Malti u l-Korporazzjoni Enemalta li kienu qed imexxu n-negozjati biex intlaħaq il-qbil fuq il-memorandum of understanding maċ-China Power Investment Corporation permezz tas-sussidjarja tagħha, Shanghai Power Electric ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-interess fuq din il-memorandum of understanding beda f'April ta' din is-sena. Id-diskussjonijiet s'issa involvew il-Ministeru kif ukoll l-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet wettaq il-Ministeru wara rapport fil-ġurnali dwar il-kwalità/tip ta’ fuel li qed tingħata l-Air Malta biex tħaddem l-ajruplani tagħha? X’irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport li deher fil-ġurnal Malta Today nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2013, kien investigat u mwieġeb dakinhar stess. Ir-risposta dehret nhar it-Tnejn 8 ta’ Lulju 2013. Ir-rapport isemmi densita’ ta’ fjuwil Jet A1 fornut lill-ajruplani Air Malta mhux skont l-istandards. Ir-risposta li ntbagħtet lill-ġurnal tispjega illi d-densita’ tiddependi mit-temperatura u r-referenza għad-densita’ għandha ssir f'temperatura standard. Meta tikkoreġi d-densita’ minħabba l-effetti tat-temperatura, id-densita’ tal-fjuwil hija fil-limiti permessi. Għalhekk il-Korporazzjoni Enemalta qed tipprovdi fjuwil bi ispeċifikazzjoni korretta lill-ajruplani kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid il-Korporazzoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Koporazzjoni Enemalta qed tuża l-istess entita' li kienet tuża amministrazzjoni preċedenti b'rati bħal ta' qabel.
Peress li fl-istqarrija PR1409, maħruġa mid-DOI bit-titlu New Feed-In Tariffs for Industrial and Commercial Scale Installations jingħad hekk: “A number of feed in tariff schemes related mainly to industrial and commercial scale installations expired on the 30th June 2013. In its efforts to ensure continuity as well as support Malta’s efforts towards reaching its 2020 Renewable Energy targets, the Ministry of Energy and Conservation of Water has decided to launch a set of new feed-in tariffs applicable to such installations”, jista’ l-Ministru jgħid preċiż kemm se jkunu (f’Ewro) dawn il-feed-in tariffs ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-feed in tariffs se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha qed tistenna li jkollha d-dawl u l-ilma ħalli tkun tista’ tidħol fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni ghas-servizzi tal-Ilma se jipprovdu s-servizz imsemmi mill-aktar fis possibbli