Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jużaw is-servizzi online tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika dwar kemm hawn persuni f’Malta li jużaw is-servizzi online tal-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn pubblikazzjoni tal-NSO li ħarġet fi Frar 2016, 76.2% tal-popolazzjoni ta’ Malta jagħmlu użu regolari mill-Internet. Minn dawn 54.7% jużaw is-servizzi tal-eGovernment. Dan ifisser li 41.7% tal-Maltin, fl-2015, għamlu użu mis-servizzi elettroniċi tal-gvern. Dan fil-fatt huwa ukoll rappreżentat fid-Digital Agenda Scoreboard.

Life Sciences Park Malta — kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li se tkun ibbażata fil-Life Sciences Park Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kumpanija li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaliha ser taħdem fil-qasem tal-ġenomika permezz tal-bioinformatika.

ICE Totally Gaming EXPO 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rwol tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) fl-ICE Totally Gaming EXPO 2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija dwar il-logħob ipparteċipat f’ICE Totally Gaming EXPO 2016 għax din hija pjattaforma ideali fejn tkun preżenti biex tiltaqa’ mal-operaturi diġà lliċenzjati f’Malta biex tiddiskuti magħhom il-pjanijiet futuri tagħhom kif ukoll biex tiltaqa’ ma’ operaturi ġodda li juru nteress li jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta biex joffru s-servizzi tagħhom fl-Ewropa u lill hinn minnha. It-tim tal-Awtorità li kien preżenti f’ICE Totally Gaming EXPO 2016 ipprovda informazzjoni fuq il-leġislazzjoni u l-proċessi meħtieġa biex tinkiseb liċenzja Maltija. Il-preżenza tal-Awtorita’ Maltija dwar il-Logħob waqt ICE Totally Gaming EXPO 2016 tkompli ssaħħaħ l-immaġni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni ewlenija. Ta’ min isemmi li ICE Totally Gaming EXPO 2016 hija l-ikbar espożizzjoni fuq sfera globali fejn madwar 25,000 persuna jattendu dan l-avveniment sena wara sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Skema “Get Qualified”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar l-iskema “Get Qualified” u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-Get Qualified hija inizjattiva li tappoġġa l-iżvilupp personali tal-individwi għall-kisba tal-kwalifiki u ċertifikazzjonijiet meħtieġa mill-industrija . Peress li l-iskema hija miftuħa għall-individwi, l-ebda intrapriża ma’ ibbenifikat taħt il-Get Qualified. Madankollu, bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u 31 ta’ Marzu 2016, 1199 individwu bbenefika minn din l-iskema.

Skema “Certify”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar l-iskema “Certify” u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Certify hija miżura fiskali amministrata mill-Malta Enterprise Corporation bl-għan li jinkoraġġixxu l-impriżi biex kontinwament itejbu il-kwalità tal-prodotti, is-servizzi u l-proċessi taghħom permezz tal-kisba ta 'ċertifikazzjonijiet u Kwalità ta’ Marki rikonoxxuti mill- industrija. Mindu fetħet din l-iskema (April 2015), tliet benefiċjarji ngħataw l-assistenza.

Skema “Business START”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskema “Business START” u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta' l-iskema Business Start, il-Korprazzjoni toffri għajnuna lill dawk l-intrapriżi li għandhom kunċett ta' business innovattiv. Din l-għajnuna tingħata forma ta' grant bħala 'seed fund' u hija intenzjonata li tgħin fl-iżvilupp ta' l-intrapriża fit-twettieq ta' dan il-kunċett hekk kif approvat mill-Korprazzjoni. L-għajnuna tingħata fuq perjodu ta' sena u tista tlaħħaq massimu ta' €25,000. Sas-6 ta' April 2016, in-numru ta' intrapriżi li ġew approvati assistenza taħt din l-iskema jammonta għal 22.

Sistemi ta’kompjuters tal-għalliema — upgraded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sistemi ta’ kompjuters tal-għalliema ġew upgraded għall-Windows 10 bejn is-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gozo Ferries Limited – audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-kumpanija Gozo Ferries Limited? Jista’ jgħid minn huma d-Diretturi ta’ din il-kumpanija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — investiment u promozzjoni ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5087 u jgħid min huma jew kienu, mit-12 ta Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda, il-persuni (Maltin u barranin) magħżula mill-Malta Enterprise li kienu jew huma responsabbli, b’xi mod jew ieħor, għall-investiment u promozzjoni ta’ Malta fiċ-Ċina, il-Lvant Nofsani u fl-Asja tax-Xlokk? Kemm kien jew hu l-ħlas ta’ kull persuna? Minn liema uffiċċju taħdem kull persuna? X’tip ta’ investiment inġieb minn Marzu sal-lum minn kull persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23795 u jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skema Business Start

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija, sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, applikat għall-iskema Business Start? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pending evaluation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-24 ta’ Frar 2016, il-Korporazzjoni rċeviet 20 il-applikazzjoni għal għajnuna taħt l-iskema Business Start li ġejjin minn kumpaniji. Sa l-istess data, il-Korporazzjoni kellha 9 applikazzjonijiet għal assistenza taħt l-iskema Business Start li qegħdin jiġu evalwati. 5 minn dawn l-applikazzjonijiet ġejjin minn kumpaniji.

Skema Business Start

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva applikat għall-iskema Business Start, sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pending evaluation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-24 ta’ Frar 2016, il-Korporazzjoni rċeviet 4 applikazzjonijiet għal għajnuna taħt l-iskema Business Start li ġejjin minn koperattivi. Sa l-istess data, il-Korporazzjoni kellha 9 applikazzjonijiet għal assistenza taħt l-iskema Business Start li qegħdin jiġu evalwati. L-ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ġejja minn koperattiva.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab informat li bħalissa fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 14 il-persuna b’diżabilita’. Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiha tal-Gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ 3 persuni.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenzi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-1999 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MCA – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-irwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? Jekk kellu impjieg ma’ din l-Awtorità, jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika u kemm dam impjegat ? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni li kellu sena b’sena? Jista’ jgħid jekk kellux perkaċċi u jekk iva x’kienu, u x’kienet l-ispiża fuqhom, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, Dr David Gonzi ingħaqad mal-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fl-10 ta’ Diċembru 2003 bħala Legal Advisor għas-somma ta’ LM 8,500. Kemm il-pozizzjoni kif ukoll il-paga ġew reveduti fl-1 ta’ April 2005, is-salarju ġie revedut għal LM10,000 filwaqt li l-pozizzjoni ġiet reveduta għal-Senior Legal Advisor fit 22 ta’ Mejju 2006. Dr Gonzi irriżenja mill-kariga tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2006. Rigward il-benefiċċji, Dr Gonzi kellu assigurazzjoni tas-saħħa, telefon ċellulari, telefonija fissa u internet tad-dar.