Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – membri appuntati tal-bordijiet għar-reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-persuni li ġew appuntati bħala membri tal-bordijiet għar-reklutaġġ fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema neqsin

Question

Jista’ l-Ministru jindika f'liema suġġetti u għal liema livell ta' edukazzjoni huwa għandu għalliema neqsin, u kemm ilhom neqsin dawn l-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema li hemm neqsin huma: Primarja: Ethics Sekondarja: Art, European Studies, German Post Sekondarja: French Infurmat li dawn ilhom neqsin mid-9 ta’ Jannar 2017. Id-Direttorat qed jaħdem biex dawn l-għalliema jiġu koperti fil-ġranet li ġejjin.

Ministeru għal-Edukazzjoni u x-Xogħol — uffiċjali, persons of trusts u konsulenti li siefru fuq impenji ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ uffiċjali, persons of trusts u konsulenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li siefru fuq impenji ta' xogħol maqsuma bl-ammont ta’ ġranet li damu barra minn Malta, bil-kariga li huma jokkupaw, il-pajjiż fejn sar dan l-ivvjaġġar u jindika l-laqgħat li attendew għalihom, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jinħtieġ iktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. ( Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL 8417 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 480, nhar l-Erbgħa 8 ta' Frar 2017)

Korsa tal-Marsa – ramel — spejjeż

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 29891 u 29892, jista’ l-Ministru jgħid kif ġie ffinanzjat min-naħa tal-Malta Racing Club l-akkwist ta' dan ir-ramel? Jista’ jispjega l-proċedura li ntużat fl-akkwist tal-istess ramel? Jista’ jgħid kif f'sena sħiħa 2016 intefaq €10,000 f'ramel u fi ftit granet tal-2017 intefaq €33,850?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-ramel jiġi ffinanzjat bil-flus li s-sidien taż-żwiemel iħallsu bħala training licence. Infurmat li l-proċedura hija li wara li l-Kunsill evalwa l-kwalità u l-prezz ta' 12-il tip ta' ramel, ġie deċiż li t-taħlita ta' 72% 'volcanic sand' 0-4mm u 28% 'riverbed sand' hija l-aħjar għażla. Infurmat ukoll li r-raġuni għalfejn intnefqu €10,000 fl-2016 f'ramel u fi ftit ġranet tal-2017 intnefqu €33,850 hija li l-Kunsill preżenti sab kont ta' €120,000 ta' ramel li ġie mitfugħ fil-korsa mill-Kunsill preċedenti u li nxtara bil-prezz ta' €51.00 kull tunnellata u dan kien għadu mhux imħallas. Dan l-ammont ġie mħallas bejn Jannar u Diċembru 2015. Fis-sena 2016, għalkemm il-Korsa kellha bżonn wiċċ ġdid, il-Kunsill seta’ biss iżid ir-ramel minħabba l-ispejjeż imsemmija.

Santa Luċija – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016 inxtraw 144 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 854 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 8,831 ktieb.

Il-Fgura – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016 inxtraw 150 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 415-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,875 ktieb.

Il-Gudja – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016 inxtraw 200 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 512-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 9,364 ktieb.

Iż-Żejtun – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016? l

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016 inxtraw 130 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 728 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,379 ktieb.

Ħal Tarxien – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016 inxtraw 115-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 280 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 2,801 ktieb.

Il-Birgu – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016 inxtraw 117-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 403 kotba ngħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 3,196 ktieb.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel – każijiet ta’ bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena? Jista' jindika wkoll f'liema skejjel sar dan il-bullying kif irraportat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet ta’ bbuljar bejn studenti li ġew irrapportati lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali mill-iskejjel tal-Gvern huma kif ġej: Kazijiet ta’ bullying irrapportati Sena 2013 2014 2015 2016 Każijiet irra pportati 212 259 273 423

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — bilanċ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) kellha tagħti lill-banek fit-28 ta’ Frar 2013 (jew l-eqreb data disponibbli) u l-aħħar data li għaliha jista’ jagħti din l-informazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bilanċ li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) kellha tagħti lill-banek fil-31 ta' Marzu, 2013, kien ta' €59,982,650, filwaqt li l-bilanċ li l-FTS kellha tagħti lill-banek fil-31 ta' Diċembru, 2016, kien ta' €90,616,625.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gawdiet minn Fondi Ewropej, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mill-bidu tal-eżistenza tagħha bħala fondazzjoni sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada mill-bidu tal-eżistenza tagħha irċeviet €32,823,318.64 (eskluż il-VAT) f'fondi Ewropej sal-aħħar ta' Diċembru 2015.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – ħlas lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset b’kollox il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mill-bidu nett tal-kuntratt inkonnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija tħallset total ta' €962,733.28 inkonnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29356, jista’ l-Ministru jgħid il-persuni li jidhru fil-lista tal-impjegati li hemm illum, f’liema lokalitajiet għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – CEO — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29388, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) li kien iddeċieda li ma tinħariġx sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv tal-FTS? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa tal-Bord ġie deċiż hekk u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parti relevanti tal-minuti ta’ tali laqgħa tal-Bord fejn ġiet rikordjata din id-deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ingaġġ tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv sar skont il-proċeduri kif stabbiliti f'"Directive no. 7 - Delegation of Authority to Recruit in Public Sector Entities", u speċifikament skont il-proċeduri stabbiliti fis-sezzjoni numru 5 tal-"Manual for Public Sector Entities: Delegation of Recruitment Approval" li hu anness mal-istess "Directive 7".

Wied il-Għajn – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016 inxtraw 136 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 698 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 21,499 ktieb.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni ta’ fiduċja impjegati fl-entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata bħala person of trust ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid ma’ liema entitajiet ġew impjegati dawn il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ġew impjegati fl-entitajiet bħala persons of trust 11, 13, 3 u 4 persuni rispettivament. L-entitajiet li ġew impjegati magħhom kienu: MCAST, MCST, FTS, il-Libreriji Nazzjonali, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ktieb, NCFHE, l-Istitut għall-Edukazzjoni (mill-2016 ‘l quddiem), EUPA, JobsPlus u SportsMalta.

FTS – Skola tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — tender għall-provvista u tqegħid ta’ madum u irħam

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) kienet ħejjiet rigward Tender CT 2206/2011 għar-rigward ta’ Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi li tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju, liema rapport kien tħejja bħala risposta għall-kummenti li kien ressaq il-kuntrattur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kopja tar-rapport mitlub qed tingħata lill-Onorevoli Interpellant separatament.