Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessments saru fuq l-area fejn qed tiġi żviluppata binja li minn dak li qed jintqal se takkomoda madwar 400 housing unit, fi Triq Ħal Tarxien f'Ħal Luqa? Jekk saru dawn l-impact assessments f'liema oqsma saru? Jekk saru, jista' jqiegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-siġar taż-żebbuġ li jinsabu f'Wied Dalam, Has-Saptan, Haz-Zabbar, Fgura u Mġarr Malta huma totalment abbandunati? Jista' jgħid meta se jitnaddaf madwarhom qabel jinħarqu u jmutu għax ikun aħjar nieħdu ħsieb dawn is-siġar li jrid snin twal biex jimmaturaw, qabel ma nikkonċentraw biex inħawlu oħrajn ġodda? Id-dipartiment x'inhu jagħmel biex jaħseb għal ilqugħ aħjar ta' l-ilma tax-xita sabiex inkunu nistgħu insaqqu dawn is-siġar?
Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għall-ewwel partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25164 fejn isib l-informazzjoni relatata mal-ministeru tiegħi. Ma tinżammx informazzjoni dwar l-etajiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet, eċċ.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26641 u jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenja s-Sur Buġġelli? Min ħa over ir-responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid-dipartiment/ministeru? X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabilta' tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’ittra li s-Sur Bugelli bagħat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ngħatat ebda raġuni għala saret ir-riżenja. Rigward il-kumplament tad-domanda, iddaħħlu arranġamenti tranżitorji u x-xogħol tad-Diviżjoni qiegħed jitkompla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull fejn qiegħed isir xogħol ġdid mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-Ministeru qegħdin jintużaw sistemi ta’ economy lamps. Dan biex jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku. Sa issa dawn il-lampi ġew installati fid-Direttorat ta’ l-EU Affairs, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċji tal-Crop Husbandry. Barra minhekk, fil-bini tal-Ministeru nbidlu t-tubi tal-kmamar kollha b’tip energy efficient li jiffrankaw sa massimu ta’ 50% enerġija elettrika. Infurmat ukoll li kull fitting ta’ l-elettriku li tinbidel issir b’dan il-mod. Hekk, fi ftit żmien nibdlu l-istallazzjonijiet kollha elettriċi li għandna għal sistemi li jiffrankaw l-enerġija.
Barra minhekk twaħħlet sistema fotovoltaika ta’ 1.33 kWp (kilo Watt - peak) fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u sistema oħra ta’ 2.30 kWp fiċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ l-Imrieħel. Dan iċ-Ċentru ħa jkun qiegħed jieħu nofs l-enerġija meħtieġa għall-operat tas-sit minn enerġija rinovabbli, li jikkonsisti f’enerġija mix-xemx u mir-riħ. Hu ppjanat li l-panelli fotovoltajki ji¿diedu tant li l-operat kollu tas-sit jikseb l-enerġija kollha meħtieġa minn sorsi rinovabbli u se jkun hemm ukoll 30% ta’ enerġija ¿ejda li tkun mitfugħa fil-
grid
nazzjonali. Hu ppjanat li sorsi ta’ enerġija rinovabbli se jkunu nstallati fi tliet siti oħra biex jissuplixxu totalment jew parzjalment l-enerġija meħtieġa mis-siti. Fl-Imrieħel stess twaħħal ukoll
micro-wind turbine
ta’ 1.20 kWp.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħareg ukoll
period contract,
li minnu jistgħu jibbenifikaw Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, sabiex jiġu nstallati sistemi fotovoltaici. S’issa, bis-saħħa ta’ dan il-kuntratt, twaħħlu madwar 42kWp f’sistemi fotovoltaiċi fuq diversi bini pubbliku.
Fis-sitt xhur li ġejjin il-Ministeru ser jinstalla turbina oħra tar-riħ fl-Għammieri.
Fil-futur se jinbena park tal-enerġija mix-xemx fil-Kumpless ta’ l-Immaniġġar ta’ l-Iskart tal-Magħtab. L-enerġija li se tkun iġġenerata minn dawn il-panelli fotovoltajki se tkun mitfugħa fil-grid nazzjonali flimkien ma’ dik l-enerġija li tiġi ġġenerata mill-gassijiet ta’ l-
engineered landfills
wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ l-enerġija għall-operat ta’ kuljum tas-sit. Se tiġi installata wkoll turbina tar-riħ li se tintu¿a għall-istess skop.
Qiegħed ikun ikkunsidrat li fl-impjant ta’ Sant’Antnin, li bħalissa qiegħed jiġi mmodernizzat, ikunu nstallati panelli solari fuq is-soqfa u l-enerġija ġġenerata tintu¿a għall-operat ta’ dak is-sit.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26644 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?l
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tal-proġett equal project imtella' mill-Waste Serve?
Min kien responsabbli tal-programm?
Minn fejn ġew il-fondi u kif inhuma mqassmin?
X'inhi l-istruttura tal-programm?
Min kien responsabbli għal monitoring u x'tip ta' monitoring kien isir?
X'tip ta' courses kienu jsiru?
Liema NGO's kienu nvoluti fil-programm u fuq liema kriterji ġew magħżula?
Kemm nies bdew il-programm u kemm spiċċaw il-course kollu?
Kemm hemm nies li gew impjegati biex imexxu dan il-programm?
Kemm qed iqum dan il-program u kif inhuma mqassma l-pagi (minghajr mal-ministru isemmi ismijiet)?
Jista jghid l-iskop tal-programm equal projects lahaqx l-ghan tieghu?
Fuq liema tip ta xoghol tpoggew l-istudenti li attendew ghal dan il-kors?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett EQUAL ġie implimentat bl-iskop li jingħata taħriġ lil persuni li qed jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali. Il-persuni li bbenefikaw minn dan il-proġett setgħu jsibu dan it-taħriġ utli meta kienu jfittxu xogħol fiss. Permezz ta’ dan il-proġett WasteServ Malta Ltd xerrdet ukoll kuxjenza dwar l-importanza ta’ l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti skartati.
Dan il-proġett ġie implimentat permezz ta’ fondi mill-Programm ta’ l-Inizjattiva EQUAL f’Malta 2004–2006 li hu amministrat mill-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Ir-responsabbiltà tal-proġett kienet f’idejn il-WasteServ Malta Ltd. Il-maġġuranza tal-fondi li ġew allokati għal dan il-proġett intefqu bħala għoti ta’ benefiċċju għall-parteċipanti. Il-kumplament tal-fondi tqassmu fuq kera tal-post, xiri ta’ apparat u materjal li kellu jintuża waqt it-taħriġ, ħlas ta’ għalliema, superviżjoni u konsulenza, pubbliċita’ u kuntatti internazzjonali skond kif tirrikjedi l-liġi.
Il-taħriġ ingħata minn April 2006 sa Frar 2007. Il-parteċipanti kienu jitqassmu f’żewġ gruppi ma’ żewġ għalliema kull darba.
WasteServ Malta Ltd allokat persuna fil-post fejn sar it-taħriġ biex tkun responsabbli mill-andament tal-progett. Barra minhekk, diversi żjarat spontanji kienu jseħħu fuq il-post mill-
project leader
u l-konsulent
.
Dan il-proġett iffinanzja taħriġ fir-rinnovar ta’ għamara antika, produzzjoni ta’ oġġetti
minn affarijiet skartati,
stained glass
, kif ukoll taħriġ fid-drama u fl-użu ta’ l-informatika.
L-NGOs li taw kontribut f’dan il-proġett kienu
The Richmond Foundation
,
YMCA,
u
Mid-Dlam għad-Dawl
. Dawn kienu l-NGOs li wrew interess li jipparteċipaw fil-proġett wara li ġew ikkuntattjati diversi NGOs fil-fażi tal-mili tal-proposta biex jinġiebu l-fondi għall-proġett.
Tmintax-il persuna bdew il-
course
f’April 2006 filwaqt li fit-tmiem tal-proġett, fi Frar 2007, in-numru ta’ parteċipanti kien ta’ sebgħa u għoxrin. In-numru ta’ parteċipanti varja matul iż-żmien li fih kien implimentat dan il-proġett. Il-parteċipanti li għal xi raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu kienu sostitwiti b’parteċipanti oħrajn. In-numru totali ta’ parteċipanti li bbenefikaw minn dan il-proġett laħħaq it-tlieta u ħamsin persuna.
Sitt persuni offrew is-servizz tagħhom f’dan il-proġett. Dawn però qatt ma ġew impjegati mill-WasteServ Malta Ltd.
Il-proġett sewa 150,000 Ewro. Il-parteċipanti ngħataw Lm1.50 għal kull siegħa ta’ taħriġ u Lm0.40 għal kull ġurnata ta’ attendenza għall-ispejjeż tat-trasport. Il-ħlasijiet l-oħrajn kienu mqassmin hekk:
Għalliema tad-Drama
Lm5 / siegħa
Għalliema tal-
Folk Art
Lm5 / siegħa
Għalliema tar-
Recycled Creative Crafts
Lm5 / siegħa
Social Development Worker
u Għalliem fuq Rinovar ta’ Għamara
Lm8 / siegħa
Supervisor
Lm3.33 / siegħa
Konsulent
Lm170 / xahar
L-għan tal-proġett EQUAL intlaħaq fis-sens ta’ (1) numru ta’ parteċipanti (2) numru ta’ siegħat u ġimgħat ta’ taħriġ (3) numru ta’ parteċipanti li rċevew ċertifikat ta’ parteċipazzjoni (4) numru ta’ parteċipanti li sabu mpjieg.
L-impieg tal-parteċipanti huwa responsabbiltà ta’ l-NGOs li rreferew lill-istess studenti għall-proġett u għalhekk WasteServ Malta Ltd, għalkemm għandha informazzjoni dwar kemm parteċipanti rnexxielhom isibu posthom fid-dinja tax-xogħol, m’għandhiex iżda aktar dettalji dwar dawn l-individwi.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċċju ta' l-awditur tal-MEPA ġie sal-lum attrezzata bil-ħatra ta' investigatur u staff ieħor neċessarju biex dan l-uffiċċju jiffunzjona?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju ta’ l-Awditur fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) inħatret assistenta personali u għaddej il-proċess biex jinħatar investigatur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in-sites u f'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hawn lokalitajiet li għad m'għandhomx bring-in sites u x'inhi r-raġuni li dawn għad m'għandhomx? Jista' jgħid ukoll kemm inġabar skart mill-bring-in sites fl-ewwel ħames xhur tas-sena, imqassam fi plastik, karti, ħġieġ u metall u mil-liema lokalita' nġabar l-akbar ammont ta' skart?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. F’kull każ kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx għall-karozza ministerjali jinkera Lm250 fis-sena u jinsab tas-Sliema.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm377,087.58.