Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemmimpjegati ġodda mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mill-bidu tal-2015 sal-illum? F’liema grad ġew ingaġġati?
Londra – Kummissjoni Għolja Maltija – passi dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadhom ma ttieħdux passi dixxiplinari fil-konfront tad-diplomatika Maltija li ammettiet barra l-Qorti li kienet tat fastidju lil-Locally Staffed Officer meta kienet posted fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu spejjeż legali minħabba dan il-każ u lil min?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, kuntrarju għal dak li qed jgħid fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu, id-diplomatika Maltija nvoluta f'dan l-allegat każ m'ammettietx li kienet tat fastidju lill-
Locally Engaged Officer
meta kienet
posted
fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.
Minħabba dan il-każ tħallsu £1,200 (madwar €1,500) spejjeż legali lill-Kumpanija Twenty One Law.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġara minn pittura antika, parti minn sett ta’ sitta li kienet tinsab malli tidħol f’Pardo Hall 2, fuq ix-xellug? Jista’ jipprovdi lil din il-Kamra kopja tal-inventarju ta’ din il-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Skont il-kontroll tal-Inventarju tal-Kamra msemmija li sar wara l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 li sa dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Customer Care Office, il-pitturi fil- Kamra kienu ħamsa u mhux sitta kif qed jingħad mill-Onorevoli Interpellant. Pittura oħra tal-istess sett, li oriġinarjament kienet f’ dan il-Customer Care Office, kienet fil-kuritur tal-Ministeru, biex timla post ta' pittura oħra li kienet għar-restawr. Din il-pittura issa ġiet restawrata u l-pittura tal-appostlu, parti minn sett ta' sitta, reġgħet tpoġġiet fil-Pardo 2, mal-bqija tas-sett oriġinali.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 t'April 2013 s'issa il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħallas l-ammont ta' €25,157.41 f'reklamar. L-ammont ta' €13,628.13 tħallas minn Fond Ewropew - l-
External Border Funds.
Tħallas ukoll l-ammont ta' €2,631.13 f'reklamar fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Ġie ppublikat ukoll reklam fuq gazzetti lokali għall-prezz ta' €1,647.16, liema reklam għadu ma tħallasx.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ma tax kuntratti ta' servizz lill-kumpanija jew lill-individwu li qed jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa globali fuq l-organizzazzjoni taċ-CHOGM? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq iċ-CHOGM? Kemm tħallas kull kuntrattur? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-nefqa globali fuq l-organizzazzjoni tac-CHOGM minn-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tammonta għal €2,041.57 li ntefqu f'inviti għall kunċert u ikla, Overtime għall-fotografi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, spejjeż ta' telefonija u trasport. L-ammont ta' overtime imħallas lill-uffiċjali tal-Protocol and Consular Service ma jiffurmax parti minn din is-somma minħabba li dan għadu qed jinħadem.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru nefaq €2,175.82 fl-2015 f'reklamar u nformazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' April 2015 s'issa tħallas l-ammont ta' €2,774.79 f'reklamar fil-gazzetti. Saru wkoll avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern, li għalihom il-Ministeru ħallas €970.70. Hemm b'€1,647.17 f'avviżi ibbukjati imma li għadhom ma tħallsux. Ma tħallas l-ebda ammont minn fondi ewropej jew xi fond ieħor.
Fid-dawl tal-aħħar attakki terroristiċi li twettqu f'diversi pajjiżi kif ukoll dak li għidt inti fid-diskors tal-budget, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-insurance biex tipproteġi d-diplomatiċi tagħna minn dan il-periklu, saritx? Jekk le, jista jgħid fiex waslu l-preparamenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Dan is-suġġett diġà bdejna niddiskutuh internament u nispera li fix-xhur li ġejjin jittieħdu d-deċiżjonijiet.
Presidenza tal-Lussemburgu – uffiċjali diplomatiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntbagħtux uffiċjali diplomatiċi sabiex jirraportaw dwar il-Presidenza tal-Lussemburgu?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li l-pressjoni fuq l-istaff tal-Ministeru qed tiżdied aktar ma nersqu lejn il-Presidenza, u fil-każ tal-Lussemburgu kien hemm restrizzjonijiet oħrajn, bħal fil-każ tal-lingwa li komplew irrestrinġew iċ-ċirku ta’ nies li setgħu jintbgħatu billi l-Presidenza stess insistiet li l-persuni mibgħuta jkunu jafu sew il-Franciż. Għaldaqstant, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha, anke l-preparamenti li qed isiru għall Presidenza Maltija, ma kienx hemm staff li ntbagħat il-Lussemburgu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm swew il-konsolati li kellhom jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fosthom dak tax-Shangai, l-Alġerija u oħrajn?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-konsolati ta’ Shanghai u l-Alġerija swew €2,733,670 u €1,863,678 rispettivament. Dan jinkludi x-xiri tal-propjeta’ u xogħlijiet fiha, ħlas lill-periti, apparat tal-IT, servizzi legali u ta’ traduzzjoni u vvjaġġar relatat. Minn dawn kien hemm f'fondi tal-Unjoni Ewropea €1,465,832.38 li ntużaw fuq Shanghai u €1,652,047.81 li ntużaw fuq l-Alġerija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm Embassy Accounts li suppost jiġu ppreżentati kull xahar, huma b’lura u b’kemm, u jista’ dawn jiġu identifikati Ambaxxata Ambaxxata? Jikkonferma li kontra r-regoli stabbiliti xorta qed jingħaddew fondi lil dawn l-Ambaxxati minkejja li mhumiex qed jippreżentaw l-accounts fil-ħin? Ma jaħsibx li dan jista’ joħloq perikolu jekk il-Ministeru jitlef il-kontroll fuq in-nefqa tal-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-tabella jidher li hemm 21 Ambaxxata li l-parti il-kbira tagħhom qegħdin biss xahar b'lura fl-accounts. Jekk ikun hemm fondi fil-Mission Account tal-Ambaxxata partikolari fit-Teżor, dawn il-flus jibqgħu jintbagħatu lill-Ambaxxata anke jekk l-accounts ikunu ftit biss lura.
Normalment l-accounts ma jintbagħatux fil-ħin minħabba l-pressjoni tax-xogħol fl-Ambaxxata jew inkella minħabba xi problema teknika. In-nefqa ta' dawn l-Ambaxxati ssir dejjem skont il-baġit finanzjarju tas-sena, fejn l-ispi¿a ta' kull xahar tkun ikkontrollata b'dan il-mod. Fl-ebda mod ma jista' jkun hemm infieq iktar minn hekk, u għalhekk m'hemmx periklu li jintefqu flus ¿ejda għaliex qegħdin taħt kontroll kontinwu mill-Ministeru.
Jidher li din il-problema ilha te¿isti ghal numru ta' snin, tant li f'Jannar 2011 il-Ministeru ġibet l-attenzjoni tal-Head of Missions li wħud minnhom kienu qed jibaghtu l-accounts tard b'mod ripetut u jimbarazzawh mal-Ministeru tal-Finanzi.
F'Marzu 2012, il-Ministeru rega' lmenta li l-accounts ta' Jannar kienu ghadhom ma ntabaghtux.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma nefaq xejn fuq reklami dwar il-Budget 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Envoy Speċjali tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kemm attenda laqgħat tal-World Trade Organisation (WTO) u rraporta għalihom f’Ġinevra u jekk tax rendikont bil-miktub tal-eżitu ta’ dawn il-laqgħat? Jikkonferma li meta l-individwu jitla’ Ġinevra, imur jagħti lecture fl-Università Diplomatika u li għaliha jitħallas personalment separatament?
Kummissjoni Għolja f’Londra – Localy engaged staff — kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset kumpens il-locally engaged member of staff li kienet taħdem fil-Kummissjoni Għolja f’Londra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara li tressaq każ quddiem il-Qorti Ingliża minħabba harassment kontinwu minn uffiċjal diplomatiku Malti f’grad ta’ Councillor u Konslu Ġenerali u li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’passi dixxiplinarji ttieħdu kontra din l-uffiċjal diplomatiku?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-locally engaged member of staff li kienet taħdem fil-Kummisjoni Għolja f'Londra li qed jirreferi għaliha tħallset is-somma ta' £34,000 (eqwivalenti għal € 42,972,59).
Ta min jinnota li huwa rrapurtat li dan il-harassment beda fl-2009 u ma jidhirx li qatt ittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-uffiċjal involuta.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Segretarju Permanenti — safar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ safar uffiċjali li għamlet is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu minn mindu bdiet tokkupa din il-kariga?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin siefret fuq xogħol uffiċjali kif indikat hawn taħt:
FROM
TO
DESTINATION
PURPOSE OF VISIT
25/05/2014
26/05/2014
Italy
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries-General
Italy
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries-General
23/06/2014
25/06/2014
Turkey
EU Ambassador's meeting with Turkish Prime Minister
26/11/2014
29/11/2014
Latvia
Informal meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
Latvia
Informal meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
20/01/2015
22/01/2015
Turkey
JETCO Meetings
03/02/2015
04/02/2015
Berlin, Germany
Meeting with Federal Chancellor Dr Angela Merkel
25/02/2015
28/02/2015
UK
Commonwealth Secretariat Meeting and FCO
31/05/2015
02/06/2015
Luxembourg
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
Luxembourg
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
27/08/2015
29/08/2015
Istanbul, Turkey
84th Izmir International Fair Delegation Programme
23/09/2015
01/10/2015
New York USA
UNGA Meetings
New York USA
UNGA Meetings