Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Far Industrial Estate — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm street lighting aħjar fil-Ħal Far Industrial Estate speċjalment qrib il-fabbrika Trelleborg għaliex hemm partijiet skabrużi ferm bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Barranin li jaħdmu t-tarzna

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta — Bejjiegħa tal-monti.

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni fejn għandhom jitpoġġew (bħala ordni) l-bejjiegħa tal-monti tal-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

“Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni dwar l-ordni tal-bejjiegħa tal-Monti fil-Belt Valletta ittieħdet mill-Ministeru tiegħi wara konsultazzjoni effettiva mal-Kumitat Rappreżentattiv tal-bejjiegħa u mal-Union Ħaddiema Magħqudin li kienet qed tirrapreżenta l-interessi tagħhom. Nixtieq nippreċiża li la l-Kumitat Rappreżentattiv u lanqas il-UĦM ma esprimew riservi jew eċċezzjonijiet għall-ordni li ppropona l-Gvern. “Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li l-loġika li ntużat għat-tqassim tal-bankarelli kienet li jkun hemm: 1. ordni numerika; 2. li l-bankarella numru 155 (li qabel kienet l-aħħar bankarella fi Triq it-Teatru l-Antik kantuniera ma’ Triq it-Teżorerija) tibqa’ tarma fejn kienet tarma, minħabba li din il-parti tas-sit kienet komuni għall-mod l-antik u l-mod il-ġdid ta’ kif inhu organizzat il-Monti; u 3. li l-bqija tal-bankarelli jibqgħu jsegwu l-istess ordni numerika minn hemm ‘il quddiem.”

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' din il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, żdied sostanzjalment tant li qed jitfa' piż qawwi fuq l-għixien tagħhom? Jista' jara jekk hemmx xi ħsara f'dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq dan il-każ jidher li m’hemm ebda żieda sostanzjali fil konsum. Il-konsumatur li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ġie ikkuntatjat bit-telefon fejn ġie nfurmat li l-konsum preżenti huwa ekwivalenti għal dak tal-passat. Barra minhekk il-konsumatur ġie nfurmat ukoll li l-aħħar kont attwali qed jarah għoli peress li m’għandux is-surcharge mnaqqsa u dan minħabba l-introduzzjoni tas-sistema tal-voucher. Fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hi nfurmata li l-konsumatur issa rċieva l-imsemmi voucher.

Malta Enterprise — Proġetti

Question

Fis-sena 2006, il-Malta Enterprise approvat 89 proġetti ġodda jew expansions, jista' l-Ministru jaqsamhom f'ġodda u expansions skond f'liema qasam industrijali kienu? Jista' jgħid għal kull qasam industrijali x'inhu l-forecast capital investment, maqsum ukoll fi new u expansion projects?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MDC, IPSE, METCO

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-ex MDC, IPSE u METCO li fis-sena 2006 ġew assorbiti bħala impjegati tal-gvern? Jista' jgħid xi grad kellhom u fejn hu l-impjieg ġdid tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2006, l-4 impjegati li kienu għadhom mhumiex assorbiti bħala impjegati tal-Gvern għaddew ghand l-IPSL u ma nafu xejn izjed dwarhom.

Malta Enterprise — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24114.

Malta Industrial Parks — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Supplies

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jaħdmu fil-preżent il-ħaddiema li qabel kienu jaħdmu ma' l-Air Supplies? Kemm kienu dawn il-ħaddiema meta l-Air Supplies ġiet magħluqa mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ishma kollha tal-kumpanija Air Supplies & Catering Co Ltd inbiegħu mill-Air Malta lil xerrej privat f’Novembru 2005. Dak iz-zmien, il-kumpanija kellha 62 impjegat fuq il-kotba tagħha.

WSC — Kont b'indirizz żbaljat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27010 u jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tistabilixxi lil minn jappartjeni il-post inkwistjoni. Sadanittant l-indirizz postali tal-fond imsemmi mill-interpellant ġie aġġustat u mhux ser jintbagħat aktar fir-residenza ta’ ħdejn il-fond imsemmi.

Gzira — Problema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema regolari u ta' spiss tad-drenaġġ fix-xatt li jagħti mill-Ferries sal-Gżira?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa investigat din il-problema u qed tieħu passi biex tibdel rising main mill-Gżira Pumping Station tant li xogħol fuqu nbeda u bħalissa qed isir f'Rue D'Argens, Msida u fit-telgħa ta' G'Mangia.

Local Business Development Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' personnel u xi grad għandhom, li huma responsabbli minn dan il-unit? Jista' jgħid ukoll x'inhu t-terms of reference ta' dan il-unit u liema huma dawk il-kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabilita' diretta ta' dan il-unit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqaf uffiċjalment fid-19 ta’ Jannar 2007. Dan il-Unit huwa magħmul minn tnejn min-nies, wieħed fil-pożizzjoni ta’ Head u oħra fil-pożizzjoni ta’ Executive. It-terms of reference ta' dan il-Unit huwa li jieħdu ħsieb u jagħtu servizz ta’ Client Relationship Management lill-iktar 37 kumpannija importanti tal-manifattura li joperaw minn pajjizna.

Eviction orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm eviction orders kontra kumpanniji? F'liema qasam industrijali qegħdin u f'liema settur joperaw? Jista' jgħid hekk humiex foreign owned jew lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks Limited għandha 12-il eviction order fis-seħħ kontra Kumpaniji li joperaw minn fabbriki amministrati minnha mferrxin ma' l-oqsma industrijali kollha. L-attivita' ta' dawn il-Kumpaniji hija diversa. L-eviction orders pendenti huma tas-sidien Maltin.

Malta Enterprise — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskemi tal-Malta Enterprise għal Għawdex a) Aid Grant Scheme b) Employment Aid Grant Scheme? Meta ġew varati u x'kien l-interess fihom mill-intrapriżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kopja ta’ l-iskemi imsemmija jinstabu fil-Public Domain sewwa sew fuq il-website tal-Malta Enterprise. Dawn ġew varati bid-data effettiva ta’ l-ewwel ta’ Jannar ta’ 2007. Ghall-iskema ta’ l-investiment kien hemm interess mill-enterprisi li huma eleġibli taht il-BPA. Wieħed irid jinnota illi dawn l-iskemi huma inċentivi għall-impieg ta’ ħamsa jew izjed. La darba interpriżi jilħqu dan l-iskop, jkunu jisgħu japplikaw. L-ewwel applikazzjonijiet jistgħu jiġu imresqa fl-ewwel ta’ Lulju.

Cottage Industry Rules

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Cottage Industry Rules hekk kif kienu emendati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-emendi proposti għadhom qed ikunu diskussi. Meta dawn ikunu lesti jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern u jitqiegħdu fuq il-Mejda bħal kull Avviz Legali ieħor.

Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26674 u 27033 u jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS? Jekk iva, liema hi din id-ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati? Kemm se jiswa dan l-eżerċizzju ta' konsulenza? Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'Marzu ta' din is-sena il-MITTS qabbdet grupp ta' konsulenti maniġerjali bl-isem ta' PSC biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza f'wieħed mid-dipartimenti tal-MITTS Ltd. Ma kienx hemm sejħa għal dan is-servizz li sa jiswa madwar Lm6000. Dan l-eżerċizzju ta' konsulenza twettaq, u r-rapport finali nagħta lill-Kap Eżekuttiv tal-MITTS Ltd.

Barranin li jaħdmu t-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.