Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Bini ta' Substation

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Enemalta milli tibda tinbena s-substation fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi skond il-permess ta' żvilupp PA5738/02 maħruġ mill-MEPA u wara li l-art imsemmija ġiet rilaxxata mill-joint office skond il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern ta' nhar il-Ħamis 24 ta' Lulju 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-aħħar arranġamenti għat-trasferiment ta' l-art sabiex ikun jista' jinbeda x-xogħol.

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx problema ta' ilma, cioe' kanna li qed tinfaqa sikwit, fi Triq il-Grolli Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-KSI taf li hemm problema bil-kanna tal-ilma msemmija u fil-fatt ħadet il-passi biex issir proposta għall-bdil tagħha. Din tikkonsisti fi proġett ta' madwar Lm8,000 li ddaħħal fil-programm ta' xogħolijiet tal-KSI. Dan ix-xogħol mistenni li jsir is-sena d-dieħla.

Marsaxlokk — Triq Barthelemy - twaħħil ta' bracket

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara n-nuqqas ta' azzjoni da parti tal-korporazzjoni Enemalta konsistenti fit-twaħħil ta' bracket mal-faċċata tal-fond bl-isem ta' CharLaine fi Triq Barthelemy, Marsaxlokk stanteli hemm cable tal-high voltage jista' jitqaxxar peress li qiegħed ma saqaf ta' gallarija? Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-cable imsemmi mhux responsabilita' ta' l-Enemalta.

Pipeline taż-żejt

Question

Billi fl-imgħoddi l-Gvern Malti kien qed jikkonsidra li jakkwista feed mill-pipeline taż-żejt ta' 540 kilometru li ġie inawgurat dan l-aħħar bejn il-Libja u l-Italja f'Mellitah, jista' il-Ministru jgħid x'follow-up action ittieħdet mill-awtoritajiet konċernati u jekk iva, fiex waslu dawn il-pjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-gvern ingħata l-parir li hu iktar teknikament u ekonikament ta' vantaġġ li jsir pipeline tal-gass (mhux taż-żejt) bejn Sqallija u Malta milli tittieħed fergħa mil-pipeline bejn il-Libja u Sqallija. Il-gvern innegozja ma' l-ENI, il-propjetarji tal-pipeline, biex dawn jagħmlu studju dwar il-possibilta' ta' pipeline bejn Gela, fejn jispiċċa l-pipeline mil-Libya, u Malta. Ir-rapport ta' dan il-feasibility study ingħata lil-Enemalta iktar kmieni dis-sena. Il-gvern qed jikkunsidra x'azzjoni jieħu dwar dan il-proġett.

Malta Industrial Parts

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-immerġjar ta' l-MDC, il-METCO u l-IPSE u t-twaqqif tal-Malta Enterprise kienu ġew imħabbra bħala passi lejn one-stop-agency għall-investitur industrijali, jista' f'din il-perspettiva il-Ministru jfisser għaliex l-MIP (Malta Industrial Parts), li timmaniġja l-industrial estates u talloka l-fabbriki baqgħet barra mill-Malta Enterprise? Fl-interess ta' l-effiċjenza fl-ipproċessar ta' proġetti ġodda ma kienx ikun aħjar li kieku l-MIP kellha tingħaqad mal-Malta Enterprise? Jista' jeskludi li n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-MIP u l-Malta Enterprise wasslet għal dewmien żejjed? Jista' jgħid jekk il-fatt li riċentement iċ-chief executive ta' Malta Enterprise ġie appuntat bħala chairman ta' l-MIP wassalx għal xi titjib f'dik li hi effiċjenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kunċett ta' "one-stop agency" ma tfissirx li kollox jiġi mmaneġjat minn organizazzjoni waħda. Il-proċess tat-twaqqif tal-Malta Enterprise ġabar fih il-funzjoni regolatorja tal-Business Promotion Act u l-funzjoni tal-promozjoni tal-investiment. Il-funzjoni tal-bini u tal-immaniġjar tal-fabbriki u l-Industrial Estates rispettivament hija waħda ta' natura teknika u amministrattiva. Kien għalhekk li l-operat tal-Malta Industrial Parks Limited inżamm separat, bħal ma hu separat l-operat li jipprovdi kull tip ta' prodott jew servizz fil-fabbriki e.z. d-dawk, l-ilma ecc. Issa li l-Malta Industrial Parks Limited ingħatat is-setgħa tal-liġi mill-15 ta' Lulju 2004, ser tkun f'pozizjoni aħjar li taġixxi b'aktar effiċenza għar-rikjesti ta' l-investitur.

Malta Industrial Parks

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-immerġjar ta' l-MDC, il-METCO u l-IPSE u t-twaqqif tal-Malta Enterprise kienu ġew imħabbra bħala passi lejn one-stop-agency għall-investitur industrijali, jista' f'din il-perspettiva il-Ministru jfisser għaliex l-MIP (Malta Industrial Parks), li timmaniġja l-industrial estates u talloka l-fabbriki baqgħet barra mill-Malta Enterprise? Fl-interess ta' l-effiċjenza fl-ipproċessar ta' proġetti ġodda ma kienx ikun aħjar li kieku l-MIP kellha tingħaqad mal-Malta Enterprise? Jista' jeskludi li n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-MIP u l-Malta Enterprise wasslet għal dewmien żejjed? Jista' jgħid jekk il-fatt li riċentement iċ-chief executive ta' Malta Enterprise ġie appuntat bħala chairman ta' l-MIP wassalx għal xi titjib f'dik li hi effiċjenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kunċett ta' "one-stop agency" ma tfissirx li kollox jiġi mmaneġjat minn organizazzjoni waħda. Il-proċess tat-twaqqif tal-Malta Enterprise ġabar fih il-funzjoni regolatorja tal-Business Promotion Act u l-funzjoni tal-promozjoni tal-investiment. Il-funzjoni tal-bini u tal-immaniġjar tal-fabbriki u l-Industrial Estates rispettivament hija waħda ta' natura teknika u amministrattiva. Kien għalhekk li l-operat tal-Malta Industrial Parks Limited inżamm separat, bħal ma hu separat l-operat li jipprovdi kull tip ta' prodott jew servizz fil-fabbriki e.z. d-dawk, l-ilma ecc. Issa li l-Malta Industrial Parks Limited ingħatat is-setgħa tal-liġi mill-15 ta' Lulju 2004, ser tkun f'pozizjoni aħjar li taġixxi b'aktar effiċenza għar-rikjesti ta' l-investitur.

MDC — Proġett ta' zona għall-industriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jmexxi 'il quddiem il-proġett ta' zona għall-industriji li għandhom bżonn aċċess għall-baħar, dwar liema proġett l-MDC kienet ħejjiet pjanijiet preliminari fl-1997, u dwar liema proġett l-MDC, il-MIMCOL u l-Marsa Shipbuilding kienu bdew taħditiet preliminari fl-1998 bil-barka ta' l-Amministrazzjoni Laburista? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid fejn wasal dan il-proġett u meta huwa maħsub li jkun jista' jilqa' l-ewwel investituri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MDC — Proġett ta' zona għal servizzi għall-avjazzjoni u industriji

Question

Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jmexxi 'il quddiem il-proġett ta' zona għal servizzi għall-avjazzjoni u industriji relatati, fil-limiti ta' Ħal Safi, dwar liema proġett l-MDC kienet ħejjiet pjanijiet preliminari fl-1997 wara konsultazzjonijiet mad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili u dwar liema proġett l-MDC u l-Forzi Armati ta' Malta kienu waslu għal ftehim preliminari fl-1998 bil-barka ta' l-Amministrazzjoni Laburista? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid fejn wasal dan il-proġett u meta huwa maħsub li jkun jista' jilqa' l-ewwel investituri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Programmi fuq ir-radju

Question

Jista' il-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni fil-PBS li l-Mons. Victor Grech li kien ilu jxandar fuq ir-radio il-programm tiegħu għal dawn l-aħħar 30 sena, twaqqaf ħesrem milli jagħmel dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li jien tajt għall-mistoqsija Nru. 7568.

PBS — Aħbarijiet tal-football

Question

Jista' il-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni fil-PBS li Oliver Mizzi li kien ilu jxandar minn fuq ir-radio fuq 30 sena sew dwar aħbarijiet tal-football Taljan twaqqaf ħesrem milli jagħmel dan?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li hija prorogattiva tal-Management tal-PBS li kontinwament jieħu dawk id-deċiżjonijiet meħtieġa biex dejjem itejjeb il-livell tal-programmi kollha ta' l-istazzjon. Jiena nfurmat li d-deċiżjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ittieħdet fl-isfond tat-tibdil li qed isir fil-mod ta' kif qed jittellggħu l-programmi ta' l-isports. Fil-fatt jirriżulta li s-Sur Mizzi ma kienx rimpjazzat. Intenni li għal Gvern ilu li għadda ż-żmien li jindaħal fil-merti ta' kif jintgħażlu l-programmi tal-PBS u min jippreżentahom. L-indipendenza editorjali tal-PBS hi parti bażika mill-Policy attwali.

Ħal Ferħ Complex — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7727 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema ta' Ħal Ferħ Complex f'Għajn Tuffieħa? Jekk iva, ma min saru l-laqgħat u x'inhu l-futur tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar — Birguma - Servizz tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ ir-residenzi li baqa' fl-inħawi ta' Briguma, in-Naxxar, li mhumiex imqabbdin mas-servizz nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex jiġu mqabbda r-residenzi li baqa' mingħajr sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Birguma, miexi. It-tender biex jinxtraw il-pompi u trinek u tqegħid ta' mains, dalwaqt joħroġ.

Ministeru għall-Investiment — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Investiment Industrija u Teknologija tal-Informatika li applikaw għall-fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum huma kif gej: Fondi mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Regjonali Enemalta (żewġ proġetti) Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma (żewġ proġetti) Malta Industrial Parks (proġett wieħed) Malta Enterprise (proġett wieħed) Fondi mill-Fond Socjali Ewropew Malta Enterprise (proġett wieħed) B'kollox ġew sottomessi seba proġetti. Minn dawn, is-sitt proġetti iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Regjonali, ġew approvati mill-Kumitat għall-għażla ta' proġetti ko-finanzjati mill-fondi strutturali tal-E.U. Filwaqt li l-proġett li applikat taħt il- Fond Socjali Ewropew, għadu ma ġiex approvat. Minbarra dawn il-progetti hawn fuq imsmmija kien hemm diversi progetti ohrajn li applikaw ghall-fondi mill U.E. qabel din is-sena u li gew approvati.

Kordin Grain Terminal — CEO/Managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'allowances u perks oħra għandhom is-CEO u ż-żewġ managers rispettivament tal-Kordin Grain Terminal u jista' jgħid xi profitti jew telf għamlet il-kumpannija Kordin Grain Terminal f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sentejn min kienu l-persuni li siefru f'isem it-terminal, fejn marru f'kull każ, x'kien l-iskop ta' kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Kontijiet tad-dawl - ħlas ta' arretrati

Question

Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Kontijiet ta' l-ilma - ħlas ta' arretrati

Question

Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Diesel/petrol/pitrolju mingħajr dazju

Question

Jista' il-Ministru jelenka min għandu d-dritt li jixtri diesel, petrol u pitrolju mingħajr dazju? Kemm imbiegħ (f'litri u flus) minn dawn il-prodotti separatament s'issa f'din is-sena finanzjarja? Kemm inxtara minn kull grupp/sezzjoni/persuna li għandu d-dritt jagħmel dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.