Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal-liċenzja tal-kaċċa kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li applikaw għall-liċenzja tal-kaċċa f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:-
SenaNumru
20001,042
2001830
2002993
2003673
2004591
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru hold-ups is-sena l-oħra? Kemm ġew solvuti u x'insteraq f'kull kas individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrapurtati lill-Pulizija 51 każ ta' hold up, li minnhom 14 ġew solvuti, b'4 jirriżultaw li mhux veru kienu seħħew (rapporti foloz). Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-affarijiet irrapurtati misruqa f'kull każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni taħt l-eta' il-qorti s-sena l-oħra u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 in-numru ta' minuri taħt 18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti kien ta' tmienja u sittin (68).
Ir-raġunijiet għaliex tressqu l-Qorti kienu s-segwenti:-
Fuq pussess ta' droga, traffikar 100 metru bogħod mill-post fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ
Messaġġi ta' theddid bil-
mobile phone
Ksur tal-buon ordni
Grieħi ta' natura gravi
Grieħi ta' natura ħafifa
Sewqan bla liċenzja/bla permess/bla insurance
Ħsara fi proprjeta' ta' ħaddieħor
Serq
Riċettazzjoni
Pussess ta' arma
Theddid fuq persuna
Pussess ta' għasafar protetti
Offiża fuq il-pudur
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid f'Għawdex, xahar b'xahar, kemm saru bejn Settembru 2004 u Jannar 2005 testijiet tal-breathalyser b'mod manwali? Jekk ma sarux b'mod manwali, x'kienet ir-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Settembru 2004 u Jannar 2005 sar breathalyser test wieħed mill-Pulizija f'Għawdex. Dan sar permezz ta' l-istrument fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat. Ir-riżultat kien pożittiv u għalhekk ser jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra l-persuna involuta.
Rigward il-white paper pubblikata f'Jannar 2005 - "Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef" - hemm xi żmien stipulat li fih suġġerimenti jistgħu jintbagħtu għal konsiderazzjoni tal-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien stipulat huwa ta' tlett xhur li beda fil-21 ta' Jannar 2005 sabiex fih dan il-proċess ta' konsultazzjoni fejn jistgħu u anzi għandhom ukoll jiġu sottomessi suġġerimenti, kummenti u proposti minn kull min huwa interessat f'din il-White Paper.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 42 każ ta’ serq.
Hold up
4
Pick Pocketing
52
Snatch & grab
18
Serq minn dgħajjes
3
Serq ta’ dgħajjes
1
Serq ta’ karozzi
43
Serq minn karozzi
365
Serq minn residenzi
84
Serq minn barijiet / lukandi
47
Serq minn xtajtiet
1
Serq minn fabbriki
10
Serq minn ħwienet
53
Serq ieħor
221
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella ta' hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Jannar ta' l-2005 kien hemm 130 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Against morals / honour of family
2
Arson
12
Attempted offences
161
Bodily harm
60
Damage
263
Drugs
6
Forgery
3
Fraud
28
Illegal immigration
12
Prostitution
1
Sexual offences
3
Theft
902
Threats and private violence
10
Violence against public officers
5
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ilha tgħix regolarment hawn Malta għal aktar minn seba' snin u li għandha applikazzjoni pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija tiġi konkluża mill-iktar fis u dan peress li l-persuna hija waħda regolari skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza ma sab ebda talba pendenti għaċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-persuna li aċċenna għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10232 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jistax jinformana għaliex ma nbidlux it-tined tal-pjanċi msadda u perikolużi li hemm fin-naħa tal-frott fil-pitkalija ċentrali? Jista' jara li dawn it-tined jinbidlu mmedjatament qabel ma jseħħ xi inċident fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qatt ma rċeviet xi rapport dwar il-periklu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. It-Taqsima qed tinvestiga l-każ sabiex tiddetermina x'inhi il-ħsara u ta' min hi r-responsabbilita' tat-tiswija meħtieġa u mbagħad tieħu l-passi neċessarji skond il-każ.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Każ dwar ħlas ta' kera
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għal fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (BORG, TONIO)
Il-ftehim tal-kirja kif ukoll is-sussidju fil-kera isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-fond ta' l-uffiċċju konġunt li okkupat minn inkwilini mill-Isla jiġi rranġat u jitneħħa l-periklu li hemm fis-soqfa? (Id-dettalji qed jintbagħtu separatament)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għalkemm ma jirriżultax li l-inkwilina għamlet xi talba lill-Uffiċċju Konġunt għal xi tiswijiet, il-każ tagħha ser jiġi mgħoddi lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li hu d-dipartiment responsabbli għat-tiswijiet fil-proprjetajiet tal-Gvern.
Peress li l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem hi llum parti mil-liġi domestika, jista' il-Viċi Prim Ministru jiddikjara definittivament jekk il-Qrati Maltin humiex marbutin li jsegwu fedelment il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'materja li tirrigwarda l-Konvenzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm is-sentenzi mogħtija mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fihom valur legali kbir għax jinterpretaw il-konvenzjoni, dawn għandhom jibqgħu biss fonti għal min ikollu każ quddiemu iżda fil-liġi Maltija ebda Qorti fl-ebda stadju ma hija legalment marbuta li bilfors trid issegwi dik l-interpretazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għadhomx bir-responsabbilta' u l-awtorita' li jordnaw li karozza li tkun qed tagħlaq id-dħul ta' garaxx titneħħa jew tiġi towed? Jekk fin-negattiv, min għandu din l-awtorita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hija kontravenzjoni kontra r-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur li persuna tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur f'dak il-mod li ma tħallix xi vettura ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal xi post użat u markat b'mod ċar bħala garage. Filwaqt illi bis-saħħa tar-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolament tat-Traffiku kemm il-Pulizija kif ukoll il-Kunsill Lokali jista' jneħħi kull oġġett ta' ingombru li jkun qiegħed joħloq xi diżordni, inkonvenjent jew ostaklu. Għalhekk il-Pulizija għadhom jistgħu jordnaw it-tneħħija ta' karozza li tkun qed tagħlaq id-dħul ta' garaxx, basta tali garaxx ikun hekk markat skond ir-Regolamenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm detenuti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma sentenzjati u fiex instabu ħatja? Kemm minnhom huma taħt arrest preventiv? Kemm hemm detenuti li huma relapsers? X'inhi n-nazzjonalita' ta' kull detenut?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Frar 2005, il-popolazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ mitejn u wieħed u disgħin (291) li minnhom mitejn u tlettax (213) huma sentenzjati u tmienja u sebgħin (87) qegħdin taħt arrest preventiv, filwaqt li n-numru ta’ dawk reċidivi hu ta’ mija u tletin (130).
Dawk sentenzjati instabu ħatja kif turi t-tabella segwenti:-
Reati relatati ma’ droga
78
Reati relatati ma’ serq
64
Reati relatati ma’ omiċidji
34
Multi konvertiti f’ħabs
6
Frodi, Falsifikazzjoni u miżappropjazzjoni
6
Reati relatati ma’ stupru u indiċenza
7
Feriti ta’ natura gravi
4
Oħrajn (traffic, ħruq, ħsara etc)
14
TOTAL
213
In-Nazzjonalita' ta' kull detenut hija kif turi t-tabella segwenti:-
Alġerini
1
Bulgari
2
Renju Unit
5
Ċiniżi
2
Olandiżi
3
Eġizzjani
1
Taljani
4
Libjani
50
Rumeni
4
Russi
1
Somali
3
Tuneżini
2
Yugoslavi
1
Maltin
212
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li ssir xi ħaġa biex kemm is-suldati kif ukoll il-pulizija li jkunu għassa mal-Palazz il-Belt ikollhom xi kenn kontra l-kesħa u l-maltemp?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, il-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija huma provduti b'ġakketta water proof kif ukoll ingwanti.
Għal dak li jirrigwardja s-suldati nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna ta' nazzjonalita' Kroata għandhiex dritt li tgħix Malta jew jekk tridx tapplika għal visa kull ċertu żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi persuni ta' nazzjonalita' Kroata m'għandhomx bżonn japplikaw għal visa sabiex jidħlu Malta, sakemm ma jkunux ser idumu aktar minn 90 ġurnata u jissodisfaw il-kriterji ta' viżitaturi bona fede. Wara dan il-perijodu tkun meħtieġa li tintalab 'extension of stay'.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10476, peress li saret mistoqsija parlamentari dwar il-kesħa fl-għassa tal-pulizija tar-Rabat, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li din il-problema tiġi rranġata?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 10476.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Dingli Swallows Football Club
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet approvax talba ta' Dingli Swallows football club, liema talba hi wkoll approvata mill-kunsill Malti għall-isport, biex biċċa art quddiem il-football ground ta' Ħad-Dingli tingħata b'titolu legali lill-imsemmi club biex tkun tista' tintuża bħala faċilita' sportiva? Jekk iva, x'passi ttieħdu u meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li peress li fil-Pjan Lokali l-art in kwistjoni hija riservata bħala spazju pubbliku, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern talbet lil Dingli Swallows F.C. li sabiex tiġi ikkunsidrata t-talba tal-Club huwa meħtieġ li jinġieb il-permess tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex isir l-iżvilupp meħtieġ. Dan ovvjament mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni aħħarija li tista' tieħu t-Taqsima.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill ta' San Ġiljan illum il-ġurnata mhux qiegħed f'xi deficit finanzjarju? Jekk hu minnu li dan il-kunsill mexa sew u rranġa l-pożizzjoni tiegħu, għaliex ma tinħariġx stqarrija biex mhux biss id-deficit jinstema'?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ma għandux u ma huwiex qiegħed f'xi deficit finanzjarju. Fil-fatt fir-Rapport Finanzjarju ta' kull kwart li kopra x-xhur Ottubru sa Diċembru 2004 dan kellu bilanċ posittiv ta' Lm78,168 u fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 2004 dan kien Lm175,080.