Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208)

BICAL — Kontrolluri

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mindu spiċċa l-BICAL kien hemm dawn il-kontrolluri li ġejjin: Is-Sur R J A Earland 25/11/1972 sa 28/11/1972 Dr Karmenu Mifsud Bonnici 28/11/1972 sa 21/12/1984 Is-Sur Emanuel A Bonello 21/12/1984 sa 31/08/2002 Gatt, Galea and Co 01/01/2003 sa issa L-ewwel żewġ kontrolluri ma tħallsu xejn. Is-Sur Emanuel Bonello tħallas Lm7,000 fis-sena sa l-2001 waqt li ħa Lm3,708 għas-sena 2002. Gatt, Galea and Co tħallsu Lm12,740 għas-sena 2003 waqt li ħadu Lm8,540 għal din is-sena. Rigward l-aħħar mistoqsija mhuwiex possibli li tiġi ppublikata nformazzjoni dwar x’taxxa ħallsu l-kontrolluri tal-BICAL. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208)

Double taxation agreements

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew iffirmati double taxation agreements sal-lum? Hemm oħrajn li se jiġu ffirmati fil-futur qarib?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta ffirmat sitta u erbgħin (46) double taxation agreement li minnhom tnejn (2) huma limitati għall-profitti li jinqalgħu mill-operazzjoni ta’ vapuri u ajruplani fi traffiku internazzjonali. Tlieta u erbgħin (43) minn dawn id-double taxation agreements daħlu fis-seħħ. Barra minn hekk, ġew konklużi f’livell tekniku numru ta’ double taxation agreements oħra li għad irid isiru l-arranġamenti neċessarji biex jiġu ffirmati. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

Solar Water Heaters — Rikuprar tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura msemmija fil-budget fuq solar water heaters tidħolx fis-seħħ fl-2004 jew fl-2005? Kif inhi l-proċedura biex il-flus (tal-VAT) jiġu rikuprati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

EU — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-ħlasijiet li daħlu mill-Unjoni Ewropea. u tal-ħlasijiet li għamel il-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea matul din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija, imqassmin item by item skond il-proġetti/voti konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

Ħruġ ta' Flus barra minn Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

Munita Barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

Konsulenzi mill-gvern

Question

Jogħġbu l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jindika l-ammont ta' flus li tħallsu f'konsulenzi mill-gvern bejn Settembru 1996 u Ottubru 1998? Jistax ukoll jelenka l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jgħid xi ħlasijiet ħadu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Safar/Mobile Phone

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana jekk l-ispiża msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8985 tkoprix dak li tħallas kif ukoll dak li jrid jitħallas? Jekk le, jista' jagħtini breakdown relattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8985 ikopri l-ispiża kollha, liema spiża ġiet imħallsa wkoll.

Quality service charter

Question

Jista' il-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm-il quality service charter ġew imnedija s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 6271. Sa issa ġew imnedija uffiċjalment 51 Quality Service Charter. Il-lista kompluta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Pagamenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent? Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ħlas ta’ pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta’ l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta’ l-estimi supplimentari ta’ kull Ministeru u Dipartiment f’nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta’ Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida. Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma’ kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta’ xogħol magħmul jew servizzi mogħtija. (Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM) (Seduta Numru: 203)

Malta Financial Services Authority — Insurance ta' Karozza

Question

Jista' il-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Malta Financial Services Authority tinvestiga l-claim - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li jittratta insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta" Lm860,25 meta sid il-karozza rranġat il-karozza għas-spejjeż tagħha u qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas? Lil min tħallset din is-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM) (Seduta Numru: 203)

Ħaddiema tal-Gvern — Seconded ma għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern li huma seconded ma' għaqdiet volontarji? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' min huma dawn l-għaqdiet u kemm għandhom ħaddiema sekondati magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Interessi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM) (Seduta Numru: 203)

Għaqdiet volontarji — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdownta' għaqdiet volontarji li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Gvern u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li rċevew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat. (Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM) (Seduta Numru: 203)

Trasferiment ta' ministri/ministeri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8867, jista' il-Prim Ministru jinformani kemm fil-fatt kienu l-ispejjeż tal-ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat u/jew inkriet? Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda u jekk iva, kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub dwar it-trasferiment tal-Ministeru tal-Finanzi mill-Auberge d’Aragon u House of Catalunya għal Cavalier House u Maison Demandols fil-Belt Valletta: Spejjeż ta ġarr - Lm1,758 Xiri ta’ għamara - Lm3,003 Alterazzjoni/Xogħolijiet oħra - Lm 242 Għar-rigward ta’ trasferiment ta’ Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.

Taxxi Interni — Kwestjoni ta' taxxa mal-Bank of Valletta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-kwestjoni ta' taxxa li kien hemm bejn il-Bank of Valletta p.l.c. u d-dipartiment tat-taxxa ġietx riżolta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qiegħed quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.

Ditti/kumpanniji reġistrati f'Għawdex — Ġbir ta' VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn persuni, ditti u kumpanniji reġistrati f'Għawdex mill-introduzzjoni tagħha u xi proporzjon hu l-ammont mill-ammont totali ta' VAT miġbur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Ċivili — Ħaddiema bil-light duty

Question

Jista' il-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk u kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu bil-light duty?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn total ta’ 28,585 ħaddiema full-time mal-Gvern in-numru ta’ ħaddiema li qegħdin fuq light duties hu ta’ 270.