Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7550 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Mard tal-kankru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mard tal-kankru fil-gżira t'Għawdex matul dawn l-aħħar sitt snin sena b'sena u raħal b'raħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' kanċer irreġistrati f'persuni residenti f'Għawdex raħal b'raħal bejn l-1993 u l-1998 fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer huwa skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7402 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Magna għal kanċer tas-sider

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ġara fuq it-tender li kienet ħarġet tal-Magna ta' l-Iscreening għal kanċer tas-sider? Għaliex din issa ilha 'l fuq minn 7 xhur biex tiġi mogħtija lill-aħjar offerent meta dan offra dak kollu rikjest?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment ma` għandu ebda tender pendenti dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #7296 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Kuntratti — Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għall-provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ġiet awtorizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern imressqa mill-Gvern Nazzjonalista f'Ġunju 1996 b'Avviż Legali 70/96? Jekk is-sejħa ġiet awtorizzata, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #7396 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Venereoloġista

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex fi żmien amministrazzjoni Laburista kien rifjutat li jiġi ngaġġat venereologist Malti fis-servizz tas-saħħa? Dan ġie ngaġġat issa? X'servizz qed jagħti preżentement?

Response (DEGUARA, LOUIS)

S`issa għadu ma ġiex ingaġġat venereoloġista Malti fis-Servizz tas-Saħħa. Wara analiżi serja tal-ħtiġijiet tad-diviżjoni u fil-linja tal-politika tal-Gvern li jsaħħaħ il-promozzjoni tas-saħħa, ser jiġi mpjegat venereoloġista Malti li minbarra d-doveri kliniċi tiegħu se jkun primarjament qed jaħdem fid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fejn ser jagħti s-sehem espert tiegħu fit-tagħlim dwar prevenzjoni ta` dan il-mard.
Leg 9 PQ #7398 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Menu ta' l-ikel

Question

Peress li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm ħafna tgergir fuq menu ta' ikel ripetut diversi drabi bla varjanza, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi hemm f'dan ir-rigward u x'passi qed jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-menu tal-kċina ġie rivedut u saru t-tibdiliet neċessarji. Fil-fatt hawn menu ġdid u l-istess ikel jiġi servut darba kull ħmistax.
Leg 9 PQ #6509 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 174 transfers fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 109 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru i jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6510 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 5 transfers fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi. Minnhom 1 intalab mill-impjegat stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #7393 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-affarijiet dwar il-bini ta' ċimiterju fil-limiti tar-Rabat, ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi? Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol? Il-kuntratt tat-tħaffir/bini ta' l-oqbra se ssir b'direct contract jew bit-tender? Kemm hu maħsub li se jkun hemm oqbra tal-komun u kemm li jinxtraw mill-privat? Jekk in-nies tar-Rabat, Mtarfa, Baħrija, Kunċizzjoni u Virtu' li japplikaw humiex se jingħataw preferenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jinvestiga l-possibilita ta' bini ta' ċimiterju fil-limiti tar-Rabat mal-Awtorita ta' l-Ippjanar. Għalhekk hu kmieni sabiex tingħata aktar informazzjoni fuq meta se jinbeda x-xogħol, kif se jintgħażel il-kuntrattur, kemm oqbra se jinbiegħu lill-privat u kemm se jiġu merfugħa għall-komun. Preferenza tingħata lill-applikanti kif qegħdin fuq il- `waiting-list' għax-xiri ta' qabar, immaterjali minn liema lokalita huma.
Leg 9 PQ #7394 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Taxxa fuq riċetti ta' mediċina

Question

In vista tat-tneħħija tat-taxxa ta' 50c fuq ir-riċetti tal-mediċina, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru riċetti xahar b'xahar mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' April, 1999 u kemm iffranka l-poplu f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' riċetti li ġew `dispensed' mill-Ispiżeriji Governattivi mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' April 1999 xahar b'xahar u kemm iffranka l-poplu bit-tneħħija tal-50ċ kien hekk: Xahar Numru ta'riċetti Flus iffrankati __________________________________________________ __ Ottubru '98 93,575 LM30,533.00 Novembru '98 85,666 LM27,375.00 Diċembru '98 85,326 LM26,862.50 Jannar '99 90,804 LM28,325.50 Frar '99 83,204 LM23,652.50 Marzu '99 108,576 LM27,100.50 April '99 96,358 LM24,321.50
Leg 9 PQ #7395 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Centru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jinforma lill-Kamra għaliex l-X-Ray Machine fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat ilha bil-ħsara għal ammont sostanzjali ta' żmien u dan b'riżultat illi min jeħtieġlu dan is-servizz ikollu jmur St Luke's Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata iżjed tard.
Leg 9 PQ #6508 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 98 transfers fl-Isptar San Luqa. Minnhom 63 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #7027 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tagħmel xogħol ta' Group D fl-Isptar San Luqa iżda qed tibqa' titħallas ta' Group A? Kemm se ddum f'din is-sitwazzjoni inġusta? X'rimedji jeżistu biex din il-persuna titranġalha s-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna indikata għandha grad ta' Group `A'. Rigward ix-xogħol tagħha din tagħmel xogħol ta' Group `A' u ġieli taħdem ukoll fejn ikun hemm impjegati ta' Group għola. Dan ma jfissirx li qegħda tiġi mqabbda tagħmel xogħol ta' Group `D'.
Leg 9 PQ #7364 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fl-Isptar Monte Carmeli u x'kienet il-kawża tagħhom matul din is-sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 1999 kien hemm 20 imwiet fl-Isptar Monte Carmeli li kienu mqassmin kif ġej:- XAHAR KAWŻA TAL-MEWT _________________________ Jannar Pulmonary oedema & diabetic mellitus " Broncho pneumonia " Vascular collapse & ischaemic heart disease Frar Massive myocardial infart & ischaemic heart disease " Hupertensive heart disease " Hypovolaemic shock, multiple injuries (fall from height) " Cardiac arrest and chest infection. Marzu Severe broncho pneumonia, chest infection " Chest infection & Ca. bladder, congestive cardiac failure. " Cardio respiratory failure, septicaemia. " Cardio respiratory failure, pneumonia. " Chest infection, congestive cardiac failure " Cardio respiratory failure, chest infection " Huntington's chorea. April Huntington's chorea, cardio respiratory failure. " Pneumonia. " Chest infection, pneumatocoele " Cardio respiratory failure. Mejju Heart failure, epilepsy " Cardio respiratory failure, chest infection " Cardiac failure, pulmonary oedima.
Leg 9 PQ #7389 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenta mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pazjenta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha appuntament għall-14 ta' Lulju f'Hammersmith Hospital, Londra, għadha ma ngħatatx konferma mill-gvern li se tintbagħat għal dan l-appuntament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għadni kif ġejt nfurmat li l-Professur li jara l-pazjenta msemmija għandu jiġi Malta f'Novembru u għaldaqstant peress li ma hemm l-ebda urġenza, l-pazjenta m'hijiex ser tintbagħat Londra f'Lulju. Id-Dipartiment diġa nforma lil-pazjenta bid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #7239 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Studji dwar grit blasting

Question

In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 1996 u 3533 u tweġibiet mogħtija rigward studji futuri mid-dipartiment tas-saħħa dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-saħħa tal-bnedmin, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-konsiderazzjonijiet ta' riżorsi umani u finanzjarji sarux u għalhekk hemmx il-probabbilta' li tali studju jkun għad-dispożizzjoni tal-poplu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa permezz tal-Clean Air Board qiegħed jippjana biex jikkollabora mal-programm ta' monitoring ta' l-arja li qiegħed jagħmel id-Dipartiment tal-Ambjent. Meta jkollna r-riżultati fuq dawk il-parametri fuq bażi regolari, dan id-Dipartiment ikun fil-pożizzjoni li jibda studju fit-tul fuq l-effett tal-grit blasting fuq is-saħħa. La darba dan l-istudju ikun jista juri xi riżultati xjentifiċi, dawn jiġu ppubbikati kif inhija n-norma.
Leg 9 PQ #7274 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' cleaners fid-Dipartiment tas-Saħħa, u x'persentaġġ jifforma mill-complemenent eżistenti li jinsabu fuq light duties? Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-grad ta' `cleaner' ma jeżistix, nitlob lill-Onor.Interpellant tispeċifika għall-liema grad qed tirreferi.
Leg 9 PQ #7275 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mpjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa fin-nursing grades, u x'persentaġġ jifforma mill-complement eżistenti li jinsabu fuq light duties? Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar nfermiera fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej: Numru ta' Numru fuq % mpjegati light duty _______________________________ Sptar San Luqa 704 3 0.4 Sptar Boffa 76 - - Sptar Monte Carmeli 204 - -
Leg 9 PQ #7319 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizzi tas-saħħa — Kliniċi/sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring isir fuq il-fees ta' servizzi tas-saħħa li jingħataw fi kliniċi u sptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-monitoring tal-fees ta' Servizzi tas-Saħħa fi kliniċi u sptarijiet privati mhuwiex fir-responsabbilta' tal-Ministeru Tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #7347 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — "Trusopt"

Question

Jikkonsidra l-Ministru li l-mediċina "Trusopt", minbarra li tibqa' tingħata mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa, tibda tingħata wkoll mill-poliklinika ta' Raħal Ġdid peress li pensjonant partikolari li jgħix waħdu fi stat ta' saħħa prekarja qed ikollu jmur bilfors Gwardamanga meta jista' jottjeniha mill-poliklinika tal-lokal tiegħu stess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina `Trusopt' tinxtara għall-pazjenti individwali u peress li jrid ikun hemm kontroll fuq dawn it-tip ta' mediċini, dawn jistgħu jingħataw biss mill-ispiżerija ta' L-Isptar San Luqa. Madankollu, m'hemmx għalfejn li jiġbor il-mediċina il-pazjent innifsu, imma, xi ħadd ieħor jista' jiġbor il-mediċina għalih dejjem jekk iġib miegħu id-dokumenti meħtieġa tal-pazjent.
Leg 9 PQ #6993 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru Detox — Pazjenti

Question

Minn Jannar sa April ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat il-faċilitajiet tad-Detox f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema nazzjonalita'? Kemm kienu nisa? Mit-total, kemm kienu taħt: a) il-15-il sena; b) minn 16-il sena iżda taħt it-18-il sena; c) minn 19-il sena sa 21 sena; u d) 'il fuq minn 21 sena? Kemm kull xahar marru għall-għajnuna l-ewwel darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.