Tista’ il-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli tingħata l-għajnuna soċjali lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta l-każ tiegħu ġie maqtugħ favur tiegħu mill-Arbitru sena ilu u sal-lum għadu mingħajr ebda għajnuna soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid x'wassal lid-dipartiment biex l-inkwilin tal-post f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi mitlub jikkonsenja ċ-ċwievet lura lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant intalbet tirritorna ċ-ċwievet tal-post indikat għax ma għandiex dritt toqgħod f'dan il-post li daħlet fih bla ebda dritt wara l-mewt ta' l-inkwilina preċedenti.
Tista' il-Ministru tgħid jekk l-appartamenti li għadhom kif inbnew fit-Triq San Filippu, l-Isla tqassmux? Jekk fl-affermattiv, x'sistema ntużat biex dawn tqassmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett ta' bini ndikat mill-Onor. Interpellant għadu ma tlestiex għal kollox u għalhekk dawn l-appartamenti għadhom ma ġewx mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġu allokati skond il-lista ta' dan id-Dipartiment.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'tama hemm li tiġi pprovduta akkomodazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ qed ikun ikkunsidrat mid-Dipartiment konċernat.
Ministeru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali — Child care workers
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm għandhom l-aġenziji, l-awtoritajiet, eċċ., li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, impjegati bħala child care workers? X'inhuma l-kwalifiki biex wieħed jidħol bħala child care worker? Mill-2004 kemm ġew impjegati child care workers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm 28 child care worker impjegati ma' l-Aġgenzija Appoġġ, li minnhom 2 ġew impjegati din is-sena.
Il-kwalifiċi meħtieġa huma li jridu jkunu jafu jesprimu ruhom tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż, sew fil-fomm kif ukoll bil-kitba. Tingħata wkoll konsiderazzjoni u piż għal esperjenza jew taħriġ rilevanti għax-xogħol tagħhom
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni ta' fond f'Bormla
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir spezzjoni mill-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond f'Bormla indikat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant saret fid-9 ta' Novembru 2000.
Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tagħha ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'wassal lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jgħarraf lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hi marida biex tagħti lura lid-dipartiment is-somma ta' Lm7,670.24?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Bdil ta' fondi
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-file H18535 u H 18536 biex ibiddlu l-fond ta' akkomodazzjoni tal-gvern quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ ġie finalizzat fil-21 ta' April 2004.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi home għal dawn il-persuni minn Jannar 2004 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-bidu ta' din is-sena sat-28 ta' April l-Aġenzija Sapport irċeviet 24 talba għal servizz residenzjali għal persuni b'diżabilita'.
Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali — Spejjeż fuq fuel
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tat-tiswijiet tal-postijiet tal-gvern biex jiġi mneħħi l-periklu strutturali tal-fond fil-Birgu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li ġie ċċertifikat minn perit tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f'dawn il-ġranet id-Dipartiment konċernat għandu jispezzjona l-ħsarat fil-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi stabbilit jekk is-saqaf in kwistjoni jridx jinbidel kollu jew partijiet minnu biss.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'qed tkun il-problema biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali minħabba diversi raġunijiet, fosthom mard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għat-tmexxija tiegħu u s-servizzi li joffri bla ħlas għax bid-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċja se jissogra ma jibqax jilħaq tant persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn is-servizzi tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Razzett tal-Ħbiberija kien wieħed mill-organiżżazzjonijiet volontarji li matul is-snin li għaddew irċieva għajnuna finanzjarja mill-fond allokat għal dan l-iskop taħt il-Vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Ninsab infurmata li l-bord imwaqqaf apposta qed jikkunsidra t-talba għall-għajnuna għal din is-sena minn din l-organiżżazzjoni flimkien ma’ talbiet minn organiżżazzjonijiet volontarji oħra.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex waqt li koppja anzjana jitqiesu bħala persuna waħda meta jiġu biex jingħataw iż-żieda fil-pensjoni iżda mbagħad jitqiesu bħala żewġ persuni meta jitnaqqsilhom il-ħlas għall-helper?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tnaqqis għas-servizz tal-Home Help hu regolat b’artikolu 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Skond dan l-artikolu, koppja miżżewġa jitnaqsilha Lm1.50 fil-ġimgħa għal dan is-servizz meta persuna waħda biss tkun qiegħda tirċievi pensjoni jew Għajnuna Soċjali. F’każ ta’ persuna waħedha dan it-tnaqqis ikun ta’ Lm1 fil-ġimgħa.
Tista' l-awtorita' tad-djar tikkonsidra bis-serjeta' meħtieġa t-talba għal akkomodazzjoni soċjali ta' xebba bi tliet itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tmien snin pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda talba mill-persuna ndikata.
Il-każ tal-persuna ndikata qed jiġi kkunsidrat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mhux mill-Awtorita’ tad-Djar kif semma l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi possibbiltajiet li jiġi stallat lift fi block A3, Ta' Xbiex housing estate minħabba li hemm persuni anzjani jgħammru fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma ġiet sottomessa ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Il-possibilita' li jiġi nstallat lift fil-blokk indikat tiġi kkunsidrata wara li ssir l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għall-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie finalizzat mid-Dipartiment konċernat u li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.