Attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar — Persuni nvoluti f'inċidenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm din is-sena mietu u/jew weġġgħu persuni f'attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija seba` każi ta` inċidenti konnessi ma` logħob tan-nar, f`liema inċidenti persuna tilfet ħajjitha u tmienja oħra sofrew feriti.
Jista' il-Ministru flimkien mal-Ministeru tal-Politika Soċjali jinvestiga il-każ ta' 37 refuġjat li għandhom temporary humanitarian protection 387/02 li allegatament joqogħdu f'ħamest ikmamar fl-indirizz li qed nibgħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Skond ir-records ta` l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, il-każ numru 387/02 jirrigwarda familja ta` sitt persuni (missier, omm, tifla u tliet subien).
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ma jkunx involut fil-ħidma dwar fejn imorru jgħixu l-persuni rikonoxxuti bħala refuġjati jew persuni li jingħataw protezzjoni umanitarja temporanja.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni aktar speċifika dwar dan il-każ nitolbu jgħaddihieli anki b`mod kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid f’għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm- il persuna (u mhux kemm-il nominazzjoni intefgħet) ikkontestat l-elezzjonijiet lokali? Jista’ wkoll jingħata rendikont ta’ kemm minn dawn kienu nisa u rġiel u kemm kien hemm żgħażagħ u anzjani? Kemm-il persuna kkontestat aktar minn darba? Jista’ l-Ministru jagħti r-rendikont lokal b’lokal?
Response (BORG, TONIO)
Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm- il persuna serviet bħala kunsillier fil-kunsill lokali? Kemm minn dawn kienu nisa u rġiel u kemm kienu żgħażagħ u anzjani? Kemm-il persuna serviet aktar minn darba bħala kunsillier? Kemm minn dawk li ġew eletti għall-ewwel terminu ta’ kunsill għadhom iservu sal-lum? Jista’ l-Ministru jagħti r-rendikont lokal b’lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm-il persuna kkontestat aktar minn lokalita’ waħda, anke jekk fi snin differenti? Jista’ l-Ministru jżid ukoll kemm-il persuna fil-fatt irnexxielha tiġi eletta f'aktar minn kunsill wieħed? Jista’ l-ministru jgħid minn kienu dawn il-persuni u mill-liema lokalitajiet kienu gejjin?
Response (BORG, TONIO)
Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kunsilli Lokali — Kunsilliera li ġew maħtura Sindki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm kunsilliera ġew maħtura sindki? Matul dan iż-żmien kemm kien hemm sindki nisa u rġiel u kemm kienu żgħażagħ u anzjani? Kemm hemm sindki li ilhom iservu sa mill-ewwel terminu? Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni lokalita’ b'lokalita’?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' video conferencing
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sistema tal-video conferencing għadha ma ġietx introdotta fil-qorti ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li r-reviżjoni ta' l-atti notarili u r-reġistru tiegħu tneħħew mill-qorti ta' Għawdex u llum biex tikkoreġi żball f'att trid tinstitwixxi r-rikors f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru li sal-lum għadu ma kienx hemm każ fejn kien hemm l-bżonn tal-Video Conferencing ġewwa l-Qrati ta` Għawdex. Barra minn dan irid jingħad ukoll li l-użu f`Malta ma huwiex qawwi.
Rigward il-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Notarili ninforma li ma huwiex minnu li dawn tneħħew mill-Qorti ta` Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ġie deċiż illi jiġi nominat bħala imħallef prima stanza u dak sekonda stanza fil-qorti ta' l-EU? Jista' jgħid ukoll min ġie nominat bħala AG fl-EU?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru li għad ma hemm ebda deċiżjoni fuq dawn in-nomini.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm Social Worker li jkun fil-Faċilita` bejn it-8.00 ta` filghodu u l-4.00 ta` filgħaxija, kif ukoll social worker ieħor li jkun fil-Faċilita` għal 20 siegħa fil-ġimgħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn yachts illi kienu sorġuti f'mollijiet tal-Maritime Authority din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Ottubru ta` din is-sena il-Pulizija kellha 26 rapport ta` serq minn opri tal-baħar li kienu sorġuti mal-mollijiet ta` l-Imsida, Gżira, Birgu u Mġarr (Għawdex).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn sejħiet għall-vetturi tat-tifi tan-nar din is-sena li kienu hoaxes?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2003, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 244 sejħa għal vetturi tat-tifi tan-nar li rriżultaw li kienu hoaxes.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti lill-ministeru tiegħu minn kunsilli lokali dwar id-diversi ħsarat li saru fil-lokalita' tagħhom? Kien hemm xi talbiet għal għajnuna biex jissewwew il-ħsarat? Xi ħsarat kienu? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli li għamlu dawn ir-rapporti u jagħti dettalji dwar kull talba? Xi tweġiba kien hemm tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal ħsarat li ġraw fil-maltempata tal-15 ta` Settembru 2003 u għalhekk nirreferih għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari nru. 1707.
Wara li ngħatat dik it-tweġiba, l-uffiċċju tal-Prim Ministru talab lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali informazzjoni mill-Kunsilli Lokali dwar ħsarat rapportati lill-Kunsilli. Il-lista tal-ħsarat fil-lokalitajiet li l-Kunsill Lokali bagħat informazzjoni dwarhom hi dik li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom separatament huwiex milqut bil-liġi possession and use ? Jekk fl-affermattiv jistax jinxtara? X'inhi il-proċeduta biex jinxtara dan l-istess fond?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 2020 u Nru. 2031.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm hi l-ispiża totali u komplessiva, f'dawn l-aħħar 12-il xahar, li l-Gvern jrid jaffronta, fuq l-imigranti illegali f'Malta, waqt li dawn joqgħodu hawn sakemm jintbagħtu lura?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti, ninsab infurmat illi ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għall-immigranti llegali.