Legislature:
Category:
Reset
Active:

Student — Għajnuna Supplimentari

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jingħata l-għajnuna supplimentari, flimkien ma' l-istipendi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jirrikonoxxxi l-fatt li minħabba ċ-ċirkostanzi familjari huwa essenzjali li dan il-pagament isir malajr kemm jista' ikun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas dovut qed jiġi proċessat b'mod normali u ser isir fl-aħħar ta' dan ix-xahar.

Edukazzjoni — Uffiċjali Edukattivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-uffiċjali edukattivi,kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-uffiċċjali huma l-istess bħal uffiċċjali fis-servizz ġenerali Pubbliku.

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni tal-programm tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Jista’ jgħid min kienu l-persuni li għamlu din l-evalwazzjoni u kemm tħallsu? Jista’ ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti? Jista’ jgħid kemm ħadet fondi mill-Unjoni Ewropea f’dawn is-sentejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-part I ma' l-ETC li huma mir-Raba' Distrett, mid-Disa' Distrett u mill-Għaxar Distrett elettorali sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-part 1 ma' l-ETC f’Settembru 2004, skond id-distretti elettorali kif indikat fil- mistoqsija kienu kif ġejjin : Mir-Raba’ Distrett 653 persuna, mid-Disa’ Distrett 512 persuna u mill-Għaxar Distrett 305 persuna. Informat ukoll li l-figuri għax-xahar ta’ Ottubru 2004 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

ETC — Żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2004? Kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-25 sena, maqsuma f'nisa u rġiel? Jista' jagħti l-istess figuri għas-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru skond kif mitlub fil-mistoqsija huma kif ġejjin : 2004 Total Żgħażagħ Irġiel Żgħażagħ Nisa Settembu 8,140 1,572 822 Ottubru 8,172 1,592 853 2003 Total Żgħażagħ Irġiel Żgħażagħ Nisa Settembu 7,942 1,645 907 Ottubru 8,249 1,760 933 Novembru 8,277 1,750 924 Informat li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta' Ottubru 2004.

ETC — Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, xahar b'xahar, minn Jannar sa Novembru 2004? Kemm kienu nisa u kemm rġiel? Kemm kull xahar kellhom anqas minn 25 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba fuq l-ewwel parti tar-reġistru bejn Jannar u Ottubru 2004 kien kif ġejjin : Total Taħt il-25 sena Jannar 413 207 Frar 310 177 Marzu 276 135 April 244 111 Mejju 228 110 Ġunju 187 83 Lulju 510 361 Awissu 324 215 Settembru 365 270 Ottubru 363 266 Mit-total 1,481 kienu nisa filwaqt li 1,739 kienu rġiel. Informat li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta' Ottubru.

Skola Privata — Nuqqas ta' Għalliema

Question

Peress li kelli xi lmenti minn ġenituri ta' studenti li jattendu form 3 tal-Kulleġġ li ismu qiegħed jintbagħat separatament li qed jitlfu ħafna lezzjonijiet tal-matematika għaliex l-għalliema ma tiflaħx, u dan għal aktar minn xahar, jista' il-Ministru jitlob lill-awtoritajiet konċernati li jittieħdu miżuri malajr għal ġid tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni biex tivverifika s-sitwazzjoni.

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jispiċċaw tfal mill-iskejjel sekondarji għaliex ikunu spiċċaw il-form 5 f'din is-sena skolastika? Jista' jgħid kemm se jispiċċaw minn skejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti, separatament? Kemm huma subien u kemm huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskejjel ta' l-Istat in-numru ta' studenti li ser jispiċċaw huwa ta' 3772 bniet u ta' 1777 subien b'total ta' 5549. Fl-Iskejjel tal-Knisja hemm 1481 u dawk Indipendenti 439.

OHSA — Inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol rapportati lill-occupational health and safety authority bejn is-snin 2000 u 2004 sad-data li tigi mwieġba din l-interpellanza? Kemm minnhom spiċċaw f'imwiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat kif ġej :- L-Awtorita' twaqqfet f'Jannar 2002, għaldaqstant il-figuri li ser jingħataw huma mis-sena msemmija sal-lum. Total inċidenti rapportati -3038 Total Imwiet -30 Dawn il-figuri jirreferu biss għall-każijiet ta' korrimenti jew fatalitajiet rraportati lill-Awtorita'. Figuri aktar komprensivi huma dawk miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jinkludu talbiet għal xi benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.

EUPU — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-EUPU u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid jekk humiex full-time jew part-time? Jista' jgħid matul din is-sena kemm ġew impjegati, kemm bħala full-time u/jew part-time u xi kriterji ntużaw sabiex dawn ġew magħżula? Jista' fit-tweġiba tiegħu jagħti l-ismijiet f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żejtun — Liċo Carlo Diacono

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ser isir wara l-petizzjoni li saret minn 699 ġenitur li talbu li l-Liċeo Carlo Diacono fiż-Żejtun tiftah fis-7.30 a.m., jiġifieri nofs siegħa qabel il-bidu ta' l-iskola u mhux ħames minuti kif qed isir issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun tiftaħ il-bibien tagħha fit-tmienja nieqes ħamsa ta' filgħodu (7.55am) jiġifieri nofs siegħa qabel ma tibda l-ġurnata skolastika fit-tmienja u nofs nieqes ħamsa (8.25am).

FTS — Acting Chief Administrative Officer

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9455, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija ta' kemm tħallas u qed jitħallas il-persuna msemmija u li fil-preżenmt qed jokkupa l-kariga ta' acting chief administrative officer? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li tinħareġ sejħa oħra fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

B'referenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-tweġiba għal PQ numru 35985 ta' l-14 ta' Ottubru, 2002. Dwar it-tieni parti il-Bord ta' l-FTS qed jikkonsidra.

Imrieħel — Junior Lyceum

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9457, jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel u f'liema suġġetti jeżistu sitwazzjonijiet simili? Jista' jgħid x'inhuma l-pariri minn uffiċjali edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn ġdid x'inżid mat-tweġiba oriġinali.