Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?
Response (VELLA, KARMENU)
Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari li tajt diġà, qed inpoġġi l-bqija tal-informazzjoni mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat organizzattiv għall-attività msejħa Notte Bianca? Meta hemm il-ħsieb li din tinżamm din is-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qatt ma kien hemm kumitat organizzattiv għall-organizzazzjoni tan-Notte Bianca.
L-avveniment huwa organizzat minn nies professjonali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Din is-sena, in-Notte Bianca se ssir nhar il-5 ta’ Ottubru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-reazzjonijiet tal-pubbliku għal dak li jikkonċerna l-iskema ta' parkeġġ għar-residenti f'Tas-Sliema? X'wassal għas-sospensjoni tal-istess skema, u min iddeċieda li l-iskema tiġi mwaqqfa?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li r-reazjoni tal-pubbliku hija waħda negattiva għajr għar-residenti tal-lokal. Għaldaqstant fid-dawl ta’ kif iddaħlet l-iskema, is-sigurta’ tat-tfal tal-iskola u l-ammont kbir ta’ parkeġġi meħuda, bi kważi nofs, din l-iskema ġiet sospiża fuq deċiżjoni tal-kabinett.
Issa li l-kunsilli lokali rċevew l-allokazzjoni tagħhom għas-sena 2013, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun it-tnaqqis jew żieda fl-allokazzjoni ta' kull wieħed mit-68 kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 684, billi fil-laqgħa ġenerali tal-lokalità konna infurmati li tneħħew għexieren ta' karozzi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk it-tmien karozzi li ssemmew fil-paper laid li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra hix waħda komprensiva inkella le? Jekk le, għaliex? Minbarra hekk, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ta' min huma l-garaxxijiet li ssemmew fir-risposta bħala li qed jintużaw biex fihom jitqiegħdu l-vetturi li kienu indikati fir-risposta?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-informazzjoni mogħtija oriġinalment għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 684 tindika realment il-vetturi li tneħħew mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Skont il-Kunsill Lokali qatt ma saret referenza għal għexieren ta’ vetturi.
Intant infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill mhux involut dwar il-garaxxijiet fejn jinżammu l-vetturi peress li dan hu kompitu tal-kuntrattur li jiġbor il-vetturi abbandunati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li In-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta’ fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet ta’ €8797.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu d-destinazzjonijiet li minnhom se jkunu qed jiġu ajruplani, kemm bi skeda kif ukoll chartered bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Ottubru 2013? F'kull każ meta bdew joperaw/se jibdew joperaw fuq dawn ir-rotot il-linji tal-ajru rispettivi? Meta saru u ntemmu d-diskussjonijiet dwar id-destinazzjonijiet li minnhom se jibdew joperaw rotot ġodda matul dan il-perijodu?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, sadanittant nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rotott il-ġodda li se jibdew dan is-sajf ġew diskussi fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jittieħdu xi passi partikulari li permezz tagħhom se jiġu reklamati siti storiċi ta' ċertu importanza, bħal Ta' Ħaġrat u r-Roman Baths fl-inħawi tal-Imġarr Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li t-tempji preistorici Ta’ Ħaġrat u Skorba fl-Imġarr huma inklużi f’kull riklamar li tagħmel Heritage Malta għas-siti u l-mużewijiet tagħha.
Ix-xoghlijiet fis-sit tal-Banjijiet Rumani, li huma iffinanzjati mill-fondi Ewropej tal-EAFRD, għadhom għaddejjin, u għalhekk huwa prematur sabiex wiehed jaghmel kampanja ta’ riklamar
Tajje b li wieħed jinnota li dawn iz-zewg siti jigu inkluzi fil-programm ta’ open days li torganizza Heritage Malta u f’okkazjonijiet oħrajn.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skemi partikulari li permezz tagħhom se jiġu inċentivati persuni li għandhom inizjattivi ta' agrituriżmu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi skemi partikulari li minnhom jista' jgawdi min għandu inizjattivi bħal dawn?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx skemi speċifiċi.
Ninforma ukoll li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titniedi għall-konsultazzjoni pubblika politika dwar turiżmu rurali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Triq l-Għajn il-Kbira li tagħti għall-Buskett tingħata wiċċ bit-tarmak peress li hemm joqogħdu ammont ta’ familji li ta’ kuljum jgħaddu minn din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (VELLA, KARMENU)
Skont Skeda 4 tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali l-Buskett huwa eskluż mir-responsabiltà tal-Kunsilli Lokali. Madankollu ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li huwa jieħu ħsieb it-triq li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant bona volontà tiegħu.
F’dan id-dawl, u fid-dawl tal-finanzi tal-Kunsill, infurmat li t-triq imsemmija mhux fil-pjan imminenti tal-Kunsill.
B`referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 682 , fejn il-Ministru stqarr li saru laqgħat b'mod informali tal-grupp hekk imsejjaħ JKIPK , jista' l-Ministru jgħid min huma s`issa l-membri li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat informali u jekk hux se jkun hemm ħlas għal dawn il-membri li se jiffurmaw jew qed jiffurmaw dan il-grupp?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għadu qiegħed ilaqqa’ dan il-grupp b’mod informali u għaldaqstant għalissa m’hemmx ħsieb ta’ ħlasijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali f`Malta u Għawdex taħt l-iskemi tal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL) u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sad-9 ta` Marzu 2013? Jekk żdiedu wara din id-data, b`kemm żdiedu?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1195, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat konsultattiv?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-Membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-politika għall-avjazjoni huwa kompost minn Alfred Quintano, Eric Fenech Pace, Joe Capello u Johan Debattista. Fost bosta nies mill-industrija li jkunu mistiedna minn żmien għall-ieħor, Carmel Vassallo huwa mistieden regolari.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu ir-rwol tal-Project Co-ordinator ta' Valletta 18? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Project Co-ordinator?
Response (VELLA, KARMENU)
L-irwol tal-Koordinatur tal-Proġett tal-Fondazzjoni Valletta 2018 hu ta’ kordinazzjoni ġenerali tal-ħidma tal-Fondazzjoni.
Sa Ottubru 2012, il-ħidma prinċipali tal-koordinatur tal-proġett iffukat fuq il-kisba tat-titlu ta’Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Minn Outturu 2012 l’hawn, il-ħidma qalbet fuq il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ koordinazzjoni tar-riżorsi umani, finanzjarji u loġistiċi fl-oqsma tal-amministrazzjoni, iffinanzjar, ippjanar, implimentazzjoni tal-proġetti pilota tal-programm kulturali, kommunikazzjoni interna u esterna, evalwazzjoni u monitoroġġ mill-Kummisjoni Ewropea, is-sostenibilita’ u l-wirt tal-proġett.
Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li daħlu b'risposta għar-raba’ sejħa għall-proġetti li jixtiequ jibbenefikaw minn fondi taħt il-Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects u dan peress li din l-evalwazzjoni kellha tkun lesta sal-aħħar ta' Ġunju? Dan id-deadline se jinżam? X'inhuma l-implikazzjonijiet jekk dan id-deadline ma jinżammx?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-process ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet mistenni jibda f'nofs Mejju u l-proċess mistenni jiehħu l-istess ammont ta' żmien kif maħsub.
Il-proġetti għalhekk ikunu jistgħu jibdew ladarba l-evalwazzjoni tkun lesta u iridu jitlestew sa l-aħħar ta' Settembru 2014, kif mħabbar meta nħarġet is-sejħa għall-proġetti.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Birżebbuġa — Kappella tad-Duluri - xogħol ta' restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr tal-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa u fiex jikkonsisti x-xogħol li se jiġi eżegwit?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' restawr fuq il-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa hu ppjanat li jibda f'Ġunju 2013.
Ser isir restawr fuq il-ġebla tal-faċċata tal-kappella li jinkludi tindif tal-ġebla, bdil tal-ġebel l-aktar deterjorat, mili mill-ġdid tal-fili, kif ukoll iffurmar ta' partijiet neqsin b'teknika ta' 'plastic repair'.
Ser isir ukoll restawr tal-aperturi tal-injam, tal-kanċell u l-ħadid tal-portiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm żgħażagħ li pparteċipaw fil-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ minn mindu bdew jipparteċipaw f'tali kunsilli? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li pparteċipaw kull sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat (Ministru tal-Edukazzjoni).