Jista’ l-Ministru jgħid għaliex impjegati ta’ Transport Malta tneħħew u ġew transferiti minn fuq ix-xogħol ta’ printing u stationery flimkien ma’ dak tat-travelling sabiex imbagħad inħoloq dipartiment ieħor? Jista’ jgħid x’jismu dan id-dipartiment u x’tip ta’ xogħol iforni? Jista’ jgħid xi grad għandu min qed imexxi dan ix-xogħol u lil min jirrapporta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma nħoloq l-ebda dipartiment ġdid kif qed jallega l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – Customer care – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma jaslux biss ilmenti, imma ukoll suġġerimenti fuq materji varji relatati mad-dekasteru tiegħi. L-aktar ilmenti u suġġerimenti li jaslu huma dawk relatati mat-trasport pubbliku. Sitwazzjoni li writna mill-Gvern preċedenti u għadna inbagħtu il-konsegwenzi tagħha sal-lum. U dan meta il-Ministru ta’ dak iż-żmien kien wiegħed “li żmien il-bużżullotti spiċċa”. Il-Gvern preżenti għamel u qed jagħmel dak kollu possibli biex tittranġa din is-sitwazzjoni li laqgħtet lill- poplu kollu inġenerali.
Mal-bidu ta’ din il-leġislatura, daħlu ħafna ilmenti mir-residenti tal-Kottonera minħabba il-problemi kbar li ġab id-dewmien tal-proġett tal-Baċir Numru 1. L-inkonvenjent kien wieħed kbir u il-periklu għar-residenti kien akbar. Saħansitra persuna tilfet ħajjitha meta kienet għaddejja fl-inħawi u waqgħet. Kellu jkun il-Gvern preżenti li ħa dan il-proġett bis-serjeta’ u fi ftit xhur wettaq dak li Gvern preċedenti ma kienx kapaċi jwettaq f’ 25 sena.
Ilmenti oħra waslu minn residenti min-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, u dan minħabba it-traffiku eċċessiv li ta’ kuljum ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu. Gvern preċedenti sa mill-1995 wiegħed il-proġett tal-
Kappara Junction
, liema proġett baqa’ fuq l-ixkaffa. Gvern preżenti , kif wiegħed, ser iwettaq dan il-proġett.
Problemi ta’ staġnar ta’ traffiku ta’ kuljum jaslu minn residenti tan-naħa t’ isfel ta’ Malta. Strateġija wara l-oħra minn Gvernijiet preċedenti ma wasslu għal imkien. Sa mill-bidu tat-tmexxija, Gvern preżenti ħadem fuq din il-problema li tolqot ħafna sewwieqa ta’ kuljum. Ħadna diversi miżuri
short-term
u
medium- term
, iżda imbarkajna ukoll fuq proġetti li huma
long-term
. Bil-proposta tal-
Addolorata Junction
, din il-problema għandha tiġi indirizzata. Dan il-proġett ser jinkorpora fih ukoll
bicycle
u
pedestrian lanes.
Proġett li ser jgħaqqad in-naħa t’ isfel ta’ Malta maċ-ċentru u man-naħa ta’ fuq. Madankollu ser nieħdu ħsieb li l-poplu jkollu trasport pubbliku effiċċjenti u affordabbli u dan iwassal għal wieħed mill-punti li jnaqqsu l-użu tal-karozzi privati mit-toroq tagħna u b’hekk jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja fost vantaġġi oħra.
Waslu ukoll diversi suġġerimenti u talbiet biex tiżdied is-sigurta’ fit-toroq tagħna, kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pubbliku. Għal dan il-għan ħadna ħsieb li jibda xogħol intesiv fil-
Coast Road
, liema xogħol għaddej b’ rittmu tajjeb ħafna. Ser inkunu qed inwettqu wegħda elettorali oħra billi jinbena il-
foot-bridge
ġewwa l-Imrieħel. Bil-kontra ta’ Gvern preċedenti, il-Gvern preżenti ser jagħti prijorita’ assoluta lis-sigurta’ tar-residenti li jgħixu fiż-żona in kwistjoni u għalhekk se jżomm mal-impenn tiegħu li joffri soluzzjoni għall-problema li sfortunatament kienet injorata għal snin sħaħ, minkejja li seħħew inċidenti fatali.
Ilmenti spissi waslu ukoll mir-residenti ta’ Ħal-Lija minħabba l-iżbroff tad-drenaġġ ma’ kull ħalba xita li tagħmel. Problema oħra li Gvern preċedenti kien jaf fuqha, iżda baqa’ ma għamel xejn dwarha.Waqt li kien għaddej il-proġett Nazzjonali ta’ kontra l-Għargħar, u wasal Ħal-Lija, l-ilma tad-drenaġġ beda dieħel fil-mini li qed jiġbru l-ilmijiet tax-xita permezz tal-proġett. Il-problema tad-drenaġġ f’din il-lokalita’ qatt ma ġiet indirizzata qabel minn Gvern preċedenti u konna nkunu irresponsabbli kieku il-Gvern preżenti ma ħax miżuri immedjati biex isolvi din il-problema. Barra minn hekk, il-proġett tal-għargħar ma setax jiffunzjona qabel tiġi indirizzata din il-problema. Ħadna ħsieb biex dan il-proġett jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli. Saħansitra ix-xogħol baqa’ għaddej lejl u nhar. Ħadna ħsieb ukoll biex l-inkonvenjent waqt li jsiru ix-xogħlijiet jkun wieħed minimu, bl-għan aħħari jkun li minn dan il-proġett igawdi minnu kulħadd. L-ewwel fażi tax-xogħlijiet tlestew. Fil-fatt din it-triq ingħatat l-asfalt tal-wiċċ b’mod temporanju biex it-triq setgħet infetħet mill-ġdid għat-traffiku ħalli ma jiġix afettwat il-kummerċ ta’ żmien il-Milied.
Onorevoli Interpellant,dan kollu jikkonferma li dan il-Gvern huwa lest li jisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti kollha taċ-ċittadin u jagħmel dak kollu possibli biex jagħti ir-riżultati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-reserved parking fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid u Ħal Tarxien mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn saru dawn r-reserved parkings? X'inhi r-raġuni li jiġġustifika l-approvazjoni għal kull reserved parking? Fejn jinsab kull reserved parking? Jista' jipprovdi site plan fejn jindika fejn sar kull reserved parking? Min approva dawn r-reserved parkings?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li mit-13 ta’ Marzu 2013 sal-lum ġew approvati tmien kaxxi għal persuni b’diżabiltà ġo Ħal-Tarxien u ħdax-il kaxxa ġo Raħal Ġdid. Kull kaxxa riservata għal persuni b’diżabilità tinħareg minħabba li l-persuna b’diżabilità jkollha problema severa ta’ nuqqas ta’ mobiltà. L-Awtorità tat-Trasport ma żżommx pjanti ta’ kull kaxxa riservata li tiġi approvata. Dawn il-kaxxi għal persuni b’diżabilità ġew approvati mill-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parking bays li saru riċentament fi Triq San Bartolomew bejn Triq Alessandru u Triq San David għandhomx il-permessi neċessarji ta' Transport Malta peress li dawn qed joħolqu periklu għal residenti li joqogħdu fl-istess parti tat-triq, speċjalment għal fatt li faċċata ta' fejn saru dawn il-parking bays mhemmx bankina?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema lokalità qed jirreferi.
Transport Malta – Ħ'Attard — Triq in-Nutar Zarb - żebgħa taż-zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li tiffriska ż-żebgħa taż-zebra crossing fi Triq in-Nutar Zarb f'Ħ'Attard minħabba li din iċċarat ħafna u qed toħloq diffikultà għal min jużaha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Line Markings f’din l-area inkluż refreshing ta’ Pelican Crossings se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — taxxi, tariffi jew miżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 huma hekk kif ġej:
Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili
Fl-2008, iddaħħal l-English Language Proficiency Assessment. Il-miżata kienet ta’ € 46.59 u għoliet għal € 60 mill-1 ta’ Jannar 2012
Mill-2011, il-miżati li jidhru hawn taħt ġew riveduti kif indikat:
Approval of a course for the Commercial Pilot Licence
- minn € 1164.69 għal € 1500
Approval of instrument rating course - minn € 1164.69 għal € 2500
Approval of a Multiengine piston class rating course - minn € 582.34 għal € 1500
Approval of a course of theoretical knowledge for the Airline Transport Pilot licence - minn € 2239.37 għal € 2500
Approval for a course for an instructor rating - minn € 582.34 għal € 1500
Mill-2011, iddaħħlu il- miżati li jidhru hawn taħt:
‘Approval for a PPL course’ - EUR 1000
‘Approval of a night rating course’ - EUR 500
‘Financial evaluation of a pilot training organization’ - EUR 500
Il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mill-2011 jikkonċernaw Flight Training Organisations. Mill-2011, il-Flight Training Organisations iħallsu lid-Direttorat miżata annwali ekwivalenti għal 50% tal-approvazzjoni tal-kors għall-korsijiet ipprovduti minnhom.
Direttorat tal-Portijiet u Yachting
- Marzu 2007: Ports (Passenger Service Charge) Regulations minn Lm2 (€ 4.66) għal Lm2.10 (€ 4.89) (Doc A)
- Novembru 2008: tneħħiet il-Port (Passenger Service Charge) ta’ €23.29 (Doc B)
- Marzu 2009: ġew introdotti tariffi fuq water taxis(Doc C)
- Marzu 2009: ġew emendati tariffi li jiġu mħallsa lill-foremen tal-port (Doc D)
- Novembru 2009: ġew emendati tariffi fir-Regolamenti tal-Bastimenti Żgħar (Doc E)
- April 2010: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw ir-regolamenti għall-Bastimenti Kummerċjali (Doc F)
- Mejju 2010: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-Port Dues Regluations, Berthage Dues Regulations u Port Rates Regulations (Doc G)
- Jannar 2011: ġew emendati tariffi fil-Port Dues Regulations u Towage Regulations (Doc H)
- Mejju 2011: ġew emendati tariffi fil-Berthage and Anchorage Regulations (Doc I)
- Jannar 2012: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-pilutaġġ fil-portijiet (Doc J)
- Awissu 2012: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-ħaddiema tax-xatt (Doc K)
Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
It-taxxi, tariffi u miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 u li jinġabru mid-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art fi ħdan Transport Malta huma kollha miġburin f’dawn il-liġijiet jew regolamenti:
- ATT 368: L-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 3)
- Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18, Regolanenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan)
- Leġislazzjoni Sussidjarja 368.02, Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur
- Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56, Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri
- Leġislazzjoni Sussidjarja 499.58, Regolamenti tal-2010 dwar Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi
- Legislazzjoni Sussidjarja 499.56: Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi
- Legislazzjoni Sussidjarja 65.15: Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq
- Legislazzjoni Sussidjarja 65.31: Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’ċertu Żoni
Direttorat għall-Bastimenti Merkantili
It-taxxi, t-tariffi u l-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 u li jinġabru mid-Direttorat għall-Bastimenti Merkantili huma kollha miġburin f’Att 234 - l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Doc L).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumenti kollha relatati (DOC A sa DOC L).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fir-raba', kif rikjest fil-mistoqsija parlamentari 12561, huma mistenni jsir xogħol fuqhom matul l-2015? Fejn jinsabu dawn it-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea taħt EAFRD, speċifikatament għall-Proġett M125. Dawn il-fondi se jassiguraw aċċess aħjar speċjalment għall-bdiewa li jużaw dawn it-toroq. It-toroq intgħażlu b’koordinazzjoni bejn diversi entitajiet u kien hemm spezzjoni fuq 173 triq li minnhom 149 tressqu għall-approvazzjoni tal-Funds and Programmes Division. Irid isir b’ekwivalenti ta’ € 6.6 miljuni ta’ fondi eliġibli fuq numru minn dawn it-toroq li ġew prijorizzati skont il-bżonn. L-ewwel tenders għal toroq li jaqgħu taħt dan il-fond inħargu fid-9 ta’ Diċembru 2014.
Servizz tat-trasport pubbliku – vetturi mingħajr air condition
Question
Jista l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qiegħed iħaddem fuq ir-rottot tat-trasport pubbliku vetturi tal-kumpanija tal-Gvern il-Malta Public Transport Services li m' ghandhomx air-condidtioning filwaqt li vetturi oħrajn min kumpaniji privati lanqas biss jiġu reġistrati jekk ma jkollhomx air conditioning?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda biex ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligu illi vetturi klassifikati bħala Motor Route Buses ikunu mgħammra b’sistema ta’ arja kundizzjonata joħrog mill-kuntratt bejn il-Gvern u l-Operatur tat-Trasport Pubbliku, u mhux mir-regolamenti illi jiregola kull tip ta’ vettura tal-ġarr tal-passiġġieri oħra, inkluż il-Coaches. F’Novembru ta’ din is-sena, Transport Malta, fuq talba tal-Malta Public Transport Services, ħarġet permess temporanju sabiex l-operatur ikun jista’ jopera għaxar vetturi li m’humiex mgħammra bis-sistema ta’ arja kundizzjonata fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. Din l-eżenzjoni temporanja mill-kuntratt intalbet sabiex l-operatur ikun jista’ jagħmel użu aħjar mir-riżorsi tiegħu. Fid-deċizjoni tagħha, Transport Malta ħadet inkonsiderazzjoni li din l-eżenzjoni intalbet għax-xhur tax-xitwa.
Tajjeb wieħed jinnota li din m’hijiex l-ewwel darba li l-operatur tat-trasport pubbliku talab għal tali eżenzjoni. Fil-fatt Transport Malta approvat talbiet simili fl-2012, fl-2013 u fit-2014.
Raħal Ġdid — Żona ta' Għajn Dwieli - ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku relatati ma' parkeġġ ħażin, karozzi jgħaddu wrong side u karozzi pparkjati fuq linji sofor fiż-żona ta' Għajn Dwieli f'Raħal Ġdid b'mod partikolari fiż-żona tat-toroq Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema, Triq Fr Charles Plater u Triq Wied Blandun fil-perjodu bejn Jannar 2014 u Novembru 2014? Peress li dawn l-abbużi qiegħed ikunu ta' periklu u nkonvenjent għar-residenti jista' jgħid ukoll x'sorveljanza qiegħed issir mill-pulizija tal-għassa u minn dawk tas-sezzjoni tat-traffiku biex jiġu kkontrollati dawn l-abbużi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Transport Malta – konsultazzjoni mar-residenti tas-Salina
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12324, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-laqgħat ta’ konsultazzjoni li hemm referenza għalihom fir-risposta? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-mod li bih twassal l-avviż għand il-persuni li joqogħdu fl-inħawi tas-Salina? Kemm attendew nies għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni li hemm referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa ta’ konsultazzjoni biex kien ġie ppreżentat l-Environment Impact Assessment (EIA) saret skont ir-regolamenti tal-MEPA u Legal Notice 114/07 li fost l-oħrajn jistipulaw meta għandha issir il-laqgħa u l-mod ta’ kif jitwassal l-avviz. Minbarra dan, il-perjodi meta l-pubbliku setgħa jagħmel kummenti dwar l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp saru kollha skont l-istess regolamenti tal-MEPA. Għalkemm Transport Malta m’ għandiex records preċiżi ta’ kemm attendew nies għall-laqgħa biex jiġi ppreżentat l- Environment Impact Assessment (EIA), liema laqgħa kienet organizzata mill-MEPA, jidher li kien hemm attendenza ta’ madwar 30 ruħ. Transport Malta ma jkolliex records ta’ min attenda għall-public hearing meta dehru l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġett in kwistjoni quddiem il-MEPA. In oltre, skont specifications tal-MEPA, Transport Malta kienet ikkummissjonat Social Impact Assessment u l-istess Transport Malta tinsab infurmata li waqt dan l-Assessment kienu ġew intervistati madwar 40 persuna residenti fis-Salina. Dan l-Assessment kien sar bejn it-tielet u r-raba’ kwart tas-sena 2011.
Transport Malta – konsultazzjoni mar-residenti tas-Salina
Question
Billi t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12324 tagħmel referenza għall-fatt li l-aċċess għall-inħawi tas-Salina baqa’ kkunsidrat bħala reserved matter, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod li bih ġie deċiż dan ir-reserved matter? Meta ġie diskuss u meta ġie deċiż? Minn min u kif kienu infurmati dwar dan ir-residenti tas-Salina?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument tal-permess tal-MEPA jgħid hekk:
“Access to Salini residential hamlet shall be subject to a separate development application and to any archaeological investigations.”
Il-permess tal-MEPA ġie ppublikat fit-18 ta’ Diċembru 2012.
Ninsab infurmat li l-permess tal-MEPA ingħata wara public hearing skont il-proċeduri u r-regolamenti tal-MEPA stess.
Wara li ġie ppublikat il-permess, Transport Malta ppreparat proposti u ressqithom għall-approvazzjoni tal-Awtoritajiet kompetenti li huma is-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali kif ukoll l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, sabiex l-aċċess permanenti għal dawn l-inħawi jiġi approvat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-aċċess għall-inħawi tas-Salina għadux dak li kien propost oriġinarjament jew inkella inbidilx? Jekk inbidel, meta sar dan it-tibdil? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li jikkonċernaw dawn l-inħawi, fil-verżjonijiet differenti tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ta’ l-inqas żewg possibilitajiet li qed jiġu proposti bħala aċċess permanenti.
Waħda minn dawn hi li tinbena triq ġdida li tgħaqqad ma’ Triq il-Kappella tal-Lunzjata u l-oħra tinkludi upgrade ta’ Triq il-Katakombi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jkunu jistgħu jidħlu fid-djar tagħhom ir-residenti tas-Salina, waqt u wara li jitlesta x-xogħol relatat ma’ Triq il-Kosta, f’dak li jirrigwarda l-inħawi tas-Salina? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-aċċess li minnu se jkunu mġiegħla jgħaddu r-residenti ta’ dawn l-inħawi hux kollu pubbliku jew inkella hemm partijiet minnu li huma privati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm isir ix-xogħol min-naħa ta’ wara tal-Hamlet, ġie ppreparat aċċess temporanju għar-residenti tas-Salina fuq triq diġà eżistenti. Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda parti mit-triq eżistenti li hija privata. Ġie wkoll ppeparat aċċess temporanju mit-triq li tagħti għall-Coastline Hotel. Din it-triq hija fuq art tal-Gvern li fuqha s-sid tal-lukanda iħallas iċ-ċens. L-Awtorità ġabet approvazzjoni mingħand is-sid tal-lukanda qabel ma ppreparat dan l-aċċess temporanju li għandu jservi għal tul il-proċess ta’ xogħlijiet sakemm jitlesta aċċess permanenti għall-Hamlet.
Wara li jitlestew ix-xogħlijiet, kif diġà spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12720, hemm żewġ proposti għall-aċċess permanenti.
Waħda minn dawn hi li tinbena triq ġdida li tgħaqqad ma’ Triq il-Kappella tal-Lunzjata u l-oħra tinkludi upgrade ta’ Triq il-Katakombi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu relatat ma’ Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-proġett għadda minn proċess legali ta’ mandat ta’ inibizzjoni, li ġie mponut fuq il-proġett mir-residenti tas-Salina, kif ukoll saru numru ta’ sejbiet storiċi meqjusa bħala wirt ta’ patrimonju kulturali matul is-sit, Transport Malta bħalissa qed taħdem mal-Kuntrattur u s-Supervisor sabiex il-programm tax-xogħlijiet jkun analizzat u revedut sabiex jinkorpora fih dawn l-affarijiet. Ninsab infurmat li dawn l-affarijiet ikkawżaw u qed jikkawżaw dewmien u għalhekk qed tigi affettwata d-data meta ser ikun lest ix-xogħol fuq dan il-progġett. Dan kollu qed jiġi analizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Building Regulations Board u x’kariga/responsabilitajiet għandha kull persuna f’dan il-bord? X’inhi l-funzjoni ta’ dan il-bord? Kull meta jiltaqa’ dan il-bord? Jista’ jgħid kemm-il laqgħa saret mill-1 ta’ Awwissu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm-il darba ġie mġedded il-kuntratt tal-membri ta’ dan il-bord minn Awwissu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Building Regulations Board huwa kompost minn Chairman, Vice-Chairman, Membru f’isem il-Kamra tal-Periti, Mumbru f’isem ic-Chamber of Professional Engineers u minn erba' Membri oħra. L-Att Numru 12/2011 Artiklu 3.4 paragrafi (a) sa (i) jiddeskrivu x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-bord, filwaqt li Att Numru 12/2011 Artikolu 3.5 jiddetermina meta jiltaqa’ il-Bord. Barra minn hekk dan il-Bord jiltaqa’ meta jkun neċessarju. Infatti dan il-Bord iltaqa 21 darba. Il-Bord preżenti huwa dak imwaqqaf f’ Awwissu 2013.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ħarġet ordni fi Transport Malta biex ħadd ma jġedded il-vacation leave tiegħu għas-sena dieħla? X’kienet ir-raġuni li l-Ministru ħass li din is-sena dan il-vacation leave ma jiġix imġedded bħal ma sar fi snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda ordni fi Transport Malta li tgħid biex ħadd ma jġedded il-vacation leave tiegħu għas-sena dieħla.
Infurmat li, il-Kap tar-Rizorsi Umani, kif huwa mistenni minnu, qed jimxi ma’ Artiklu 21.3 tal-Ftehim Kollettiv li jirregola l-Akkumular ta’ Vacation Leave – Paġni 19 u 20.
Transport Malta –Uffiċċji tal-Marsa — xogħlijiet fuq ir-reception area
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fir-reception area tal-uffiċċji tal-Marsa ta’ Transport Malta u għalfejn qed isiru dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid min hu l-kuntrattur li tqabbad jagħmel dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew l-istess xogħlijiet u jekk il-kuntrattur intgħażilx wara sejħa pubblika għall-offerti? Jista’ jikkonferma li wieħed mill-kuntratturi li qed jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huwa qarib viċin ħafna ta’ impjegat ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet li qed isiru fir-reception area tal-uffiċċji tal-Marsa ta’ Transport Malta huma parti mill-preparamenti għall-proġett li bi ħsiebha tagħmel l-istess Transport Malta.
Ninsab infurmat li ntalbu kwotazzjonijiet għal dawn ix-xogħlijiet u li ntagħżlet l-irħas offerta hekk kif ġej:
- Tneħħija tal-bank inkluż servizz ta’ crane u twaħħil ta’ madum € 991.20
- Alterazzjonijiet u tneħħija ta’ sistemi tad-dawl u points € 212.40
Ħal Qormi – Triq Dun Marju/Triq Aloisio — culvert tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir culvert tal-ilma fi Triq Dun Marju u f’parti minn Triq Aloisio f’Ħal Qormi biex jiġi evitat li kull meta tagħmel ix-xita, diversi residenzi li jinsabu f’dawn iż-żewġ toroq jegħrqu bl-ilmijiet tax-xita?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ser isir culvert tal-ilma tax-xita f’parti minn Triq Alosio.
Dwar il-kumplament tal-akwati msemmija mill-Onor. Interpellant, se nitlob lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex jinvestiga s-suġġeriment.