Jista' il-Ministru jara li jsir ir-reserved parking space li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha li applikat għalih ix-xhur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Min riċerka li saret fir-records tat-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma hemm l-ebda applikazzjoni għal reserved parking for disabled mill-persuna kkonċernata.
Jista' il-Ministru jispjega kif qegħdin jinħarġu l-permessi għal coaches double decker barranin sabiex joperaw f'Malta b'turisti barranin meta l-istess permess ma jinħariġx lill-operaturi Maltin?
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT xtratx l-ispeed guns? Jekk fl-affermattiv, kemm inxtraw minnhom u x'inhu l-prezz ta' kull waħda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta xtrat speed gun waħda biss, Laser 500, għall-prezz ta’ Lm1,699. Għaliha nxtara wkoll tripod għall-prezz ta’ Lm176.
Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?
Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9288, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-kumitat li jissorvelja l-proġetti kapitali kif ukoll id-dati li fihom iltaqa' dan il-kumitat matul din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif diġa għidt fir-risposta għad-domanda 9288 dan il-Monitoring Board li mhuwiex stabbilit fuq bażi uffiċjali huwa magħmul min membri tas-Segretarjat tiegħi u mill-uffiċju tas-Segretarju Permanenti. Ma narax il-ħtieġa li nagħti l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali peress li dawn jinbidlu skond il-proġetti u l-materja li tkun qed tiġi diskussa. Kif diġa għidt fir-risposta ta' qabel dawn jiltaqgħu fuq bażi regolari, diversi drabi kull ġimgħa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9293, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu biex jirrispondi l-parti li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, u cioe jara li ssir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r-Race Track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-ġeometrija ta’ din il-junction se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta’ Triq Ħal Far (phase 3). L-entratura lejn iż-żona industrijali se ssir f’forma ta’ T-junction. Dan il-proġett mistenni li jibda fit-tieni kwart tas-sena 2005.
Sadanittant saru sinjali tat-traffiku sabiex tiġi mtejba din il-junction anke temporanjament sakemm jibda ix-xogħol.
Peress li fi Pjazza G Gulia f'Bormla ser jinbena monument li jfakkar l-inkurunazzjoni ta' l-Immakulata, jista' il-Ministru jara li jitwaqqa l-kruha ta' bieb ta' dock 1, u l-istess entratura titkompla bħal parti l-oħra bil-ħadid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Pjazza Gavinu Gulia tagħmel parti mill-Brief ta' riġenerazzjoni tal-Baċir Nru.1. Ta' minn jgħid li dan daħal fil-proċess ta' konsultazzjoni publika imnedieha mill-MEPA. Hu mifhum illi l-applikazzjoni tal-bini tal-monument u l-iżvilupp u r-riġenerazzjoni ta' din l-arja ssiru b' mod integrat.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-bini li se jgħaddi l-Konsorzju MIDI lill-gvern hux se jgħaddih dirett lill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne’ jew inkella lill-Kunsill Malti għall-Isport?
Jekk it-tweġiba hija li dan il-bini se jingħata dirett lill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne’, jista’ jgħid jekk ittieħdux il-prekawzjonijiet kollha possibbli sabiex ikun aċċertat li din l-assoċjazzjoni baqgħet waħda ħajja, u li t-30 għaqda li ssemmew f’ mistoqsija parlamentari 6063 li saret fit-28 ta’ April, 1999 għadhom jezistu?
Fil-kaz li din l-assoċjazzjoni baqgħet waħda ħajja, jista jgħid min huma t-tmien membri li jiffurmaw il-Kunsill tat-Tmexxija ta’ l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne’ skond kif stipulat fl-istatut li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u f’liema laqgħa ġenerali dawn ġew eletti?
Jista’ ipoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru tal-membri ta’ l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne’ sew dawk individwali kif ukoll dawk fuq bażi ta’ block membership?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejin diskussjonijiet bejn il-Ministeru, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Konsorzju MIDI dwar it-trasferiment ta' dan il-bini.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita` dwar it-Trasport irċevietx talba għall-permess sabiex bankina fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imtarfa tidjieq minħabba li qed ikun hemm problema sabiex tgħaddi l-private li tieħu t-tfal l-iskola? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm talba mill-istess kunsill għal dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-bankina fi Triq Sir Temi Zammit hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Guidelines dwar l-inġaġġ ta' impjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolati għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu 'transport allowance' minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm karozza waħda (1) mikrija li qed tintuża fis-Segretarjat tiegħi. Hija mikrija mingħand TOP-CAR Ltd, Qormi, bir-rata ta' Lm5 kuljum.
L-ammont totali min fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm1612.91.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi minn informazzjoni miġbura mis-sistema tal-Bus Ticketing Machine, ittieħed kampjun tal-passiġġieri li għamlu użu mit-trasport pubbliku fuq ir-rotot tal-Kottonera u l-Belt Valletta. Din l-informazzjoni ġiet meħuda fuq il-perjodu ta bejn il-15 ta’ Novembru u il-21 ta’ Novembru 2004.
Rotta 3 - Senglea
8, 384
Rotta 1- Birgu (via Verdala)
1, 610
Rotta 6 – Birgu (via Gavino Gulia)
11, 483
Rotta 4 - Kalkara
7, 999
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Monitoring Board li qegħdin jissorveljaw il-progress tal-proġetti kapitali? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord matul din is-sena (2004)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn meta ir-responsabbilta tal-proġetti kapitali għaddiet għand il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, is-sorveljanza tal-proġetti kapitali qed issir minn kumitat magħmul minn membri tas-Segretarjat u mill-Ufficju tas-Segretarju Permanenti. Dan il-kumitat jiltaqa' mal-konsorzju regolarment. Membri differenti tal-bord għandhom inkarigi speċifiċi bħal per eżempju jiltaqgħu mal-MEPA sabiex ikunu segwiti applikazzjonijiet pendenti. Meta tinħass il-ħtieġa mill-kumitat jingħaqdu uffiċjali mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u Dipartimenti tal-Artijiet.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-triq u l-bankina ta' A.M. Valperga Street, Fgura?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija qegħda mdaħħla fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq madwar Malta kollha sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir aktar 'l quddiem.
Belt Valletta — Barrakka ta' Fuq - proġett tal-lift
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-lift għall-Barrakka ta' Fuq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Is-sejħa għall-offerti sabiex ikun stallat u operat lift fil-Barrakka għalqet fis-6 ta’ Lulju 2004. Ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għal din is-sejħa. Minkejja dan, minn indikazzjonijiet li kellu l-Ministeru, għad hawn interess mill-privat għal dan l-iżvilupp. Il-Ministeru qiegħed bħalissa jerġa jabbozza design brief ġdida li tkun tħares b’mod aktar wiesgħa lejn it-trasport fil-Belt Valletta b’tali mod li dan jibda jkun aktar integrat.