Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-voti fil-baġit li ressaq f'April 2013 u li nbidlu minn kif kienu proposti f'dak li tressaq f'Novembru 2012? Jista' jgħid kemm kull vot naqas jew żdied u x'kienet ir-raġuni għal kull bidla li saret?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid b'minn min hu kompost il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma jekk dan il-Gvern hux se jkompli bid-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati fil-każ tal-Bical? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma jekk bdewx diġà u fejn waslu, bil-għan li dan il-każ jingħalaq darba għal dejjem?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-Bical.
Jista' l-Ministru jinforma x’inhi s-sitwazzjoni fis-saga tal-ex National Bank of Malta? Il-Gvern beħsiebu jkompli bid-diskussjonijiet? Jekk iva, jista' jinforma f'liema stadju qegħdin u dan biex din is-saga li ilha tkarkar tingħalaq u ssir ġustizzja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Gvern ma kellux diskussjonijiet dwar il-kas tan-National Bank mill-elezzjoni 'l hawn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull forma ta’ terminal benefit li titħallas lil ħaddiem li jkollu l-impjieg tiegħu tterminat, tiġix ikkunsidrata bħala eżenti mit-taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux kull terminal benefit huwa eżenti. Wieħed ikun irid jiddetermina jekk in-natura tal-pagament hijiex kapitali jew income, u dan jiddependi miċ-cirkustanzi tal-kas. Pagamenti ta’ natura kapitali biss huma eżenti.
Hemm ħafna elementi li jridu jiġi kkunsidrati, iżda inġenerali jekk impjegat (li m’għandux sehem fid-diriġenza tal-azjenda) jingħata kumpens għal terminazzjoni ta’ mpjieg minħabba
redundancy
, dan ikun kapitali u allura eżenti. Min-naħa l-oħra, f’karigi li jinbidlu minn żmien għal żmien u li hemm
terminal payment
stabbilit marbut magħhom, dan jitqies bħala parti mill-pakkett ta’ remunerazzjoni ta’ dik il-kariga u allura taxxabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-dħul medju tal-households f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq livell ta’ distretti u mhux għal kull lokalità, minħabba li l-informazzjoni hija bbażata fuq kampjun.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba ser tinghata f'xi seduta ohra
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 il-Bank Ċentrali ta’ Malta impjega:
· disa’ impjegati fil-grad ta’ Officer II. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Jannar 2012. L-ingaġġ ta’ tmien impjegati sar f’Lulju 2012 filwaqt li l-ingaġġ ta’ persuna oħra ta’ nazzjonalità Pollakka mill-istess lista sar f’Jannar 2013 wara li temmet l-istudji tagħha fil-livell ta’ dottorat fl-ekonomija.
· erba’ impjegati fil-grad ta’ Officer I f’Novembru. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Settembru 2012.
· tnejn u għoxrin impjegat fil-grad ta’ Officer I fuq bazi part-time. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Lulju 2012. Tmintax-il persuna ġew ingaġġati f’Novembru 2012. Minn dan il-grupp, tlieta rrizenjaw bejn Diċembru 2012 u Jannar 2013 u għalhekk, biex prinċiparjament jimtlew dawn il-postijiet, erbgħa oħra mill-istess lista ġew impjegati f’Jannar 2013.
Fil-kaz tal-ingaġġ ta’ Officer II u Officer I fuq bazi part-time, is-sejħa saret b’avviz fil-media u fuq is-sit tal-Bank wara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħrig tat il-kunsens. Fil-kaz tal-impjegati Officer I fuq bazi full-time, l-erba’ kandidati magħzula kienu ġew riferuti lill-Bank mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. L-ebda sejħa ma kienet saret fuq il-media jew fuq is-sit tal-Bank.
Fil-kaz tal-Officer II kienu applikaw għall-pozizzjoni 28 applikant eliġibbli, fejn wieħed minn dawn kien ġie riferut mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ.
Fil-kaz tal-Officer I fuq bazi full-time l-għaxar kandidati eliġibbli kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ.
Fil-kaz tal-Officer I fuq bazi part-time kienu applikaw għall-pozizzjoni 174 applikant eliġibbli, fejn 22 minnhom kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ; 82 kandidat irtiraw l-applikazzjoni u 92 ġew mistiedna joqogħdu għall-ezami bil-miktub. Minn dawn tal-aħħar, 40 applikant ma qagħdux għall-ezami.
Bid-deċiżjoni li l-Gvern ħa din is-sena li jerħi d-deficit jitla' għal 2.7% minn 1.7% għall-2013, ma jaħsibx il-Ministru li dan jista' jnaqqas miċ-ċansijiet ta' Malta li ma tidħolx fl-Excessive Deficit Procedure u jekk hux qed jistenna li l-Kummissjoni Ewropea titlob miżuri addizzjonali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba se tinghata f'xi seduta ohra.
Bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern li d-deficit ta' din is-sena jitla' għal 2.7% u li jnaqqsu kull sena b'0.6% tal-Gross Domestic Product (GDP), jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jfisser dejn ħafna għola għal pajjiżna fil-ħames snin li ġejjin? X'differenza, f'dejn anqas f'termini ta' flus fuq il-perjodu ta' ħames snin li ġejjin se jagħmel il-Gvern, li ma kienx jagħmel kieku għamel sforz akbar żamm mal-mira ta' 1.7% din is-sena u baqa' jnaqqas id-deficit 0.5% tal-GDP fis-sena kif kien il-pjan tal-Gvern preċedenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba se tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux bi ħsiebu jagħmel spending review f'nofs is-sena biex jassigura li l-mira ta' deficit li l-Gvern ikkommetta ruħu għaliha tinżamm?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi zamm il-prassi li jagħmel spending reviews kull xahar.Fejn ikun hemm bzonn jieħu dawk l-azzjonijiet kollha neċessarji sabiex jintlaħqu l-miri tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-files li jinsabu fir-registry tal-Ministeru li llum qed jokkupa u li preċedentament kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u jindika dawk il-files li llum jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra
MFSA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 324.
Jista’ l-Ministru jara l-każ rigward penali fuq taxxa tal-boll tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 fil-kaz ta’ trasferimenti b’titolu ta’ donazzjoni minn persuna lid-dixxendenti tagħha f’linja diretta, li jakkwistaw proprjetà immobbli bil-għan li jistabbilixxu fiha jew li jibnu fuqha r-residenza unika u ordinarja tagħhom, fl-istima tat-taxxa li mod ieħor tkun dovuta skont l-Att tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti ma jitqisux l-ewwel mitejn elf ewro (€200,000).
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament seħħ is-sena l-oħra meta dan il-provediment ma kienx għadu ġie fis-seħħ u fil-kaz konċernat id-Dipartiment mexa skond il-providementi applikabbli dak iz-zmien skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu karozza mikrija għall-użu uffiċċjali tal-Ministru. Jien infurmat li karozza oħra li kienet mikrija mill-Ministeru ġiet irritornata numru ta’ ġimgħat ilu.
MCCAA — Diretturi Ġenerali u Diretturi oħra - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-Diretturi Ġenerali u d-direttur oħra tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAAA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.