Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Ara dokument Nru. 3163 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 182, nhar it-Tnejn 21 ta’ Lulju 2014)
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8406, jista’ l-Ministru jgħid għaliex sar reklam fil-gazzetti kollha ta’ kuljum li joħorġu mit-Tnejn sas-Sibt, iżda ma sarx l-istess reklam fil-gazzetta “In-Nazzjon”?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – baġit approvat
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5377, 5141 u 5462, jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda b’mod sħiħ? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni wara t-tnaqqis fil-baġit? B'kemm tnaqqas il-baġit, mhux biss bħala ammont totali iżda anke bħala persentaġġ? Liema huma (numru u isem) il-line items li tnaqqsu? X'konsegwenzi se jkollu dan it-tnaqqis fuq il-ħidma tal-Ministeru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tnaqqis huwa wieħed minimu u m’affettwax il-ħidma tal-Ministeru.
Bħal ma jaf l-Onorevoli membru f’każ ta’ bżonn jingħataw fondi addizzjonali mill-Ministeru tal-Finanzi taħt voti rispettivi kif ukoll ikunu approvati
virements.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
B’ referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5379, 5141 u 5462, u peress li l-mistoqsija parlamentari 5462, kontra kif indikat mill-Ministru ma jweġibx il-mistoqsija parlamentari 5378, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis fil-baġit tal-Ministeru tiegħu hux se jaffetwa l-ispiża amministrattiva tal-Ministeru bħaż-żieda fin-nefqa tas-segretarjati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari jew inkella hux se jaffetwa iżjed is-servizzi u l-beneffiċċji ta’ min għandu bżonnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8866.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5148 u 5389, li kontra kif indikat mill-Ministru ma jweġibx il-mistoqsija b’mod sħiħ, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha inkluż it-tip ta’ xogħol, karigi, esperjeza u kwalifiki, salarji u perkaċċi, ta’ dawk il-persuni kollha li mid-9 ta’ Marzu ‘l hawn ġew ingaġġati b’xi mod jew ieħor, mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, inkluż u dak tas-Segretarju Parlamentari, u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8638 u 6988, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikulta partikolari biex tingħata l-informazzjoni kif mitluba? Jista’ jkun aktar speċifiku u jgħid jekk iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, li se jkunu żvilupp fuq iċ-Ċentri Aċċess diġà eżistenti filwaqt li jibqgħu jużaw l-istess operat tagħhom, hux se jkunu aktar jew anqas miċ-Ċentri Aċċess li diġà jeżistu? Jekk hemm differenzi, jista’ jagħti l-ammont eżatt involut?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639 u 6990, jista’ l-Ministru jgħid meta kienu konklużi n-negozjati finali mal-awtorità amministrattiva tal-Fond Soċjali Ewropew? Jista’ jgħid meta se jiġi ffirmat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-negozjati finali mal-awtorità amministrattiva tal-Fond Soċjali Ewropew ġew konlużi fil-25 ta’ Frar 2014. Id-data ta’ meta se jiġi ffirmat il-ftehim rispettiv għad trid tiġi deċiża.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6980 u 8634, jista’ l-Ministru jgħid b’mod ċar jekk fil-fatt il-programm LEAP kellux programm ta’ taħriġ lest meta ġie mħabbar? Jista’ jpoġġi dan il-programm fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma kienx lest, jista’ jgħid meta tlesta dan il-programm ta’ taħriġ jew meta se jitlesta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellu jsir social assessment tal-file tagħha minħabba l-fatt li se jispiċċaw bla saqaf fuq rashom minħabba problemi finanzjarji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-ħmistax (15) ta’ Jannar, 2014. Il-koppja se jiġu mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-bord fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward applikazzjoni li għamel għaċ-children's allowance f'Diċembru li għadda imma s'issa għadu bla risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda żviluppi f’dan il-każ minħabba li l-persuna indikata minnu għadha ma ssottomettietx id-dokumenti mitluba mid-Dipartiment.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol li ngħatat il-kumpanija msemmija kienet il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li taħtha jaqaw l-Agenziji Appogg, Sedqa u Sapport. Il-kuntratt kien għal tlett snin (bejn 2008 u 2010) wara ħrug ta’ tender għall-Provizjoni ta’ Servizzi Legali, liema kuntratt gie iffirmat fis-16 ta’ April 2008. Ix-xoghol provdut mill-istess kumpanija kien ta’ assistenza u pariri legali lil Fondazzjoni u l-Agenziji fi ħdanha, fosthom assistenza fil-qrati Maltin f’kazijiet fejn jidhol l-operat tas-servizzi partikolarment tal-Agenzija Appoġġ. Għal dan ix-xogħol il-ħlas kien kif gej:
2008 - €20,168
2009 - €32,986
2010 - €38,335
Total : €91,489.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – rwol ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtha? X’inhi l-kariga li qed tokkupa u xi ħlasijiet hemm konnessi ma’ din il-kariga inkluż perkaċċi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li l-isem tagħha ngħata separatament m’għandux aktar rwol f’dan id-dekasteru.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6997, 8631 u 8632, tista’ l-Ministru tiċċara x’tip ta’ servizz ta’ xogħol f’entitajiet soċjali qed jipprovdu dawk il-200 persuna bla xogħol li qed jingħataw taħriġ permezz tal-programm LEAP?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif intqal fil-mistoqsijiet imsemmija, it-taħriġ li se jinghata lil dawn il-persuni se jkun mfassal bejn l-organizzazzjoni li se tkun qed tospita dawn in-nies u s-social mentors. Barra minn hekk kif intqal iktar minn darba, dan il-perijodu ta 'taħriġ huwa ntiż li tinkiseb kompetenzi soċjali.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentri 6997, 8631, 8632 u 8633 u peress li s’issa fl-ebda tweġiba tal-Ministru ma ngħatat risposta għal din il-parti tad-domanda, tista’ l-Ministru tiċċara x’tip ta’ xogħol qed jiġu ppreparati għalih dawk il-200 persuna bla xogħol li qed jingħataw taħriġ permezz tal-programm LEAP u li sa Ġunju 2015 għandhom isibu xogħol permezz ta’ dan il-programm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8826.
Applikazzjoni għall-Blue Sticker — każ ta' persuna
Question
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-blue sticker mal-KNPD però f'ittra datata 5 ta' Marzu 2014 ġiet infurmata li ma tikkwalifikax?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna giet mitluba tattendi għal appuntament mat-tabib tal-KNPD, skont il-proċedura meta wieħed japplika għall-Blue Badge. Waqt l-appuntament li ngħatalha, l-persuna msemmija spjegat li tista' timxi ghal 15-20 minuta mingħajr għajnuna u li xi drabi biss ikollha bżonn tieqaf għall-mistrieh. Fid-dawl ta' dan inħass li ma tikkwalifikax għal Blue Badge.
Din il-persuna tista' tappella mid-deciżjoni billi tikteb lil Blue Badge Appeals Board li jiltaqa' fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. L-ittra tal-appell izda għandha tintbagħat lill-KNPD, Bugeja Institute, Triq Braille, Santa Venera minħabba l-fatt li l-KNPD tiehu ħsieb ix-xogħol amministrattiv ta' dan il-Bord.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija reġgħet applikat għall-Għajnuna Medika wara li rċieva li m’għadux intitolat għal din l-Għajnuna.
Tista' l-Ministru tinforma kif allowance tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u toħroġ minn Monti Karmel meta l-persuna ilu għal dawn l-aħħar tliet xhur wieqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qed tirċievi dak li hu dovut lilha kemm bħala pensjoni kif ukoll benefiċċji.
Tista’ l-Ministru tinforma fiex wasal il-każ ta’ tibdil ta’ kanna komuni fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tinsab misduda kif ukoll imkissra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-kaz imsemmi, saret spezzjoni mill-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar, tlestiet l-istima u l-każ qieghed fi proċeduri biex jigi ngaggat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet u t-tiswijiet meħtiega.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7001, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija b’mod sħiħ u tgħid min ġie maħtur membru tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ wara li dan il-bord maħtur mill-Ministru kellu sitt riżenji fi ħdanu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 5271.