Legislature:
Category:
Reset
Active:

Munita barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9738 u cioe' kemm-il applikazzjoni rċieva r-regolatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Servizz Ċivili — Messenger grade III

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti tweġiba għaliex ċertu Messenger grade II ma tħallewx jagħmlu l-eżami għall-Messenger grade III?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-gradi ta’ Messenger Grade II u Messenger Grade III ma baqgħux jeżistu wara r-riforma tas-Servizz Pubbliku ta’ l-1991. Il-grad ta’ Messenger Grade II inbidel f’dak ta’ Messaġġier u ta’ Messenger Grade III fil-grad ta’ Messaġġier Anzjan. Nifhem li l-persuni li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għalihom huma ex-Postal Auxiliaries li ġew assorbiti fil-grad ta’ Messaġġier. Dawn il-persuni ma tħallewx japplikaw għax ma kellhomx għaxar snin servizz fil-grad ta’ Messaġġier skond l-ispirtu tal-provedimenti tal-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni u Assimilazzjoni tal-Gradi tal-Messaġġiera.

Taxxi Interni — Refunds ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu flus f'refunds ta' l-income tax li waslu din is-sena? Kemm tħallsu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninfoma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

EU — Ħlasijiet

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tad-dħul u l-ħruġ attwali li sar mill- u lejn l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta’ Jannar u s-6 ta’ Diċembru 2004. Tajjeb inżid ngħid li għad ma bdejniex indaħħlu fondi strutturali, fondi ta’ koeżjoni, fondi ta’ transazzjoni u fondi agrikoli għaliex ma kienx hemm żmien materjali biex ikun ġenerat infiq bejn dak inhar li sar qbil fuq il-proġetti/inizjattivi/programmi mal-Kummissjoni Ewropea u l-bidu għat-twettiq tal-proġetti. Barra dan, inżid ngħid ukoll li ttieħed benefiċċju dirett minn għadd kbir ta’ studenti Maltin taħt diversi programmi edukattivi, fosthom Leonardo/Socrates/Youth/Culture 2000 u s-6th Framework Programme. Wara l-1 ta’ Jannar ma ħallasniex aktar il-ħlas ta’ parteċipazzjoni għal dawn il-programmi.

AFM — Kontjiet

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każi li fihom inħarġu kontijiet għal ħlas ta' spejjeż għal salvage mill-forzi armati ta' Malta lil min kien salvat minn fuq il-baħar matul dawn l-aħħar sentejn sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Għal kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġu l-ebda kont għal ħlas ta’ spejjeż konnessi ma’ salvataġġ ta’ persuni fuq il-baħar.

AFM — Operazzjonijiet ta' Salvataġġ

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid liema huma dawk il-każi li fihom il-forzi armati ta' Malta jibagħtu kontijiet għall-ispejjeż inkorsi f'operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ lil dawk salvati mill-baħar? Hemm kriterji fissi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’każijiet ta’ tfittix u salvataġġ fuq il-baħar, m’hiex il-policy tal-Forzi Armati ta’ Malta li jibagħtu kontijiet lill-individwi salvati għal spejjeż inkorsi.

Ħruġ ta' Flus barra minn Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9577 u coe' jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont ta’ flus maħruġ minn individwi u kumpaniji Maltin matul il-perjodu bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta’ Lm 65,151,000. Kien hemm 10,431-il applikazzjoni. Fl-aħħar ta’ Ottubru 2004, id-depositi f’munita barranija tal-banek kollha li joperaw f’Malta kienu jammontaw ghal Lm 1.370 biljun. Dan l-ammont jinkludi d-depositi ta’ Maltin kif ukoll ta’ barranin.

Munita Barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Villa Fransia f’Ħal-Lija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward Villa Fransia f’Ħal-Lija li kienet tħalliet lill-Gvern bħala wirt? Qed isir xogħol fiha bħalissa? Il-Gvern iddeċieda x’se jsir minnha din il-villa sabiħa li ilha magħluqa għal żmien twil? X’kien jgħid eżatt it-testment u x’kienu l-kondizzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorita' ta' l-istatistika — Studju dwar il-valur tal-proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta' l-istatistika qattx għamlet xi studju dwar il-valur fis-suq tal-proprjeta' vakanti f'Malta u Għawdex? Jekk iva, x'inhu dan il-valur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fiċ-ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar li ttieħed fis-26 ta’ Novembru 1995, kienet inġabret informazzjoni dwar proprjetà vakanti f’Malta u Għawdex u din tinstab ippubblikata fit-tabelli 38 sa 44 tas-‘Census of Population and Housing 1995, Final Report, Volume 6: Dwellings (Central Office of Statistics)’. Iżda dan l-istħarriġ ma kellux l-iskop li joħroġ il-valur tal-proprjetà vakanti f’pajjiżna, u għalhekk it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hi fin-negattiv.

Tilwimiet Industrijali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati matul din is-sena? Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li din is-sena in-numru ta’ tilwimiet industrijali reġistrati ma’ dan l-uffiċċju kien tnejn. L-istess numru ta’ tilwimiet ġew reġistrati ma’ dan l-Uffiċċju matul is-sena 2003. Dawn it-tilwimiet kienu dwar kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku. Rigward in-numru ta’ tilwimiet industrijali reġistrati ma’ Ministeri oħra u dawk reġistrati fis-settur privat nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Tax Compliance Unit

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’possibbilta’ hemm li wieħed jaħdem fit-tax compliance unit u xi kwalifiki jrid ikollu? Kemm hemm impjegati f’dan il-unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li l-istaff tat-Tax Compliance Unit ġie ngaġġat wara sejħa pubblika maħruġa bl-approvazzjoni tal-Public Service Commission. Dan sar skond l-esiġenzi tas-servizz. L-operations staff tat-TCU iridu jkunu gradwati b’honours degree fl-accountancy jew ikollhom kwalifika professjonali ekwivalenti, u jrid ikollhom il-Warrant ta’ CPA. L-istaff amministrattiv huwa kollu reklutat mill-General Service tal-Gvern. F’dan il-Unit hemm b’kollox 32 impjegat, li jinkludi il-Kap tat-TCU, 27 Accountant, u 4 staff amministrattivi.

UE — Delegazzjonijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jelenka s-sistema li biha qed isiru l-ħlasijiet tat-travel ta' delegazzjonijiet tal-gvern fuq xogħol ta' l-Unjoni Ewropea? Liema hu dak it-travel li jitħallas minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema hu dak it-travel li jitħallas minn fondi tal-Gvern Malti? Fuq liema kriterji jsiru dawn l-arranġamenti? Fil-ħlasijiet kif ikunu inklużi s-subsistence expenses?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġamenti għas-safar ta’ delegazzjonijiet tal-Gvern fuq xogħol relatat ma’ l-Unjoni Ewropea huma regolati bl-istess mod bħal kull safar ieħor minn uffiċjali pubbliċi fuq xogħol tal-Gvern. Il-proċeduri huma dawk li joħorġu mill-Public Service Management Code u Ċirkularijiet varji ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Finanzi maħruġa minn żmien għall-żmien. Hekk filwaqt li l-ispejjeż ta’ l-ajru jitħallsu direttament mid-Dipartiment konċernat, il-membri tad-delegazzjoni jingħataw l-ammont dovut lilhom skont ir-rati ta’ subsistence stabbiliti qabel ma jitilqu. Meta jiġu lura jagħmlu stima ta’ l-ispejjeż li jkunu għamlu biex jagħtu kont ta’ kif nefqu l-flus u jingħalaq l-avvanz li jkun sarilhom. Ħafna mill-parteċipazzjoni ta’ delegazzjoni fuq xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea jinvolvi laqgħat tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. F’ħafna mill-każi l-ispejjeż ta’ l-ajru jiġu mrodda lura mill-Kummissjoni. Minn naħa l-oħra, għal dawk li huma spejjeż ta’ subsistence, dawn jiġu mrodda lura biss f’numru ta’ każi li jinvolvu ċerti laqgħat tal-Kummissjoni. Ir-rimborż isir fuq bażi ta’ per diem allowance marbut mat-tul tal-konferenza. Nifhem li l-Ministeri kollha għandhom lista dettaljata tal-laqgħat kollha tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li għalihom mistennija jipparteċipaw delegazzjonijiet tal-gvern. F’din il-lista hemm indikat liema huma l-laqgħat li għandhom element ta’ rimborż marbut magħhom u x’inhu eżatt il-grad ta’ rimborż. Ninsab infurmat li r-rimborż ma jsirx direttament lill-membri tad-delegazzjoni iżda jsir biss wara li dawn ikunu rritornaw lura Malta u wara li tintbagħat Brussels id-dokumentazzjoni meħteġa mill-EU Paying Authority fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Il-flejjes kollha li jidħlu bħala rimborż jiġu kreditati fil-Kont Pubbliku.

Israel — Ftehim dwar tassazzjoni doppja

Question

Jikkonferma l-Ministru li nbdew proċeduri biex jintlaħaq ftehim dwar tassazzjoni doppja ma' l-Israel? Jekk iva, f'liema stadju waslu t-taħdidiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8990 u cioe' jinformana kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9377 u 9530 u cioe' jgħid x'inhu n-numru ta' nies jaħdmu ma' aġenziji u awtoritajiet fis-settur pubbliku għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati li jaħdmu ma’ aġenziji u awtoritajiet fis-settur pubbliku li fis-sena indikata kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi huwa kif jidher hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 2004 (Nov) Uffiċċju tal-Prim Ministru 401 385 353 340 66 Ministeru tal-Finanzi 98 244 295 299 320 Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi aġenzija jew awtorità oħra fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru tal-Finanzi — Performance Bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċjali kollha li jaħdmu bil-performance bonus fil-Ministeru tal-Finanzi tħallsux il-performance bonus dovut lilhom? Jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-bonuses konċernati ser jitħallsu dan ix-xahar.

Xiri ta' Proprjeta' minn Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208

Xiri ta' Proprjeta' minn Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208

Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208)