Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm sewa lill-pulizija biex jibgħatu emigranti llegali lura lejn pajjiżhom? F'liema pajjiżi ntbagħtu u kemm intbagħtu lura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ntefqu Lm81,905.10 sabiex jiġu ripatrijati 445 persuna li b`xi mod instabu li kienu f`Malta illegalment. Dawn kienu kif ġej: Algeria 1 Italy 5 Romania 1 Bulgaria 3 Karthoum 5 Russia 7 Canada 1 Latvia 1 Senegal 4 China 1 Lebanon 1 Syria 1 Chisinau 1 Libya 23 Tbilisi 2 Dhuka 11 Mali 2 Tunisia 1 Egypt 212 Mauritania 1 Turkey 1 Ethipoia 1 Mongolia 5 Ukrania 5 Germany 1 Morocco 45 United Kingdom 1 Ghana 82 Nigeria 11 Yugoslavia 3 India 1 Pakistan 5

Postijiet ta' divertiment — Bouncers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kinitx ittieħdet deċiżjoni dwar il-bżonn li dawk imsejħa bouncers u li jkunu fil-postijiet tad-divertiment, jiġi liċenzjati u b'hekk ikun żġurat li jkunu wkoll ta' kondotta tajba? Jaqbel il-Ministru li dawn in-nies għandhom jingħataw taħriġ speċifiku dwar kif għandhom jaġixxu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2171 fis-Seduta tal-bieraħ.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni illum fil-ħabs? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minnhom huma persuni ta' nazzjonalita' barranija? kemm huma fuq arrest preventiv u x'eta' għandhom dawk miżmuma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Ottubru 2003 in-numru ta` persuni miżmuma l-ħabs kien ta` 262, li minnhom, 89 huma ta` nazzjonalita` barranija. Minn dawn, in-numru ta` dawk taħt arrest preventiv hu ta` 60. L-etajiet ta` dawn il-persuni hi kif ġej:- 15 sa 17-il sena 2 18 sa 20 sena 4 21 sa 24 sena 27 25 sena sa 29 sena 57 30 sena sa 34 sena 48 35 sena sa 39 sena 51 40 sena sa 49 sena 49 50 sena sa 59 sena 20 60 sena u aktar 4 TOTAL 262

Pulizija — Reati konnessi ma' prostituzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u kemm kienu persuni ta' nazzjonalita' barranija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 32 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn 24 kienu nisa, filwaqt li l-barranin involuti kienu 6.

Pulizija — Reati konnessi mad-droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-qorti din is-sena fuq reati konnessi mad-droga? Kemm minnhom kienu Maltin, kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ġew imressqa quddiem il-Qorti 197 persuna fuq reati konnessi mad-droga. Minn dawn kien hemm 25 ta` nazzjonalita` barranija.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' suwiċidji din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2132.

Pulizija — Każi dwar bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni li kienu qed ibiegħu xorb alkoħoliku lill-minorenni din is-sena u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 18-il persuna li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta` anqas minn 16-il sena. Minn dawn, seba` għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti, tnejn ġew immultati Lm200 kull wieħed, filwaqt li l-oħrajn ma nstabux ħatja.

Pulizija — Suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003, ġew irrapurtati lill-Pulizija erba` każi ta` suwiċidju.

Pulizija — Rapporti ta' attakki sesswali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati attakki sesswali fuq individwi mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003 kien hemm 26 każ ta` offiżi sesswali rrapurtati lill-Pulizija.

Pulizija — Bisqra - Mellieħa

Question

Tista' il-pulizija tieħu l-passi meħtieġa biex tipproteġi lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tiġi ddisturbata regolarment minn persuni magħrufa mil-pulizija fil-mansab tiegħu ġewwa l-Bisqra, limiti tal-Mellieħa, fejn ilu jonsob għal dawn l-aħħar 30 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` ħadet konjizzjoni ta` l-ilment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, tant li hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti kontra dawk involuti f`din il-litigazzjoni.

Pulizija — Tfal taħt l-eta' li nqabdu jaħdmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal, sena b'sena, mill-1987 'il hawn li ħadmu taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Pulizija — Rapporti dwar anzjani vittma ta' xi reat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittma ta' xi reat din is-sena u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Każi dwar anzjani mressqa quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 226 persuna anzjana, ċioe` ta` l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali li jvarjaw minn attentat ta` qtil sa kontravenzjonijiet.

Persuni li jaħdmu ta' bouncers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb illi jgħaddi xi forma ta' regolamenti jew liġi biex jiġu regolati dawk il-persuni li jagħmluha ta' bouncers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata full time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Pero` jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata, din il-persuna irid ikollha liċenzja ta` gwardjan privat.

Pulizija — Każi dwar minorenni mressqa quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu minorenni l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu 47 persuna taħt is-sittax-il sena l-Qorti. Ir-reati li dwarhom kienu akkużati kienu jinkludu: Ħebb/theddid/feriti fuq il-persuna Ksur ta` bon ordni Ma obdiex ordnijiet leġittimi Serq Pussess ta` arma taqta` u bil-ponta Pussess ta` droga Użu hażin tat-telefon Ksur tar-Regolamenti tat-traffiku Ksur tar-Regolamenti dwar il-kaċċa Offiża fuq il-pudur

Bini ta' uffiċini ġodda tal-Kunsilli Lokali — Self ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-kunsilli ġodda?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba numru 1165 fejn ġie indikat u spjegat il-proċess li għandu jiġi esegwit fil-każ ta` talba minn Kunsill Lokali għal self. Preżentement għad ma hemm ebda kunsill li qiegħed fl-aħħar fażi ta` dan.
Leg 10 PQ #2449 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli Lokali — Devoluzzjoni ta' proprjetajiet

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm-il biċċa proprjeta’ ta’ l-istat ġiet devoluta lill-kunsilli lokali sal-lum? Jista’ l-Ministru jgħid liema hija din il-proprjeta’ u lil-liema kunsill lokali ġiet devoluta din il-proprjeta’? Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema skop qed tintuża din il-proprjeta’?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2472 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2486 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Isla — Arloġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-arloġġ ta' l-Isla ilu xhur sħaħ wieqaf? Jista' jara li jsir xi ħaġa sabiex dan l-arloġġ, landmark importanti fil-Kottonera, jerġa' jibda jaħdem?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arloġġ importanti u storiku, kif tajjeb deskritt minnu, huwa responsabbilita` tat-Tarzna ta` Malta.
Leg 10 PQ #2539 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

CCF — Post ta' għassies/uffiċjal korrettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet relatati mas-sejħa għal post ta' għassies/uffiċjal korrettiv fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' dawk li jiġu magħżula?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm mitejn u ħamsa u disgħin (295) applikazzjoni relatati mas-sejħa għal post ta` għassies/uffiċjal fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin. Wara li saru l-interviews, ir-riżultati intbagħtu għand l-uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Huwa mistenni li n-numru ta` dawk magħżula ikun ta` ħamsa u tletin (35).