Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1170 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa għall-użu ta' mobiles

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 tammonta ghal €8,084.69.
Leg 12 PQ #1298 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — Riżenja ta' Sindku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 237, jista'’ l-Ministru jgħid jekk, ladarba r-riżenja ma kenitx offruta mis-Sindku Laburista indikat, din intalbitx min-naħa tal-Ministeru jew dipartiment konċernat in vista tas-serjetà tal-każ?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-każ għadu sub judice u għaldaqstat l-akkużat huwa preżunt innoċenti sakemm jinstab ħati.
Leg 12 PQ #1387 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — membri tal-bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Leg 12 PQ #1388 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Leg 12 PQ #1389 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — Membri tal-Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Leg 12 PQ #1390 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Leg 12 PQ #1438 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — Advisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-advisor fuq kunsilli lokali mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Kif intgħażel? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-advisor huma s-Sur Michael Cohen. Is-Sur Cohen qiegħed jagħti pariri lis-Segretarju Parlamentari dwar l-Kunsilli Lokali. Hu gie identifikat bhala persuna li ghandha esperjenza vasta f’dan il-qasam billi serva bhala Sindku u President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-kuntratt għadu qiegħed jiġi ifformalizzat.
Leg 12 PQ #1591 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-palazzini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-palazzini li permezz tiegħu sidien ta’ proprjetà antika kienu qed jiġu mħajra jikkonvertu tali proprjetà f'akkomodazzjoni lussuża?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-proġett bħalissa qiegħed jiġi implimentat. Bħalissa qiegħdin isiru numru ta’ laqgħat kemm bejn il-Ministeri responsabbli kif ukoll mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-MEPA. Wara dawn il-laqgħat mistennija tibda konsultazzjoni bilaterali ma’ dawk il-proġetti magħżula taħt is-sejħa ta’ expression of interest.
Leg 12 PQ #1592 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1594 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1437, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se titlesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet peress li din il-parti tal-mistoqsija ma ġietx imwieġba?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-proċess ta' evalwazzjoni mistenni jieħu l-istess ammont ta' żmien originarjament previst; jiġifieri madwar tlett xhur. F'dan l-istadju m'huwiex prudenti li tingħata data iżda minkejja dan tista tinghata assigurazzjoni li l-proċess ser jingħata l-prijorita’ neċessarja sabiex jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 12 PQ #1606 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 726 dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra sa fejn tippermetti l-liġi tal-protezzjoni tad-data.
Leg 12 PQ #1635 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Inbound Tourists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inbound tourists f’kull xahar bejn April 2012 u April 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

L-aħħar statistika li nħarġet dwar ‘inbound tourists’ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet għax-xahar ta’ Marzu 2013. Il-figuri ta’ April mistennija jiġu ippublikati fit- 30 ta Mejju 2013.
Leg 12 PQ #1655 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Impjegati barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemm impjegati barranin mal-Air Malta llum, informazzjoni li mhux sensitiva?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hemm 10 ħaddiema barranin.
Leg 12 PQ #1040 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — skemi għall-għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skema ġiet imnedija biex tingħata għajnuna finanzjarja lill-kunsilli lokali mill-bidu tas-sena sal-lum? X'inhu l-iskop ta' kull skema li ġiet imnedija? Kemm hemm flus ivvutati għal kull skema? Kemm-il kunsill lokali hu mistenni li jibbenefika minn dawn l-iskemi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa din is-sena kienu varati ħames (5) skemi għall-Kunsilli Lokali kif ġej: Skema Allokazzjoni Numru ta’ Kunsilli Lokali Kultura (Part 2) € 169,000 56 Sports € 29,842.88 36 Book Box € 8,800 7 Inizjattivi Specjali € 110,481 11 Libreriji € 26,807.82 47 L-iskop ta’ kull waħda minn dawn l-iskemi hu li tingħata għajnuna diretta lill-Kunsilli Lokali bl’għan ewlieni li jingħata stimolu lill-attivita’ kulturali, edukattiva u sportiva fil-lokalitajiet rispettivi.
Leg 12 PQ #1041 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi biex tingħata għajnuna lill-kunsilli lokali fil-ħidma tagħhom hemm ippjanati li jinħarġu minn issa sal-aħħar tas-sena? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull skema li hemm il-ħsieb li tinħareġ, kemm se jkun il-vot allokat għal kull skema u kemm-il kunsill hu mistenni jibbenefika minn kull skema?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li l-iskemi għadhom qiegħdin jinħadmu, kif jitfassal il-pjan dwar dawn l-iskemi, l-informazzjoni ser tiġi ippublikata.
Leg 12 PQ #1042 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — ismijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq bl-ismijiet tal-istess toroq li saru mill-kunsilli lokali, wieħed wieħed, u sena b'sena għas-snin 2010, 2011, 2012 u din is-sena sal-aħħar ta' April 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba li jkopru sa April 2013.
Leg 12 PQ #1257 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruise liners — Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' turisti li żaru Malta permezz ta' cruise liners matul ix-xahar ta' April 2013 u kemm kien in-numru tal-istess turisti f'April 2012?

Response (VELLA, KARMENU)

L-aħħar statistika fuq cruise passengers ġiet pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tkopri l-perjodu Jannar sa Marzu 2013. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha m'hijiex disponibbli.
Leg 12 PQ #1258 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Is-Siġġiewi (Għar Lapsi) — tisbiħ fil-bajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' Għar Lapsi fis-Siġġiewi? Jekk iva, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa għaddej b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ f’Għar Lapsi. Dawn jinkludu l-manutenzjoni tar-railings tal-ħadid u tal-bankijiet, bdil ta’ tabelli u bdil tal-fanali f’Għar Lapsi Park. Ix-xogħol mistenni jitlesta matul il-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #185 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti b'direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru tat-Turiżmu u minn dipartimenti jew entitajiet fi ħdan il-Ministeru ma’ kien hemm l-ebda persuni, kumpaniji jew partnerships li ngħataw kuntratti jew appointment ta' konsulenza permezz ta' direct order.
Leg 12 PQ #552 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.