B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10886 fejn il-Ministru qed jgħid li għandu pjan ħolistiku għall-immaniġġar tat-traffiku għall-pajji¿ kollu u li jinkludi wkoll lil Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jispjega fil-qosor il-mi¿uri speċifiċi, bħal toroq ġodda, sinjali, tibdil f’direzzjoni tat-traffiku eċċ., li se jkunu qed jittieħdu għal Ħal Qormi u f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid kif dawn il-miżuri speċifiċi għal Ħal Qormi se jsolvu s-sitwazzjoni ħażina tat-traffiku eżistenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li hemm diversi miżuri speċifiċi li qed jiġu ppjanati għal Ħal-Qormi fuq it-toroq arterjali w distributorji li kollha huma ntiżi sabiex itejbu it-traffiku ġo Ħal-Qormi kif ġej:
1. Addizzjoni ta’
inner flare
fi Triq Ħal-Luqa fl-inkroċju tar-
roundabout
k/m Triq Imdina
2. Twesseigħ ta’ parti minn Triq Imdina għal żewġ karreġġjati fil-parti minn k/m Triq San Bartilmew sa biswit k/m Triq il-Ġdida
3. L-immarkar tal-linji tal-karreġġjata mar-
roundabout
ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Ħal-Qormi
4. L-immarkar tal-linji tal-karreġġjata mar-
roundabout
ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Imdina
5. Addizzjoni ta’
inner flare
fit-triq li tagħti minn Triq San Bastjan għall-inkroċju tar-
roundabout
k/m Triq Manuel Dimech.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10887 u peress li mistoqsija 10886 kontra kif indikat ma tirreferix għall-mistoqsija 10887, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-każ partikolari ta’ Triq il-Ħelsien u Triq il-Wied f’Ħal-Qormi hux qed jikkunsidra serjament miżuri effettivi, inkluż il-bini ta’ toroq ġodda ’l barra mill-parti residenzjali ta’ Ħal-Qormi, biex jevita li Triq il-Ħelsien u Triq il-Wied, li huma essenzjalment toroq residenzjali, ma jibqgħux jiġu ttrattati bħala toroq arterjali bil-volum qawwi ta’ traffiku li jgħaddi minnhom u jinfirex f’toroq oħra interni f’Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta tibni toroq ġodda skont l-iskema tal-MEPA u wkoll skont il-pjan lokali. Madankollu l-istess Transport Malta tintervjeni f’ċirkostanzi partikolari.
Ħal Qormi – miżuri ta’ sigurtà għar-residenti ta’ qrib il-Wied
Question
B’referenza għall-mistoqsija 10888 u peress li l-Ministru ġie mistoqsi x’se jagħmel il-Gvern dwar it-traffiku fil-Wied ta’ Ħal-Qormi u mhux jekk irċeviex proposti għal interventi ġodda fil-Wied, u peress li ma ġiex mistoqsi jekk il-Wied hux fil-fatt triq jew open channel iżda sempliċiment ġiet miġbuda l-attenzjoni tiegħu li l-Wied qed jilqa’ fih volum qawwi ta’ traffiku bħallikieku kien xi triq arterjali, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun qed jagħmel biex ipatti għall-influss tat-traffiku u l-periklu għas-saħħa u s-sigurtà tan-nies tal-Wied ta’ Ħal Qormi issa li tlesta l-proġett tal-ilma tal-għargħar mibdi fil-leġiżlatura li għaddiet minn fondi Ewropej?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġa’ ntqal fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 10885 u 10886, dan il-Gvern huwa mpenjat li jindirizza l-problema tat-traffiku b’mod ħolistiku.
Fil-frattemp, jien infurmat li għadha kemm tlestiet
pelican crossing
ġdida fi Triq il-Wied sabiex il-pedonali jkunu jistgħu jaqsmu min-naħa għall-oħra b’mod iktar sikur.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4924, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun possibbli li quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei jitwaħħlu bus shelters akbar minn dawk li hemm fil-preżent għax dawk li hemm fil-preżent mhumiex kbar biżżejjed biex jagħtu kenn mix-xemx u mix-xita lil dawk in-nies kollha li jiffrekwentaw l-Isptar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru li għadda, fuq il-bus stop ta’ quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei twaħħlet tinda (canopy) twila 17-il metru. Din it-tinda hija simili għal dawk illi twaħħlu ġewwa l-Ajruport, il-Marsa Park and Ride kif ukoll ġewwa l-Universita’ ta’ Malta u hija maħsuba sabiex toffri kenn mill-elementi lill-passiġġiera illi jkunu qegħdin jistennew biex jirkbu l-karrozzi tal-linja.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4925, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitwaħħal il-bus shelter fil-Venda ta’ Birkirkara ta’ ħdejn il-BOV biex in-nies ikunu jistgħu jistkennu mill-elementi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12726.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi ħaġa fl-infrastruttura biex b’dan il-mezz, l-ilma tax-xita, minflok jintilef fil-baħar, ikun jista’ jipperkola għal ħin iktar fit-tul fl-art u blat ta’ taħt l-art u b’hekk iżid l-ilma fl-akwiferi li għandna taħt l-art?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Proġett Nazzjonali Għat-Taffija tal-Għargħar (National Flood Relief Project – NFRP), huwa mfassal b’tali mod li jintegra miżuri sabiex l-ilma tax-xita li jkun qed jinġabar mit-toroq għal ġol-mini, biex itaffi l-għargħar minn dawk it-toroq, ma jintremiex kollu il-baħar. Ammont sostanzjali jinżamm ġewwa strutturi mibnija apposta biex jaħżnu l-ilma f’tarf il-mini, proprju fejn jiżbukkaw fuq il-kosta f’ Ta’ Xbiex u bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn. Dawn l-istrutturi jimtlew bl-ilma tax-xita u jaħżnuh hemmhekk minn fejn ikun jista’ jiġi ppumpjat lura għall-lok minn fejn jitħalla biex jipperkola għal ħin aktar fit-tul fl-art u l-blat u b’hekk iżid l-ilma fl-akwifer li għandna taħt l-art. Mill-istruttura f’Ta’ Xbiex, l-ilma ser ikun ippumpjat lura sal-Gżira, fejn inbena soakaway reservoir imsaqqaf, għal dan l-iskop speċifiku – proprju biex nissuplixxu l-akwifer bl-ilma tax-xita waqt li dan jissaffa għax jipperkola minn ġol-blat. Mill-istruttura fuq il-kosta qrib Wied il-Għajn, l-ilma ser ikun ippumpjat għall-inħawi tal-Bidni, fejn hemm skontru miftuħ li jilqa’ anke l-ilma tax-xita mill-Wied, u minn fejn normalment l-ilma li jinġabar hemmhekk ukoll jitlaq l-isfel għall-akwifer. Fil-każ tal-mina ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-mina tiżbokka ġo Wied Qirda, u minn hawn l-isfel l-ilma jkompli jsegwi il-korsa ta’ l-ilma naturali fit-tul qabel ma jasal sal-baħar fil-Menqa tal-Marsa. Għalhekk anke l-ilma miġbur mill-mina ta’ Ħaż-Żebbuġ ser ikollu ċans jipperkola fl-akwifer.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir investiment biex titjieb l-infrastruttura (bħal drenaġġ) minħabba l-influss u żidiet qawwija li qed ikollna fit-turiżmu f’dawn l-aħħar għoxrin xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12644, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-11-l okkazzjoni bejn Jannar u Ottubru 2014 fejn inġbdet l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar il-preżenza ta' skart akkumulat? Meta ġie rappurtat u meta tnaddaf dan l-istess skart?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li mhux f’pożizzjoni li nagħti informazzjoni meta tnaddaf il-materjal tal-iskart mill-Kunsill Lokali , iżda qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ meta saret l-ispezzjoni min- naħa ta’ ħaddiema tad-Direttorat li jikkonfermaw li x-xogħol sar.
Transport Malta – Vacancies ta’ Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jew jikkonferma jekk it-tliet impjegati li isimhom qed jingħata separatament humiex il-persuni indikati għall-vacancies ta’ Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control li nħarġu fi ħdan Transport Malta? ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess sabiex jimtlew dawn il-vakanzi għadu mhux konkluż.
B'referenza għad-diskors tal-baġit fejn saret referenza għal studji li qed jagħmel il-Gvern biex isir breakwater f'Marsaxlokk ħalli jipproteġi lis-sajjieda, jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-istudji hemmx inklużi proposti għal breakwater quddiem il-pitch tal-waterpolo u għall-estensjoni tal-breakwater eżistenti quddiem il-power station ta' Delimara? Il-Gvern se jagħmel studji għal lokazzjoniijiet oħra għal breakwater f'Marsaxlokk? Meta se jiġu konklużi dawn l-istudji? Meta għandu ħsieb li jibda u jispiċċa x-xogħol relatat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
L-Imsida — Aċċess għal Karreġġjata qrib il-Monument tal-Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-aċċess għall-karreġġjata tat-triq ta' mal-Monument tal-Ħaddiema li mid-direzzjoni mill-Belt lejn Birkirkara tista’ terġa tieħdok lejn il-Belt, hux se jingħalaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru studji u qed jiġu diskussi alternattivi oħra biex tittieħed deċiżjoni fl-immedjat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10885, u peress li l-Kunsill Laburista ta’ Ħal-Qormi qatt ma ċaħad li talab biex tiġi indirizzata l-accident black spot fl-inkroċju ta’ Triq l-Imdina/Manuel Dimech (ħdejn il-Qormi Sports & Fitness Park) i¿da fl-istess waqt stqarr li s-soluzzjoni dwar din it-talba saret mingħajr ebda konsultazzjoni miegħu bil-konsegwenza li solviet problema u ħolqot oħra li diversi drabi timblokka t-traffiku f’Ħal-Qormi kollu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx informat li l-Awtorità dwar it-Trasport kienet se tagħmel xogħol mingħajr ma kkonsultat lill-Kunsill Lokali? Jista’ jgħid jekk hu jaqbilx li l-Awtorità tat-Trasport tinjora kunsill lokali li huwa demokratikament elett mill-poplu? Jekk il-Ministru ma kienx jaf u jekk il-Ministru tassew ma jaqbilx li l-kunsilli lokali għandhom jiġu injorati u ttrattati b’dan il-mod, jista’ jgħid x’passi ħa jieħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien kont infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi irrefera l-problema tal-inkroċju bejn Triq Manuel Dimech u Triq Mdina lill-Awtorità tat-Trasport minħabba li dawn iż-żewg toroq huma parti mis-sistema tat-toroq arterjali u distributorji u għaldaqstant ma kienux responsabilità tal-Kunsill Lokali.
L-Awtorità tat-Trasport qatt ma njorat lill-Kunsill Lokali u fil-fatt ħadmet fuq it-talba tal-Kunsill Lokali sabiex isir intervent f'dan l-inkroċju msemmi.
Jista' l-Onor Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-post saru bus lanes ġodda, matul l-aħħar sentejn? Fejn jinsabu u kemm ġew jiswew flus, ix-xogħlijiet involuti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn is-sentejn saru dawn il-bus lanes:
·
Triq Aldo Moro (Southbound)
– Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ EUR 393,267, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħu l-pajpijiet u jsiru
manholes
għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda.
·
Sliema Ferries
– Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ EUR 950,151.54, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħdu l-pajpijiet u jsiru
manholes
għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda.
·
Msida/Pieta’
– Il-valur tal- kuntratt huwa ta’ EUR 1,341,029.22, VAT inkluż, liema xogħol jinkludi li jinqalgħu l-bankini eżistenti, jitqiegħdu l-pajpijiet u jsiru
manholes
għall-infrastruttura, jinbnew bankini ġodda, jinqala asfalt antik u issir kostruzzjoni tat-triq u jitqiegħed l-asfalt aħdar, issir iż-żebgħa ġdida u jsiru tabelli ġodda, tiġi estiza parti mis-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita.
Billi qrib il-każin Laburista ta' l-Imsida (biex wieħed jidentifika malajr il-post), saru xogħlijiet fit-triq, marbutin ma bidliet fit-traffiku, u billi jidher li kemm meta tkun miexi fid-direzzjoni tal-Belt, kif ukoll meta tkun sejjer mid-direzzjoni tal-Belt lejn l-Università, ma ġietx indirizzata l-problema ta' l-approach lejn il-lights, jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar x'kienet ir-raġuni li għaliha ma sarux il-bidliet neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-parti tat-triq li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant saru dawn it-tibdiliet:
· Ġiet introdotta
lane
addizzjonali fil-
junction
tat-
traffic lights
li hija għall-użu esklużżiv tax-xarabanks tar-rotta. Din il-miżura hija neċessarja sabiex tingħata priorita’ lix-xarabanks tar-rotta w sabiex ittejjeb il-funzjoni ta’ dawn it-
traffic lights
fejn issa x-xarabank tidħol sew fil-
lane
tat-
traffic lights
mingħajr ma tostakola l-passaġġ ta’ vetturi oħra.
· Il-
Bus Stop
li jinsab bejn k/m Rue D’Argens u k/m Triq A Vassalli ġie ddisinjat sabiex xarabank tkun tista tidħol sewwa fil-
bus bay
mingħajr ma tostakola l-passaġġ tal-vetturi sejrin lejn Rue d’Argens jew lejn il-Belt Valletta. Dan il-
Bus Stop
ukoll issa jista jieħu żewġ xarabanks f’daqqa.
· Ġie pprovdut spazju apposta għal
Un/Loading
għall-ħwienet li jinsabu bejn k/m Rue D’Argens u k/m Triq A Vassalli sabiex ma jiġix ostakolat it-traffiku.
San Pawl il-Baħar – Triq is-Simar – petizzjoni mir-residenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew Transport Malta irċevewx xi petizzjoni minn residenti li joqogħdu fi Triq is-Simar, San pawl il-Baħar? Jekk iva, x'kienet din il-petizzjoni, u x'passi ħa dwarha l-Ministeru, permezz ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif diġa’ ġie mwieġeb għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, Transport Malta hija konxja ta’ l-istat ta’ din it-triq u r-responsabilta’ ta’ road formation hija f’idejn l-iżviluppaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-kumpanija Spanjola, l-Autobuses de Leon se jibdew joperaw it-trasport pubbliku meta għad hemm mandat pendenti l-Qorti fil-konfront tal-Gvern?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jistenna l-eżitu tal-mandat illi hemm pendenti l-Qorti u għaldaqstant din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata biss wara li tingħata is-sentenza mill-Qorti.
Transport Malta – pożizzjoni ta’ maintenance manager
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863, jista’ l-Ministru jgħid min kien iċ-Chief Officer li saret it-talba minnu dwar vakanza fil-kariga ta’ maintenance manager?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-talba sabiex tinħoloq il-vakanza ta’ Maintenance Manager ġiet mitluba mis-Senior Operating Officer.
Transport Malta – vetturi attrezzati bit-tracking system
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li xi wħud mill-vetturi ta’ Transport Malta ġiet installata fuqhom tracking system? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min hi l-kumpanija li pprovdiet u stallat dan l-apparat? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta xtrat 13-il vettura li jaħdmu bl-elettriku, liema vetturi jagħmlu parti minn proġett ta’ dimostrazzjoni ko-finanzjat minn fondi Ewropej.
L-ispeċifikazzjonijiet ta’ 9 minn dawn il-vetturi mit-13 mixtrija kienu jinkludu li jkunu mgħammra bi tracking device, liema strument huwa meħtieġ biex tinġabar informazzjoni rikjesta biex ikunu jistgħu isiru l-istudji neċessarji konnessi ma’ dan il-proġett ta’ dimostrazzjoni u riċerka.
Nikkonferma li din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tkejjel l-effiċjenza tal-karozzi in kwistjoni f’ħinijiet u toroq rispettivi f’ħinijiet differenti tal-ġurnata u fi staġuni differenti tas-sena.
Nikkonferma li l-aġent li ssuplixxa 8 minn dawn il-vetturi kkonsenja l-istess vetturi bit-tracking device inkluż.
Id-disa’ vettura li nxtrat mill-Ġermanja, kellha tiġi mgħammra wkoll bi tracking device minn Transport Malta wara talba għall-kwotazzjoni minn suppliers differenti, bl-irħas offerta mitfugħa ġiet magħżula biex tinstalla t-tracking device. Dan minħabba l-fatt li din il-vettura inġiebet apposta mill-fabbrika fil-Ġermanja għal fini ta’ dan il-proġett u liema vettura ma toħroġx mill-fabbrika mgħammra b’dan l-istrument.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema grad qiegħed ix-xufier taċ-Chairman ta’ Transport Malta? Kif ġiet ingaġġat ma’ Transport Malta din il-persuna? Jista’ jgħid x’salarju u perkaċċi oħra għandu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qiegħed fil-grad ta’ xufier, b’salarju ekwivalenti għal ta’ xufier impjegat f’segretarjat ta’ Ministeru (Salary Scale 14). Din il-persuna ġiet impjegata fuq bażi ta’ position of trust.