Peress li jirriżulta li fl-Imtarfa ex-married quarters għaddejjin cables tad-dawl mirdumin fil-ħamrija u fittings oħra tad-dawl li qed joħolqu nuqqas ta' sigurezza fis-sistema tad-dawl, jista' d-dipartiment jinvestiga u jbiddel dawn is-sistemi mill-aktar fis possibbli qabel ma jkun hemm xi inċidenti fatali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma jirrizultax li d-dawl imsemmija jaqghu taht ir-responsabbilita` tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema ministeri, dipartimenti, korpi parastatali, entitajiet pubbliċi jew privati l-Freeport Terminal Malta Limited tal-Korporazzjoni tal-Freeport qiegħed jagħmel trattivi jew diskussjonijiet biex l-engineering office tagħhom jagħti servizzi ta' konsulenza lilhom billi jgħid fuq liema proġetti tagħhom hu previst li dan l-Uffiċċju jaħdem filwaqt li jagħti lista' ta' l-impjegati li jaħdmu f'dan l-uffiċċju flimkien mal-gradi tagħhom u kopja tal-curriculum vitae ta' kull impjegat partikolari? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif l-istess korporazzjoni qiegħda tħares lejn dan l-uffiċċju ladarba din tiġi pprivatizzata u s-servizzi li tkun qiegħda tagħti lil dipartimenti governattivi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawk il-ftehim li diġa' kienu ffirmati bejn il-Freeport u l-entitajiet imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Freeport Terminal Malta plc m`hi taghmel ebda tentattivi biex l-ufficcju ta` l-inginerija taghha jaghti servizz ta` konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-laħam li jixtru l-butcher shop bħal fil-każ ta' bobbie veal għola minn Lm1.20c għal Lm1.60c-il kilo?
Kemm fil-fatt għola għal konsumatur dan il-prodott matul dawn l-aħħar 20 xahar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kuntrarjament ghaldak li qed isostni l-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Kummerc ma rcieva ebda ilment dwar zieda fil-prezz tal-bobbie veal.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pork loin għolliet minn Lm1.03c għal Lm1.12c għal butcher shop?
Kemm se jogħla għal konsumatur lokali dan il-prodott fil-ġimgħat li ġejjin?
Jikkonferma l-Ministru li l-koxxa tal-majjal għoliet minn Lm1.00c għal Lm1.14c il-kilo għal butcher shop u l-kustilji ta' l-għonq tal-majjal minn Lm1.00 saru għal Lm1.12 il-kilo?
Jekk iva, kemm se jkunu l-prezzijiet għal konsumatur lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ordni tal-prezz lill-bejjiegh ta` karkassa tal-porku frisk ma nbidlitx. Id-Dipartiment tal-Kummerc ma rcieva ebda ilment dwar zieda fil-prezz tal-qatghat imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba sabiex tiddawwal l-Imtarfa bypass? X'inhija l-pożizzjoni ta' l-Enemalta dwar dan il-bżonn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ispiża sabiex tiddawwal il-Bypass ta` l-Imtarfa tammonta għal madwar LM43,000. It-talba qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma` numru ta` talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex il-Malta Shipbuilding ikollhom aktar xogħol la jitlesta x-xogħol li hemm għaddej bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16714, li kienet tittratta l-istess materja, waqt is-Seduta numru 312 tat-Tlieta 13 ta` Ġunju 2000.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14967?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-pjanijiet dwar il-Villaġġ tas-Snajja f`Ta` Qali għadu ma ġiex finalizzat, ma naħsibx li jkun opportun li wieħed jagħti dettalji f`dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16068 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe': Jistax jikkonferma li residenti fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien qegħdin ibatu minn dawl baxx jew nieqes fit-triq? Jekk fl-affermattiv, jista' jipprova jirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'sar mit-talba li għamel il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l-arblu tad-dawl żejjed li hemm proprju quddiem il-bieb tal-garage tad-dar tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma li ntbagħat lill-inkwilin fl-indirizz li qed jintbagħat separatament, (Ref. 100000 1608) peress li l-ammont mitlub jidher aċċessiv?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif kelli okkażjoni ngħid meta weġibt għall-mistoqsijiet simili preċedenti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma għandha taqsima msejjħa ~Customer Care~ proprju biex tilqa` l-ilmenti taċ-ċittadini, fosthom dawk dwar kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk il-persuna kkonċernata tirreferi l-ilment tagħha lit-taqsima msemmija.
Peress li skond l-Indiċi tal-Prezzijiet ippubblikat fit-13 ta' Ġunju, 2000 l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni għolew minn 126.46 f'Marzu 2000 għal 132.7 f'April 2000, jista' l-Ministru jgħid x'kien sewwa sew dak li kkaġuna din iż-żieda ta' 6.3?
Response (BONNICI, JOSEF)
Iż-Żidiet fl-indiċi imsemmi ġew ikkaġunati miż-żidiet fil-ħlas mitlub mill-iskejjel privati, miż-żidiet fil-ħlas għall-elezzjonijiet privati kif ukoll miż-żidiet fil-miżati għat-trasport tat-tfal ta` l-iskola.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex meter żejjed ta' l-ilma ta' persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - jitneħħa peress li, apparti li mhux qed isir użu minnu, ilha li saret applikazzjoni f'dan is-sens tliet snin ilu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ jittieħed l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol fuq l-arblu l-ġdid li twaħħa f'Wied il-Bużbież qrib l-inħawi ta' F/Hse Montana Landrijiet L/O Rabat, ħdejn it-transformer tad-dawl?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xoghol li qed issir riferenza ghalih, mistenni jitkompla flimkien ma` xogholijiet ohra.
B'riferenza għall-aħħar delegazzjonijiet tal-METCO li żaru l-Libja, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kumpanniji Maltin li wrer interess li jinvestu fil-Libja fuq proġetti ta' produzzjoni u proċessar ta' l-ikel? Xi żviluppi ta' kontinwazzjoni tinsab għaddejja fuqhom il-METCO fil-Libja sabiex jirnexxu dawn il-proġetti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li mis-sebghin kumpanija li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni tal-METCO li zaret il-Libja f`April li ghadda, sebgha minnhom joperaw fl-industrija ta` l-ikel. Il-parti l-kbira tad-diskussjonijiet saru direttament u fuq bazi privata bejn il-kumpaniji Maltin u dawk Libjani. Ghaldaqstant il-METCO ma ghandhiex dettalji dwar in-numru ta` kumpaniji Maltin li wrew interess li jinvestu fil-Libja, inkluz fl-industrija ta` l-ikel.
Ta` min jinnota li l-kumpaniji Maltin li hadu sehem f`din il-missjoni kummercjali, ma ghandhom ebda obbligu li jinfurmaw lill-METCO bl-izviluppi li jkun hemm b`rizultat tat-tahdidiet u negozjati li jkunu saru.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani imħejjija għall-irħula artiġġjanali f'Ta' Qali u Ta' Dbiegi mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp? F'liema stadju ta' twettiq waslu? Meta se jitlestew il-proġetti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-pjani dwar l-irhula artigjanali f`Ta` Qali u Ta` Dbiegi ghadhom ma gewx konkluzi u ghalhekk mhux prudenti li f`dan l-istadju jinghataw dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet l-ispiża tal-ħsarat li twettqu f'Awissu 1999 fl-ajruport internazzjonali ta' Malta waqt l-azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers Union?
Huwa minnu li l-fire engines li fuqhom saret ħsara volontarja waqt l-inċidenti li nqalgħu ma setgħux jitranġaw u se jkollhom jinbidlu?
Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża biex jinxtraw fire engines ġodda?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of referernce kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qed jikkordina numru ta` studji sabiex jigi stabbilit f`aktar dettal l-impatt potenzjali li s-shubija fl-Unjoni Ewropea jista` jkollha fuq diversi oqsma partikulari.
Il-parti l-kbira ta` dawn l-istudji qed isiru internament minn ufficjali fi hdan l-istess dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet ohra li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi.
Tmien studju gew kummissjonati barra l-Ministeru lil ditti ta` konsulenti jew lil esperti individwali. Dawn kienu:
SUGGETT KONSULENTI
Additiona l Certification for Medicinal Access Euro Consulting
and Plant Protection Products
European Patent Convention (EPC) Access Euro Consulting
and the Patent Co-operation Treaty (PCT)
Impact Study on the Retention of the Lino Bianco and Associates
Status Quo regarding the Exportation
of Maltese Stone
Free Movement and Establishment for Access Euro Consulting
the various Services Sectors
Impact Study on Consumer and Health Advocates Micallef
Protection - Product Liability
Impact Study on the registration, Europa Advice, KPMG, MISCO
licensing, manufacturing, importation
and retailing of medicinal products for
Human and Animal Consumption
Food Hygiene in the food Wholesale, Dr. Joseph G. Mallia
Retail, Distribution and Catering
Sectors
Food Hygiene in the food Dr. Joseph G. Mallia
Manufacturing and Processing Sector
Huwa mistenni li dawn l-istudji jigu konkluzi sa l-ahhar ta` dan ix-xahar. It-terms of reference ghal dawn l-istudji saru minn ufficjali gholja fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici wara konsultazzjoni mad-Direttorat ghall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin.