Baġit 2014 — Line Item Nru 7901, Vot Nru XVI Capital - EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5928, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7901 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds (A) (Estimi 2014: paġna 318) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €14,715,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ddettaljata.
Operazzjonijiet tal-katarretti u total knee replacement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet mill-Gvern (anke dawk imħallsin mill-Gvern li saru f’sptarijiet privati) tal-katarretti u tat-total knee replacement fis-sena 2012 u fis-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet tat-total knee replacement u katarretti rreġistrati li saru fis-sena 2012 u 2013 fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt.
Filwaqt li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Katarretti li saru f’sptarijiet privati mħallsa mill-Gvern ammontaw għal 1628 u 448 għas-snin 2012 u 2013 rispettivament.
Ma kienx hemm operazzjonijiet ta’
Total Knee Replacement
li saru fl-isptarijiet privati mħallsa mill-Gvern f’dawn is- snin.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2013? F’kull każ jista’ jgħid:
x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
meta tqabbad;
kemm sewa jew se jiswa;
kif intgħażel il-kuntrattur;
min għażel il-kuntrattur; u
meta tlesta jew se jitlesta x-xogħol?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema
Question
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4206 u 5341, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma jeżistux kodiċi ta’ etika u/jew imġiba professjonali u/jew dokument intiż biex iservi għal dawn l-għanijiet li japplikaw għat-tobba, nurses u qwiebel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5341.
Foundation for Medical Services — management accounts
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5745, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji għalxiex bejn din is-sena u s-sena l-oħra hemm qabża ta’ 30% fl-ispiża tal-pagi tal-Foundation for Medical Services?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li huwa żbaljat fil-kalkoli tiegħu. Bejn is-sena 2013 u s-sena 2012 effettivament kien hemm tnaqqis ta’ 0.7% fl-ispiża tal-pagi tal-Fondazzjoni għas-Sevizzi Mediċi.
Il-management accounts li ntbgħatu mall-PQ 5745 juru l-ispiża totali tal-pagi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi sa l-aħħar ta’ Settembru 2013 kienet ta’ € 838,208. Għall-istess perijodu sa Settembru 2012, l-ispiża kienet tammonta għal € 844,027 jiġifieri 0.7% iktar mill-ispiża tas-sena 2013.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ impjegati ġodda fil-Foundation for Medical Services u għal kull każ jagħti l-isem tal-persuna, il-grad li ġiet ingaġġata fih, ġietx ingaġġata minn barra s-settur pubbliku u x’paga u benefiċċji għandha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Baġit 2014 — Vot Nru 0999 – Miscellaneous Receipts
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5921, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Vot Nru 0999 bit-titlu Miscellaneous Receipts (Estimi 2014: paġna 316) u jagħtu elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €1,800,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Baġit 2014 — Line Item Nru 30, Vot Nru 47 – Contractual Services
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5922, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 30 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Contractual Services (Estimi 2014: paġna 317) u jagħtu elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €26,000,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ € 26,000,000.
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Jista’ l-Onorevoli Membru jispeċifika l-kelma varjazzjonijiet li ntużat fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-Isptar tal-Onkoloġija li qed jinbena? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-artist, kemm-il opra tal-arti nxtrat, il-prezz u l-mod li bih intgħażel l-artist?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ġew ikkummissjonati l-ebda opri tal-arti għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ stock control system qed jużaw jew beħsiebhom jużaw il-Ministeru għas-Saħħa u s-CPSU sabiex jassiguraw li l-mediċini għall-użu tal-pazjenti ma jinqabdux out of stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fin-nuqqas ta’ sistema, d-Dipartiment ħareġ b’inizjattivi biex l-pazjent jiġi moqdi u assigurat trattament kontinwu billi:
1. Informazzjoni ċentrali ta’ domanda ta’ kull entità bħalha ‘forecast’ 2014 li tiġi modifikata kull xahar skont l-użu
2. Implementazzjoni ta’ apparat tekniku kullimkien biex ikun hemm indikazzjoni ċara tal-użu tal-mediċina
3. L-intitolament tal-mediċini u apparat mediku ċentrillizat
4. ‘Cash flow’ maħsuba skont l-‘forecast’ biex tlaħħaq man-nefqa annwali bi ftehim kontinwu mal-Minsiteru tal–Finanzi
5. Ġie maħluq tim biex jieħu ħsieb l-‘out of stock’ ta’ kull entita’ ħalli l-mediċina tiġi utilizata kif suppost u ma jkunx hemm ħela
6. Ġie maħluq raport elektroniku bħalha monitoraġġ tal-‘out of stock’ kif ukoll dawk il-prodotti li huma taħt il-livell minimu ta’ l-ordni
7. L-‘out of stock’ bdiet tiġi ppublikata bħalha metodu transparenti kif ukoll ta’ informazzjoni
8. L-ordnijiet qegħdin ssiru darba f’sena bil-prodotti jitwasslu kull xahar .
Qed jsir ukoll 'cyclic counting' fuq l-istok b'mod kontinwu biex jigi assigurat il-kwantità eżatta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna għall-operazzjoni tal-kataretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz qed jiġi segwid mid-dipartiment tal-Customer Care fil-Ministeru
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet tad-demm li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat lil figuri li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huma ta’ nies li tteħdilhom id-demm iżda ħafna drabi kull individwu jkollu aktar minn test wieħed.
Infurmat ukoll li ma’ tinzammx statistika għal kull tip ta’ test li ttieħed, ħlief ta’ l-
INR.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li testitjiet tas-CT Scan, MRI u oħrajn simili li saru f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif imqassma għal kull kategorija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandhomx xi benefiċċji marbutin mas-servizzi tas-saħħa (eż. mediċini b’xejn, prijorità fuq aċċess għas-servizzi eċċ.)? Jekk iva, jista’ jelenkahom fid-dettall u jgħid kif dawn huma regolati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li diversi ċirkolari ħarġu matul is-snin relatati ma’ kategoriji ta’ ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l- intitolament ta’ mediċini b’xejn. L-aħħar ċirkolari, DH 375/13, ġiet maħruġa fit-12 ta’ Diċembru 2013 fejn il-Medicines Entitlement Unit fi ħdan id-Directorate for Pharmaceutical Affairs ser jibda joħroġ dan it-tip t’intitolament (Kartuna Griża) fuq awtorizzazzjoni tad-Direttur/Kap Amministrattiv jew delegat awtorizzat minnhom.
Mediċini awtorizzati fuq dan it-tip t’intolament huma dawk mmarkati bħala
pink positive
fuq il-Formularju tal-Gvern u li ħa jintużaw f’każ ta’ mard jew korriment relatat max-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.