Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma kollha responsabilita’ tal-Gvern Ċentrali u huma inklużi fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed iħejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jindika u jispjega x-xogħol li qed isir fil-Forti Sant'Anġlu sabiex dan jerġa' jakkwista s-sbuħija u d-dehra li darba kellu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
F'dawn l-aħħar xhur il-Ministeru ta' l-Iżvilupp Urban u t-Toroq xpruna x-xogħolijiet ta' restawr li qed isiru mill-Konsorzju Cottonera Waterfront Development. Dan il-Konsorzju wettaq xogħolijiet fuq:
1.Il-Bieb tal-Fortizza fejn sar studju intensiv tad-degradd u proposti għar-restawr
2.Tnaddfu u ġew ddisinjati proposti ta' użi ġodda għall-parti msemmija 'Sea Gate Vaults'
3.Qed jigi ddisinjat proġett ta' rijabilitazzjoni fuq il-parti ta' isfel tal-Fortizza magħrufa bħala 'De Gurial Battery'
4.Saru ukoll studji u tlestew d-disinji għar-rijabilitazzjoni tal-impjant ta' distilazzjoni li kien maħsub li jintuża
għat-Thalasso Therapy
5.Il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura installa sistema ta' dawl madwar Sant'Anġlu
Jista' il-Ministru jara, fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, li Triq ix-Xwieni fil-Marsa (Albertown) tiġi asfaltata mill-aktar fis minħabba li qegħda fi stat ħażin ferm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi din it-triq hija waħda mill-prijoritajiet li d-Direttorat qiegħed iħares lejhom għas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali mir-Raba' Distrett (Paola, Gudja, Marsa, Sta. Luċija, Tarxien) li sal-lum aċċettaw jew talbu għal għotja/self ta' Lm75,000 mill-Gvern Ċentrali sabiex jiġu asfaltati toroq fi ħdanhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi il-Kunsill Lokali tar-Raba’ Distrett li sal-lum aċċettaw jew talbu għal għotja/self mingħand l-ADT ta’ Lm75,000 biex jibnu u jasfaltaw jew jibnu mill-ġdid u jasfaltaw toroq huma dawn li ġejjin:
1.Gudja
2.Raħal Ġdid
3.Santa Luċija
Minn dawn sar ftehim biss mall-Kunsill Lokali tal-Gudja. Ix-xogħolijiet ta' toroq indikati fil-ftehim ma' dan il-Kunsill issa tlesta.
Jista' il-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li sal-lum aċċettaw l-għotja/self ta' Lm75,000 mill-Gvern Ċentrali sabiex jasfaltaw toroq fil-lokalitajiet tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi il-Kunsill Lokali li sal-lum iffirmaw kuntratt ma’ l-ADT ta’ Lm75,000 biex jibnu u jasfaltaw jew jibnu mill-ġdid u jasfaltaw toroq huma dawn li ġejjin:
1. Bormla 11.Pieta
2. Dingli 12.Rabat (Malta)
3. Għargur 13.San Ġiljan
4. Gudja 14.San Ġwann
5. Iklin 15.San Pawl il-Bahar
6. Isla 16.Siġġiewi
7. Kirkop 17.Swieqi
8. Marsaxlokk 18.Żabbar
9. Mġarr (Malta) 19.Żebbug (Malta)
10.Mosta 20.Żejtun
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief li ġie ppreparat għall-proġett ta' l-areamadwar il-Baċir numru 1, Bormla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Brief dwar ir-riġenerazzjoni tal-Baċir Nru 1 ser ikun aċċessibli fuq is-sit tal-MEPA bħala proċess ta' konsultazzjoni pubblika mill-lum 7 ta' Diċembru, 2004.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir ir-roundabout li suppost hemm fil-bidu tat-triq li nfetħet li tagħti għall-Għargħur u n-Naxxar fejn bħalissa hemm xi barrikati u hemm diżordni sħiħa tat-traffiku wara li ngħalqet l-entratura għall-Għargħur min-naħa ta' Triq San Pawl, Naxxar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport għall-bini ta' din ir-roundaboutgħandha applikazzjoni pendenti mal-MEPA (Malta Environment and Planning Authority), li bħalissa qed tiġi pproċessata mill-Case Officer (tal-MEPA) responsabbli. F’dan ir-rigward ġiet sottomessa ukoll talba lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet biex isiru l-arranġamenti kollha biex tittieħed l-art neċessarja biex dan ix-xogħol ikun jista' jitwettaq. Huwa mistenni li x-xogħol isir fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq San Ġorġ f'San Ġiljan hux se ssir fil-futur qarib? Jekk fl-affermattiv, meta u kemm se tiġi tiswa lill-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hija l-intenzjoni tal-Ministeru u l-Awtorita' dwar it-Trasport li x-xogħolijiet fi Triq San Ġorġ f'San Ġiljan isiru fl-ewwel ġimgħat tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li beħsiebu jagħti priorita' lil numru ta' toroq ġodda li għadhom ma sarux f'Wied il-Għajn? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq li se jsiru mill-gvern f'Wied il-Għajn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f’dawn il-ġranet beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini ta’ dawn it-toroq: Triq ir-Roża, Triq il-Ħamrija u parti minn Triq l-Aħdar.
Sadanittant, matul din is-sena ħargu wkoll it-tenders għall-bini ta’ Triq Patri Wistin Born, parti minn Triq l-Aħmar u parti minn Triq il-Kannella. Ix-xogħol fuq dawn it-toroq se jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati ta' tests li l-ADT wettqet f'materjali ġodda, inkluż materjal elastoplastiku, għall-użu fit-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dawn il-materjali ġew applikati f'Jannar li għadda u ż-żmien neċessarju biex jiġu evaluati huwa ta' sena. S'issa kull xagħrejn qed jiġu esegwiti testijiet fuq dawn il-materjali biex jiġu evaluati. Wara sena jkun jista' jsir rapport dettaljat fuq il' performance ta' dawn il-materjali.
Jista' il-Ministru jara li titniżżel Triq l-Istitut Bonnici Sta. Venera fil-lista tat-toroq li jeħtieġ isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Għandha ssir site inspection fit-triq imsemmija sabiex ikun evalwat ix-xogħol li jeħtieġ isir u jekk dan hux responsabbilita' ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport li dan isir.
Jista' il-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta. Venera li riċentement saret mid-dipartiment tat-toroq sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jidħlu fil-garaxx?
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li bħalissa hawn żewġ kumpanniji Maltin li għandhom karozzi/buses double-deckers miżmumin u li ma jistgħux jużawhom fuq it-toroq Maltin, il-ġimgħa l-oħra kien hawn kumpannija Ġermaniża li tħalliet tniżżel karozzi double-deckers bit-turisti b'kollox mill-cruise liner terminal u ssuqhom fit-toroq Maltin?
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, ecc li jaqgħu taħt il-Ministeru ta’ l-Izvilupp Urban u t-Toroq kienet tammonta għal Lm33,560.25.
Huwa stmat li bejn Ottubru u Diċembru ta’ din is-sena ser jintefqu Lm10,837.99 oħra fuq safar, jiġifieri l-ispi¿a totali sa l-aħħar tas-sena hu kkalkulat li tavvicina il Lm44,398.51.
Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fil-ġranet li għaddew ġew Malta b'xi turisti żewġ double deckers minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea u għamlu madwar ħamest ijiem xogħol f'Malta? Jekk hu hekk, minn liema pajjiż ġew u kemm kellhom passiġġieri?
Kif jispjega li filwaqt li double deckers li ġew minn pajjiż ieħor jistgħu jaħdmu Malta, sitt double deckers ta' żewġ sidien tal-coaches Maltin li ilhom Malta għal madwar għaxar snin, għadhom s'issa ma nħarġilhomx il-permess meħtieġ biex ikunu jistgħu joperaw f'pajjiżna meta hawn suq turistiku għalihom? Hemm impenn min-naħa tal-gvern biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li operaturi Ewropej ta’ servizzi għall-ġarr stradali ta’ passiġġieri li jridu joperaw servizzi okkażjonali u servizzi regolari speċjali lejn u minn Malta ma għandhom bżonn l-ebda permess speċjali sakemm il-vetturi użati huma koperti b’liċenzja internazzjonali ta’ operatur u b’liċenzja tal-Komunità, bħal ma għandhom bżonn l-ebda permess operaturi simili Maltin li jridu joperaw servizzi bħala dawn lejn il-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea.
Peress li dawn ma jeħtieġu l-ebda permess biex jidħlu Malta, allura m’għandhomx għalfejn jiddikjaraw lil xi Awtorità f’Malta minn fejn ġew jew kemm għandhom passiġġieri. Madankollu, dik l-informazzjoni tkun reġistrata fuq logbook apposta li jrid jinġarr kontinwament fil-vettura u li jkun irid jintwera mix-xufier meta mitlub li jagħmel dan minn uffiċjal li jispezzjona waqt spezzjoni teknika li tista’ ssir fit-triq jew jekk il-vettura titwaqqaf minn pulizija jew gwardjan lokali.
Għalkemm, kif diġà ingħad, vetturi bħal dawn m'għandhomx bżonn ta’ permess speċjali li jidħlu Malta, xorta waħda dawn iridu jkunu konformi mal-liġijiet ta’ pajjiżna, inklużi dawk dwar piżijiet, dimensjonijiet u tagħmir.
Jien infurmat ukoll li coaches barranin b’turisti barranin ilhom is-snin jiġu Malta.
Il-kwistjoni ta’ l-open top buses li nġiebu Malta hi differenti għaliex dawn il-vetturi la kienu jikkonformaw mar-regolamenti meta ddaħħlu Malta u lanqas jikkonformaw mar-regolamenti li hemm llum. Jien infurmat li l-Awtorità qegħda tevalwa l-politika tagħha dwar l-użu ta’ dawn il-vetturi fid-dawl ta’ dawn iċ-cirkostanzi ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex tiġi rranġata Triq it-Tramm, il-Ħamrun, jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, u jekk fl-affermattiv jistax jgħid meta x-xogħol fuq din it-triq ser jinbeda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Gvern Ċentrali. Infatti, it-tender għall-bini ta' din it-triq ħareġ aktar kmieni din is-sena u ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew. Bħalissa qed issir il-koordinazzjoni neċessarja qabel ikun jista' jibda x-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol biex tiġi rranġata Triq Ġdida fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun, li tibda minn Triq Villambrosa u tispiċċa fi Triq il-Liċeo?
B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li t-traffic lights fi Triq Tal-Barrani (ħdejn il-junction li tgħaqqad triq tal-Barrani maż-Żejtun) qed isiru mill-gvern?
Meta hemm il-ħsieb li jitlestew dawn it-traffic lights?
Kemm se jiġu jiswew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-Xogħolijiet ikkonċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill-gvern. Dawn ix-xogħolijiet huma previsti li jitlestu fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000.