Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1176 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Nefqa għall-użu ta' mobiles

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 kienet tlaħħaq is-somma ta’ €5,919.02.
Leg 12 PQ #1521 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni b’Diżabilità – Rifużjoni ta’ VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ VAT rifuż lil persuni b'diżabilità għax-xiri ta' apparat u tagħmir ieħor li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar indipendenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-liġi tal-VAT m’għandhiex provvedimenti għal rifużjoni ta’ l-ammont ta’ VAT lill-persuni b’diżabilità fuq xiri ta' apparat u tagħmir ieħor li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar indipendenti, l-ebda ammont ta’ VAT ma jiġi rifuż. Ta’ min jgħid iżda, li l-VAT fuq apparat u tagħmir ieħor għall-użu ta’ persuni b’diżabilità jiġi ġeneralment intaxxat b’rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 5%.
Leg 12 PQ #1614 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 734, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-complement kif ukoll salarji, allowances, eċċ... tal-istaff fis-Segretarjati Privati kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Onorevoli Interpellant japprezza li d-diffuzjoni tad-dettalji personali mitluba tista’ tkun ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni.
Leg 12 PQ #278 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin fl-ewwel xahrejn tal-2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi refunds mogħtija liċ-ċittadini fl-ewwel xahrejn għas-snin 2003 sa 2013 huma murija fit-tabella t’hawn taħt. Id-dettalji jirreferu għall-refunds li tħallsu wara l-iskadenza tad-data meta dawn kienu dovuti. Sena Numru Ammont € 2003 170 318,944 2004 2,317 4,500,074 2005 14,316 10,170,957 2006 10,606 9,521,780 2007 6,106 8,948,011 2008 137 99,439 2009 316 283,026 2010 1,024 256,861 2011 643 530,062 2012 6,104 9,054,913 2013 1,594 885,510
Leg 12 PQ #826 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Finanzi

Miżura Continuation of Pension Reform

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura Continuation of Pension Reform hekk kif ippreżentata fil-baġit ta' Novembru 2012 mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ġiet inkluża fil-baġit li ġie ppreżentat mill-Gvern Laburista? Jekk għadha hemm meta beħsiebhom jattwawha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-Onor. Interpellant jaf li l-Gvern il-ġdid wettaq il-wegħda tiegħu li jżomm il-miżuri kollha tal-baġit kif ippreżentati mill-Gvern ta' qabel. Nitlob lill-Onor. Interpellant li jistaqsi lill-Ministru responsabbli dwar it-twettiq tal-mizura li rrefera ghaliha f'din il-mistoqsija
Leg 12 PQ #1045 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxa fuq id-dħul — rifużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-refund u kif se jingħata dan ir-refund lil dawk li ħallsu taxxa fuq id-dħul żejjed fl-ewwel xhur ta' din is-sena issa li daħlu fis-seħħ rati ta' taxxi ġodda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li meta r-rati tat-taxxa ġodda daħlu fil-payroll tal-employers, il-mekkanizmu tal-Final Settlement System (FSS) beda jaġġusta awtomatikament it-tnaqqis tat-taxxa biex it-taxxa li nzammet zejda fil-pagi li tħallsu fl-ewwel xhur tiġi kkunsidrata u sa l-aħħar tas-sena tkun inqatgħet it-taxxa preċiza. B’hekk fil-pagi li se jitħallsu fix-xhur li ġejjin, it-taxxa mnaqqsa bl-FSS se tkun anqas mis-soltu biex tikkumpensa għat-taxxa mnaqqsa zejda. Is-sistema tal-FSS dejjem tagħti kaz it-taxxa li tkun nzammet fil-pagi preċedenti b’hekk tizgura li l-ħaddiem tinqatagħlu taxxa ezatt fuq l-impjieg tiegħu.
Leg 12 PQ #1530 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li jidher li hemm xi problema dwar income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Leg 12 PQ #191 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — konsulenzi mogħtija b'direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #560 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Leg 12 PQ #1043 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

minimum wage — tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jagħti numru, anke approssimattiv, ta' kemm huma dawk li se jgawdu mill-proposta tal-baġit ta' 0% taxxa għal dawk li huma fuq il-minimum wage? Kemm hu stmat li se tiswa din il-miżura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1044 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

xiri tal-ewwel residenza — tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1161 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f seduta oħra.
Leg 12 PQ #1223 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

taxxa — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Leg 12 PQ #1461 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

income tax — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1223.
Leg 12 PQ #1482 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — ħlas ta' sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, grad b’grad, impjegati mad-Dipartiment tal-Vat u kemm minnhom tħallsu sahra matul dawn l aħħar ħames snin? Għal kemm-il siegħa kienet tammonta din is-sahra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f 'seduta oħra.
Leg 12 PQ #258 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn din l-informazzjoni jirriżulta illi n-numru ta’ konsulenzi li ngħataw fil-perijodu mitlub huwa ta’ 69 b’valur totali ta’ €1,571,454.45. Mid-69 konsulenza 3 ma’ ngħatawx b’ direct order .
Leg 12 PQ #1371 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Riċessjoni — miżuri biex tkun kumbattuta

Question

Fid-dawl tal-aħħar tbassir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea fejn qed twissi li r-riċessjoni se tippersisti jew tiżdied fl-Unjoni Ewropea, x’miżuri mistennija jittieħdu sabiex dan jiġi kkumbattut f’pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

It-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Malta juri rata ta' tkabbir ekonomiku relattivament tajba meta mqabbla mal-kumplament taż-żona tal-Ewro. Għaldqstant, filwaqt li l-Gvern huwa u se jibqa' attent għal dak kollu li għaddej madwarna, għalissa żgur li m'hemmx lok għal xi tħassib kbir jew għal xi miżuri addizzjonali min-naħa tagħna.
Leg 12 PQ #1372 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — inizjattivi

Question

Peress li fir-rapport ta’ Fitch, l-aġenzija qed twissi li minkejja l-istabbilità tal-banek lokali wieħed għandu jinnota xi riskji fil-business model addottat mill-kumpaniji Maltin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fl-eventwalità li l-awtoritajiet Ewropej u globali jitfgħu ħarsithom fuq ċentri finanzjarji offshore, jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Bank Ċentrali biex jassiguraw li Malta tibqa’ ċentru finanzjarju internazzjonali minkejja inizjattivi li jistgħu jieħdu awtoritajiet internazzjonali fejn l-impatt fuq is-settur lokali jista’ jkun negattiv?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #734 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Iva. In-numru tagħhom ilaħħaq erbgħa. L-ebda persuna ma kienet fuq ir-reġistru tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ (ETC).
Leg 12 PQ #967 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 601 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, fil-kas tad-Dipartiment tal-VAT, l-EPD, l-FIAU, l-IRD, il-Borża ta’ Malta, id-Dwana, il-Lottu u t-Teżor, ir-risposta hija fin-negattiv.