Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — membri

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5271, 7001 u 8813, jista’ l-Ministru jiċċara u jgħid min kienu l-persuni li nħatru membri tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ Min kienu s-sitt persuni li rriżenjaw minn dan il-bord? Min kienu s-sitt persuni ġodda li nħatru minflokk dawn li rriżenjaw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li nħatru membri tal-Bord Konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ huma dawn li ġejjin: Ms Carmen Fearne Dr Charles Azzopardi Ms Victoria Bugeja Ms Jane Chircop Ms Lauraine Kenely Ms Elaine Micallef Mr Edward Montebello Dr Juliana Scerri Ferrante Ms Monya Vassallo Il-membri li irriżenjaw kienu dawn: Dr Charles Azzopardi Ms Victoria Bugeja Ms Lauraine Kenely Ms Elaine Micallef Mr Edward Montebello Dr Juliana Scerri Ferrante Il-membri li nħatru minflok dawk li irriżenjaw huma: Mr Louis Craus Ms Carmen Cannataci Ms Ritianne Buttigieg Mr Julian Xuereb Ms Frances Mallia Ms Romina Baldwin Ms Nadette Azzopardi Mr Abdikhaliq A. Abdullahi Dr Barbara O’ Brien Ms Alison Bone Bħalissa l-Bord huwa kompost kif gej: Ms Carmen Fearne Ms Jane Chircop Ms Monya Vassallo Mr Louis Craus Ms Carmen Cannataci Ms Ritianne Buttigieg Mr Julian Xuereb Ms Frances Mallia Ms Romina Baldwin Ms Nadette Azzopardi Mr Abdikhaliq A. Abdullahi Dr Barbara O’ Brien Ms Alison Bone

Tfal Taħt Ordni tal-Ħarsien – Talbiet mingħand ġenituri

Question

B’ referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7005 u 8814 u peress li r-risposta għall-istess mistoqsija tikkonferma li f’din il-leġiżlatura ġie introdott customer care msejjaħ Family Support Unit fil-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, sabiex jittratta ma’ dawk il-ġenituri, foster carers u oħrajn li jkunu jridu jitkellmu ma’ xi ħadd fil-Ministeru u peress li dan huwa customer care fi struttura politika lil’hinn minn dak tal-Aġenzija Appoġġ, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm kien hemm ġenituri ta’ tfal taħt l-ordni ta’ ħarsien li talbu lill-Ministru jew lir-rappreżentant tagħha fil-Ministeru sabiex jiltaqgħu mall-Bord Konsultattiv tat-Tfal u Żgħażagħ u ngħataw appuntament dirett mill-Ministeru mingħajr ma qabel kienu riferuti lill-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Appoġġ? Peress li l-mistoqsija qed titlob sempliċiment numru ta’ persuni, jista’ jagħti n-numru eżatt jew inkella jgħid x’inhi l-problema biex tingħata din l-informazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma nbidlet l-ebda proċedura ta’ kif jiffunzjona l-Bord Konsultattiv tat-tfal u żgħażagħ.

Tfal Taħt Ordni tal-Ħarsien – Talbiet mingħand ġenituri

Question

B’ referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7005 u 8814, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li kienet qed tmexxi l-customer care unit msejjaħ Family Support Unit fil-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, sabiex jittratta ma’ ġenituri ta’ tfal b’care orders, foster carers u oħrajn? Jista l-Ministru jgħid jekk din il-persuna kinetx impjegata tas-segretarjat tal-Ministru u jekk fl-istess ħin kienetx tokkupa xi karigi jew ħatriet governattivi oħra? Jista’ jgħid jekk din il-persuna għadhiex tokkupa l-kariga msemmija sal-lum? Fil-każ li le, meta waqfet u x’kienet ir-raġuni? F’liema grad kienet? X’ salarju u perkaċċi kellha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Family Support Unit kien kompost minn tim ta’ persuni bi professjonijiet differenti. Kien iffurmat minn Policy Officer, Social Worker u Family Therapist. Dawn ma kienux jagħmlu parti mis-segretarjat. Is-salarji ta’ tnejn huma skont il-grad tagħhom fis-servizz pubbliku u ma kellhomx perkaċċi. Il-persuna l-oħra kienet fuq kuntratt. Is-social worker kienet tagħmel parti minn Bord, imma minħabba li dan il-Bord beda anke jiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa minħabba l-back log qawwija li sab, kien impossibbli li tagħti daqstant ħin mix-xogħol regolari tagħha.

Tfal Taħt Ordni tal-Ħarsien – Talbiet mingħand ġenituri

Question

B’ referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7005 u 8814, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jżomm il-customer care unit msejjaħ Family Support Unit fil-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, sabiex jittratta mall-ġenituri ta’ tfal b’care order, foster carers u oħrajn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dar residenzjali għall-aħwa — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8815 u ċjoè B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7010, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tas-sejħa ta’ ingaġġ biex jiġu impjegati l-carers li qed jaħdmu fid-dar residenzjali għall-aħwa kif diġà mitlub fil-mistoqsija oriġinali? Tista’ tagħti d-dettalji sħaħ tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? Kemm għandhom paga f’ammont ta’ ewro? Kemm f’ammont ta’ ewro għandhom allowances u għalxiex qed jingħataw dawn l-allowances?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dar residenzjali għall-aħwa – Manual of Procedures

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8816 u 7011 li jikkonfermaw li l-proġett ta’ Dar Residenzjali għall-Aħwa sar mingħajr project document formali, jista’ l-Ministru ta’ lanqas jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokument, anke jekk informali, li jista’ jagħti ħjiel tal-pjanijiet fuq dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – rwol ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8790, jista’ l-Ministru jgħid xi rwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fi ħdan xi dekasteru li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali bejn l-11 ta’ Marzu 2013 sa meta l-persuna konċernata ma baqatx fil-kariga, xi ħlasijiet ingħatat għal dan l-irwol inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija kienet ġiet ittrasferita mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali (fl-SVPR) f’April 2013 fejn ingħatat rwol ta’ konsulent fuq l-anzjanita’ attiva. Ta’ dan ix-xogħol il-persuna imsemmija baqgħet tieħu l-istess salarju li kellha imma kienet tingħata allowance għat-telefon ċellulari u għall-fuel.

Rapport dwar il-pjan soċjo-ekonomiku tan-Nofsinhar ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mħejji mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ippubblikat fl-1997 u li kien jittrata l-pjan soċjo-ekonomiku għan-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk huwa possibbli, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-riċerki relatati ma’ dan ir-rapport?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport imsemmi ma kienx ikkummissjonat mill-Ministeru responsabbli mill-Politika Soċjali u għaldaqstant mhux possibbli għalija li npoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8640 u 6990, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda b’ mod sħiħ u jgħid mhux biss kemm hemm ħsieb li jiġu impjegati nies sal-aħħar tas-sena iżda sa s’issa kemm ġew impjegati nies fuq il-proġett taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja? B’liema mod, f’liema karigi u b’liema kundizzjonijiet ġew impjegati dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8641 u 6990, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda b’aktar ċarezza u jgħid jekk s’issa ġewx impjegati nies fuq il-proġett taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali? Fil-każ, b’liema mod, f’liema karigi u b’liema kundizzjonijiet ġew impjegati dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 8871.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8644, 8643, 6994 u 6995, jista’ l-Ministru jgħid sa meta hemm il-ħsieb li tlesti l-iżvilupp tal-mudell li bih se tibda topera fuqu u meta fil-fatt se tibda topera l-Public-Social Partnerships Maltin ġiex żviluppat sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 8871

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8645 u peress li kontra kif indikat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentri 6995 li tagħti biss indikazzjoni vaga ta’ kif se jaħdmu ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ġodda li mhumiex b’ mod jew ieħor eżistenti, se joffru ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali? Jekk s’issa, minkejja li l-proġett ġie pubblikament imħabbar, għad m’ hemmx maħsub x’miżuri konkreti se jitwettqu, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ifformulati dawn il-miżuri konkreti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8646 u 6997, dwar l-iskop u l-effettività taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja mħabbra mill-Ministru, ma jarahiex stramba l-Ministru li mhux f’pożizzjoni li jgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu indirizzati persuni fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, b’inizjattiva li issa ilha xhur li tħabbret, bħala wieħed mir-rimedji għal persuni li sal-lum għadhom mhux jiġu indirizzati? Fuq liema strateġija u roadmap qed jiġi bbażat l-iżvilupp ta’ dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8646 u 6997, jista’ l-Ministru jgħid xi studju għandu l-Ministru li jagħtu ħjiel tal-għadd ta’ persuni li mhumiex jintlaħqu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Green Paper "Struttura għal-tnaqqis fil-faqar u għall-inklużjoni soċjali 2014 - 2024

Awtoritá tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li jridu jinbidlu l-katusi tad-drenaġġ kif ukoll hemm problema rigward is-soqfa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-problema li tirrigwarda soqfa, kienet saret spezzjoni f’Ġunju tal-2013 fejn ma nstabx li kien hemm ħsara fis-soqfa tal-post imsemmi. Ġew innotati ħsarat fil-ħajt tal-veranda u tlestiet stima tax-xogħlijiet. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru minn kuntratturi mqabbda mill-Awtorità tad-Djar. Dwar ħsara fid-drenaġġ għandha ssir spezzjoni mill-uffiċjali tekniċi fil-jiem li ġejjin.

Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet matul l-aħħar 12-il xahar, li wara spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-dipartimenti konċernati, ittieħdu passi kontra min kien qed ibiegħ laħam li ġie f'Malta minn barra, li iżda kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali (frisk jew iffriżat)? Fejn instabu l-każijiet, u x'tip ta’ laħam instab? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laħam iffriżat mibjugħ bħala frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12- il xahar fejn laħam iffrizat, instab li kien qed jinbiegħ bħala laħam frisk? F'liema lokalitajiet instab dan il-laħam u x'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk instabux, matul l-aħħar 12- il xahar, każijiet ta' prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat