B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, li kienet dwar reviżjoni fil-budget tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex liema budget kien approvat f’April 2013, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji/raġunijiet li wasslu biex ikun hemm:
a) Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages;
b) Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies;
c) Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport;
d) Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Contractual Services?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, d-dettalji / raġunijiet huma
a)
Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages;
Qabel ma’ l-isptar ta’ Għawdex ġie trasferit taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, taħt l-istess vot ta’ l-Isptar ta’ Għawdex kien hemm allokati ukoll fondi għall-uffiċju tas-Sanita. Peress li l-uffiċju baqa jagħmel parti mill-Ministeru ta’ Għawdex, il-fondi allokati għalih ġew trasferiti mal-vot tal-Ministru ta’ Għawdex. EUR342,800 huwa l-ammont ta pagi fil-vot ta’ Salaries and Wages li ġew trasferiti lid-dipartiment tas-Sanita, għalhekk irriżulta dan it-tnaqqis.
b)
Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies;
Matul is-sena 2013 l-isptar ta’ Għawdex biddel is-servizzi tal-catering. Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u għalhekk il-fondi allokati għal-provvista ta ikel taħt dan il-vot ġew trasferriti għal vot ta’ servizzi kuntrattwali.
c)
Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport;
Din iż-żieda kienet riżultat ta’ kredituri relatati ma’ servizzi ta’ transport illi kienu għadhom ma’ tħallsux fis-sena preċedenti u tħallsu fis-sena 2013. Kien hemm ukoll diversi persuni li kienu intitolati għal ‘refunds’ fuq transport illi kienu għadhom ma tħallsux mis-sena preċedent u li tħallsu fis-sena 2013.
d)
Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-I
tem – Operational and Maintenance – Contractual Services?
Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u il-fondi allokati għal-provvista ta l-ikel taħt il- vot ta’ Materials and Supplies għaddew taħt dan il vot Contractual Services. Kien hemm ukoll ammont ta’ kredituri relatati mal-kuntratt tal-ħasil tal-lozor illi kienu għadhom ma’ tħallsux mis-sena preċedenti u li ġew imħallsa matul is-sena 2013. Kien hemm ukoll k
redituri mis-sena 2012 relatati ma’ servizzi ta manteniment ta’ makkinarju illi tħallsu matul is-sena 2013.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li l-iSptar Ġenerali t’Għawdex, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, il-kliniċi li jinsabu ġewwa x-Xewkija, San Lawrenz, l-Għasri, iż-Żebbug, in-Nadur, il-Qala, Għajnsielem, il-Munxar, Kerċem, l-Għarb, is-Sannat u x-Xagħra kif ukoll l-Uffiċcju għas-Saħħa Ambjentali ġewwa r-Rabat u dak kollu li jaqa’ taht is-servizzi tas-sahha pubblika jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Il-Budget allokat għas-sena 2013 f’Jannar u dak revedut f’April għall-istess sena tinsab anness fuq il-Mejda tal-Kamra.