Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi – ħatra tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ġie maħtur għal perjodu ta' tlett snin b'effett mit-23 ta' Settembru 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Settembru 2013 paġni 10,818 u 10,819 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Charles Cilia Membri:- Is-Sur Eric Saliba Is-Sur Mario Mallia Dott. Andrew Azzopardi Fr Saviour Grima Is-Sinj. Elena Borg Is-Sinj. Carmen Nygaard Segretarja tal-Bord:- Is-Sinj. Marcon Cassar

English as a Foreign Language School – ħatra tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-bord tal-English as a Foreign Language School ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ta' Sorveljanza tal-Ingliż bħala Lingwa Barranija ġie maħtur għal perjodu ta' sentejn mit-13 ta' Ġunju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Lulju 2013 paġna 8,930 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Daniel Xerri B.A.(Hons), P.G.C.E., M.A., M.Ed. Membri:- Is-Sinj. Genevieve Abela BPsych., PGCE(PSD) Chev. Ray M. Cassar M.Ed (Manchester); MA; BA (Hons); Cert.IPD (Lond); Dip.NLP (Lond) KCHS Is-Sur Francis Stivala M.O.M.,M.Sc.,B.Sc.,B.A. (Hons)(Econ.). Dott. Odette Vassallo BA(English) (Melit.), P.G.C.E. (Melit.), M.A. (Nott.), PhD (Nott.) Is-Sur Michael Piscopo B.A. (Hons) Public Administration Segretarju tal-Bord:- Is-Sinj. Sue Falzon B.A. (Hons), Youth & Community Studies, M.A. (Youth & Community Studies)

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata ġietx maħtura? Jekk iva, min hemm fuq il-Kummissjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ġiet maħtura għal perjodu ta' tliet snin b'effett mis-17 ta' Lulju 2013 u hija komposta kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Settembru 2013 paġna 10,420 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Martin Scicluna Deputat Chairperson:- Dott. Alexander Manche' Membri:- Dott. Jennifer Casingena Harper Prof. Grace Grima Is-Sur Lawrence Ancilleri Is-Sur Charles Caruana Carabez Prof. John Portelli Dott. Cory Greenland Dott. Tania Sammut Bonnici

manteniment fl-iskejjel — overtime lil ħaddiema tal-Gvern u tal-IPSL

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot qed jitħallas l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern u l- Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li ħadmu overtime matul dan is-sajf sabiex isir ix-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-overtime li sar fis-sajf għax-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel ġie ffinanzjat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports — membri

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4293, jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jkunu qed jinħarġu l-ħlasijiet li se jingħataw il-membri tal-bord u kemm mistennija li tkun l-ispiża totali fis-sena ta' dawn il-ħlasijiet bil-kompożizzjoni attwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li, wara l-approvazzjoni neċessarja mill-Ministeru tal-Finanzi, il-ħlasijiet se jinħarġu minn Vot 15 - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-ispiża mistennija tkun €9,000 fis-sena.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports – remunerazzjoni tas-Segretarju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4293, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun il-ħlas li se jingħata lis-Segretarju tal-istess bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadu ma ġie stabbilit l-ebda ħlas.

Kunsill Malti għall-Isport — evalwazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4282, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel din l-evalwazzjoni u meta mistenni li jkun preżentat rapport finali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-evalwazzjoni qed issir mill-Management Efficiency Unit. Ir-rapport finali mistenni jitlesta għall-bidu tas-sena d-dieħla.

Public Examinations 2012 Appeals Board

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-membri tal-Public Examinations 2012 Appeals Board? Kemm kien hemm applikanti għal postijiet ta’ skrivan, uffiċjal eżekuttiv, assistant principal, principal u senior principal separatament, li rreġistraw nuqqas ta' qbil dwar ir-riżultat tagħhom, ma’ dan il-bord? Fuq liema kriterji/mertu ġew iġġudikati l-marki ta' dawk li ressqu l-ilment quddiem dan il-bord? Hemm raġuni għaliex dawk li ressqu lment quddiem il-bord ma ġewx imsejħa għas-smigħ tal-istess appell, bħalma jiġri f'appelli simili? X’kien l-iskop ta' dan l-appell, jekk il-kandidati ma setgħux jesprimu l-opinjoni tagħhom u r-reviżjonijiet tal-karti kienu diġà ffinalizzati u d-deċiżjonijiet (għat-talba dwar reviżjoni) kienu kkomunikati lill-applikanti? Kemm kienu l-kandidati li nbidlulhom il-marki fuq deċiżjoni tal-istess bord tal-appelli, jiġifieri n-numru ta' persuni li ma kenux għaddew mal-ewwel riżultat u lanqas wara li saret ir-reviżjoni tal-karta? Kien hemm kandidati li ma kenux għaddew miż-żewġ suġġetti (la mal-ewwel riżultat u lanqas wara li saret ir-reviżjoni tal-karti) li għaddew wara li għamlu appell quddiem dan il-bord? Ġie ppubblikat riżultat tal-Public Examination 2012 Appeals Board?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, ħlief għall-ewwel parti tal-mistoqsija, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena ngħatajt parir li mhix il-prassi li dan it-tagħrif isir pubbliku. Din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.

Edukazzjoni — tnaqqis fil-Budget 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi voti mill-budget tal-edukazzjoni 2013, li ġew mnaqqsa minn kif approvati? Jekk iva, liema? Jekk iva, x’inhu l-ħsieb wara dan it-tnaqqis, vot b’vot?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

qasam taż-żgħażagħ — tnaqqis fil-Budget 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-budget allokat għal din is-sena u li kien approvat għal qasam taż-żgħażagħ hux se jkun hemm xi forma ta’ tnaqqis?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva.

Skejjel f’Għawdex – klassijiet u tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet u kemm hemm tfal f’kull skola f’Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel f’Għawdex – kapijiet ta’ skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-elenku tal-kapijiet u tal-assistenti kapijiet ta’ kull skola f’Għawdex u kemm ilhom jokkupaw dan il-post?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.

Skejjel indipendenti u tal-Knisja – nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali li ġew allokati lill-iskejjel independenti u tal-Knisja fi skemi li kienu maħluqa biex jgħinu lil dan is-settur mill-2008 sal-lum? Min ibbenefika minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3718 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Knisja — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ngħataw għal skop ta’ nefqa rikorrenti sena b'sena li ingħataw lill-iskejjel tal-Knisja mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Permanenti — Handover ta' rapporti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1137, jista' Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li s-Segretarju Permanenti kien ipprepara fi tmiem il-leġiżlatura li għaddiet u li kopja tiegħu kienet ingħatat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni qabel l-elezzjoni sabiex il-Ministru l-ġdid jista' jkollu handover tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiena ngħatajt parir li l-proċedura hi li rapport bħal dan ma jitqiegħedx fid-dominju pubbliku.

Klabb 3-16 – użu ta' iskejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistosija parlamentari 2058, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kellu jintlaħaq sa nofs Ġunju bejn il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u Direttorat tas-Servizzi Edukattivi dwar l-użu tal-Klabb 3-16 hux lest? Jista' jghid kemm-il laqgħa saret bejn dawn l-entitajiet u jekk il-prinċipali u kapijiet tal-iskejjel ġewx ikkonsultati jew jekk hux se jiġu kkonsultati? Jista' jqiegħed kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi lestiet abbozz ta' ftehim li ntbagħat lill-iskejjel konċernati. Dawn l-iskejjel jinkludu mhux biss fejn jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 iżda wkoll fejn hemm ċentri tal-Nwar. Il-ftehim qed isir mal-Kapijiet tal-iskejjel konċernati. Kopja tal-abbozz ta' ftehim qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Se ssir konsultazzjoni mal-Prinċipali tal-Kulleġġi jew Kapijiet tal-Iskejjel qabel isir l-abbozz finali tal-ftehim.

ċertifikat tat-tmiem tal-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola ġiex imqassam lill-istudenti kollha kemm dawk tal-iskejjel Gvern, kemm tal-Knisja kif ukoll indipendenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi tibdiliet u, jekk iva, għalfejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola tqassam lill-iskejjel kollha involuti, u l-iskejjel qassmuh lill-istudenti skont il-proċeduri li ilhom stabbiliti minn kull skola għat-tqassim tac-ċertifikat tat-tmiem tal-iskola. Inbeda l-proċess previst ta’ evalwazzjoni ta’ din l-ewwel sena ta’ esperjenza ta’ dan iċ-ċertifikat il-ġdid. Dan se jwassal biex sal-aħħar tal-2013 jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jekk jirriżulta li hemm bżonn xi bidliet ta’ proċeduri frott din l-ewwel esperjenza.

MCAST – bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-MCAST ġiex maħtur mill-elezzjoni ’l hawn? Jekk iva, jista' jgħid min hemm fuq dan il-bord? Jekk le, x'qed iżomm lill-Ministru milli jwaqqaf dan il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ta' Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) ġie maħtur u huwa kompost kif ġej:- Chairperson:- Dott. Silvio De Bono Viċi Chairperson:- Dott. Vincent Cassar Membri:- Prof. Mark G. Borg Is-Sur Victor Satariano Is-Sur David Lionel Jones Dott. Ing. Saviour Zammit Is-Sinj. Louisa Grech Dr. Francis Fabri Is-Sur Brian J Farrugia Is-Sur David Degabriele

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Ministeru ma għamel l-ebda tip ta' ħlas lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant.