Pubblikazzjoni tal-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin wara Diċembru 2014 fil-Gazzetta tal-Gvern, hekk kif stipulat fl-Avviż Legali 47 tal-2014, artikolu 14(2), li jispeċifika li “l-Ministru għandu ta’ kull sena jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern l-ismijiet tal-persuni kollha illi matul it-12-il xahar kalendarji ta’ qabel ikunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-programm” tal-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti tas-seduti tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa numri 35, 38, 45, 46, 47, 48, 49 u 50 fejn saret referenza għall- bye-law dwar tisjir fil-beraħ fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsilli Lokali joperaw b'mod awtonomu fil-parametri li trid il-ligi.
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta m’huwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account:
a. xtraw proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
b. krew proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li jiddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account, waqqfu kumpanija f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Peress li uffiċjali għolja ta’ Identity Malta kienu stqarrew li wieħed mill-parametri li fuqhom tiġi determinata l-applikazzjoni ta’ min japplika għall-Individual Investor Programme (IIP) hija kontribut lejn għaqdiet filantropiċi/NGOs/organizzazzjonijiet simili, mingħajr ma’ neċessarjament jagħti l-isem tal-applikant, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet li saru jew ġew kommessi minn dawk l-applikanti li waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma meta saru l-laqgħat tal-komunità fil-lokalitajiet kollha fis-snin 2014 u 2015? Għal kull laqgħa jista’ jgħid kif kienu infurmati r-residenti u kemm attendew?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom l-applikanti huma ċittadini?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-aħħar ta’ Frar 2016, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, minħabba li kien hemm toroq imblukkati b’inġenji tal-kostruzzjoni, mingħajr il-permessi neċessarji?
Response (BONNICI, OWEN)
B’kollox inħarġu 12-il ticket fir-rigward ta’ kostruzzjoni fil- lokalita ta’ San Pawl il – Baħar bejn il –perjodu t’Ottubru 2015 u Frar 2016, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Period
No of Tickets
Oct-15
1
Nov-15
4
Dec-15
2
Jan-16
0
Feb-16
5
Total
12
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fondi ġew allokati lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn fis-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Isem ta’ Skema
Fondi
Annual budget
€714,960
DLG Wasteserv
€51,927.80
Green MT
€874
Europe for citizens
€12,500
Nifthu bieb iehor
€1,932
Measure 125
€5, 339
Measure 413.A5
€15, 000
Measure 313
€91, 520
Skemi Internet
€210
Lamp posts by MTA
€4,602
Flamingo night by MTA
€1,037
Memo 12-2014
€769
Memo 10-2015
€600
World Tourism Day
€440
Cultural Activities
€2,483
Cies scheme
€2,253
Jista’ l-Ministru jinformani jekk ir-residenti ta’ Tas-Sliema għandhomx l-istess dritt bħal ħaddieħor għar-residents’ parking, li kienet ġiet sospiża xi snin ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Akkwist ta’ –ċittadinanza minn barranin miżżewġin Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23591 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi raġuni li dawk il-barranin li applikaw fl-2014 wara ħames snin żwieġ ma’ Malti/Maltija u għandhom il-karti f’posthom, għadhom qed jistennew il-formalità li jsiru Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex tintlaqa’ applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija, l-applikant irid jissodisfa l-kriterji meħtieġa u jippreżenta d-dokumentazzjoni relattiva. L-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet jinvolvi l-verifiki meħtieġa u r-raġuni għaliex uħud minnhom għadhom ma ġewx iffinalizzati hija li l-ipproċessar imsemmi għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens, f'total għal kull lokalità tar-Reġjun tat-Tramuntana, minn meta l-wardens ġew taħt il-kontroll ta' aġenzija tal-Gvern? Kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu kull ġimgħa, fl-istess lokalitajiet? Jista’ jagħti tagħrif dwar kif jitqabblu t-totali ta’ kull lokalità fil-perjodu Ottubru 2014 u Frar 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jinżammx infurmat dwar in-numru ta' petizzjonijiet dwar ċitazzjonijiet tat-traffiku li jirċievi l-bord tal-petizzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' petizzjonijiet li rċieva mil-lokalitajiet tar-Reġjun tat-Tramuntana, lokalità lokalità, kull xahar minn Jannar 2015 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-petizzjonijiet, ġew aċċettati mill-istess Bord kull xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – pagi tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienet ir-rata tal-paga kull siegħa tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi privati li jagħtu servizz f’xi parti mid-dikasteru li taqa’ taħtu u dan wara sejħiet għall-offerti li saru wara l-1 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Jannar 2013, l-1 ta’ Jannar 2014, l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta' Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għall-dawn l-istess gradi f’każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-festi pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Lokalitajiet li ma kellhomx servizzi ta’ gwardjani lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-bidu tas-sena kienx hawn xi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex li ma kenux qed jingħataw is-servizz tal-gwardjani lokali, imqar għal ftit żmien biss? Jekk iva, jista’ jgħid liema kienu dawn il-lokalitajiet u jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għal din is-sospensjoni fis-servizz?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Marsa u l-Furjana s-servizz tal-gwardjani lokali kien sospiż bejn id-9 u 29 ta’ Frar, 2016 u dan minhabba kwistjonijiet ta' ratifikazzjoni teknika ta' parti mill-operat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23456 u jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-ċittadinanza li saru bejn l-1 ta Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 taħt il-programm ta' Ċittadinanza b’Investiment (IIP) u jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu u jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ċertifikati ta' ċittadinanza maħruġa mill-Ministru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor Interpellant illi n-numru ta’ applikazzjonijiet illi l-Agenzija irceviet bejn Jannar 2015 u Dicembru 2015 jammonta għal 578. 476 –il applikazzjoni għaddew għat-tieni fazi tal-proċess, jiġifieri, ippreżentaw l-applikazzjoni u d-dokumenti kollha neċċessarji lil Aġenzija sabiex jgħaddu mill-proċess ta’ skrutinju. Minn dawn kien hemm 147-il applikazzjoni illi ġew approvati filwaqt li kienu 54 dawk illi lestew il-proċess kollu u ingħataw ċittadinanza Maltija. 102-il applikazzjoni għadhom m'għaddewx għat-tieni fażi jew għax kien hemm nuqqas ta' dokumentazzjoni jew inkella għax ġew rifjutati.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza li ġew aċċettati iżda li għadhom qegħdin jistennew lill-Ministru jiffirma ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza? Jista' jagħti wkoll id-data ta' meta ngħatat l-approvazzjoni għal dawn iċ-ċittadinanzi u jgħid għaliex il-Ministru għadu ma ffirmax dawn iċ-ċertifikati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija tkun ikkunsidrata bħala aċċettata meta l-Ministru jiffirma ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza.