Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imwiet Traġiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' imwiet traġiċi s-sena l-oħra u x'kienet il-kawża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar imwiet traġiċi matul l-2004 huwa kif ġej: Kawża tal-mewtNumru Omiċidju7 Inċidenti tat-traffiku14 Suwiċidju25 Inċidenti fatali oħra24

Pulizija — Rapporti ta' stupri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi rappurtati lill-pulzija ta' stupri jew allegat stupri s-sena l-oħra u f'liema lokalita' sar l-allegat abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrapurtati lill-Pulizija 14 każi ta’ stupru jew allegat stupru f’dawn il-lokalitajiet: BirkirkaraMarsascalaSan Pawl il-Baħar BirżebbugiaMġarrSliema GħaxaqSan ĠiljanŻebbuġ Ħamrun

Qrati — Vjolenza domestika

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra minħabba vjolenza domestika? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 367 persuna (111 nisa u 256 irġiel) fuq akkużi li jistgħu b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika.

Liġi Possession and Use

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use? F'liema lokalitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' postijiet li ġew esproprijati taħt it-titolu ta' possession and use jew public tenure huwa ta' 2,702. Il-lokalitajiet huma is-segwenti:- Mandraġġ400 Floriana u l-Belt567 Ħal Safi57 Tas-Sliema32 Ħaż Żabbar30 Birkirkara16 Raħal Ġdid u Kordin75 L-Isla319 Bormla707 Birgu392 Gudja1 Marsa91 Msida3 Mosta3 Ħal Qormi2 Żurrieq2 Ħal Għaxaq3 Ħal Balzan1 Żejtun1 99% ta' dawn il-possession and use ħarġu qabel l-1987. Mal-bidla fil-Gvern fl-1987, id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ ordnijiet bħal dawn f'każijiet eċċezzjonali jew meta il-Gvern kellu intenzjoni li iktar tard jixtri l-post xorta waħda.

Deċiżjonijiet tal-qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigura li d-dipartimenti tal-gvern ikunu l-ewwel li josservaw id-deċiżjonijiet tal-qrati? Jista' għallinqas jassigura dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' ma jħallix li d-dipartiment li jkun ikkundannat iħallas danni mill-qorti kostituzzjonali, minkejja diversi reminders, id-dipartiment jibqa' jgħid li qed jikkonsidra, jipproċessa u jipprepara, minkejja li jkunu għaddew kważi sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku u jiċċara l-Mistoqsija tiegħu biex inkun nista' nagħti risposta xierqa.

Ġustizzja u Intern — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni s-sena l-oħra, fejn, ta' liema sess kienu u x'eta' kellhom? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 73 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 251 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Marsa, Valletta, Floriana u San Pawl il-Baħar. Minn dawn 60 kienu nisa u 13 irġiel u l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn it-18 u l-65 sena. Kollha kienu Maltin ħlief għal waħda.

Qrati — Persuni akkużi fuq każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħaddmu persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni u x'weħlu f'kull każ individwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 13-il persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħaddmu persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni. Minn dawn 8 każi ġew deċiżi u s-sentenzi mogħtija kienu jinkludu ħabs, multa, sentenza ta' ħabs sospiża u probation.

Qrati — Persuni akkużati fuq over speeding

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għal over speeding is-sena l-oħra? Kemm inqabdu mill-ispeed cameras, kemm mill-gwardjani lokali u kemm mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 1,029 persuna li nbdew proċeduri kontrihom quddiem il-Qorti mill-Pulizija fuq sewqan eċċessiv, li minnhom kien hemm 739 bl-speed cameras. Infurmat ukoll li fis-sena 2004 tressqu 1,946 persuna għal overspeeding permezz ta' l-speed cameras, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Gwardjani Lokali. L-informazzjoni l-oħra għar-rigward ta' kemm tressqu persuni b'overspeeding mill-Gwardjani Lokali mhux permezz ta' speed cameras għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Postijiet ta' Divertiment — Bouncers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani biex il-bouncers ta' postijiet ta' divertiment ikollhom liċenzja li biha juru li huma trained f'sigurta', fire fighting u first aid?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2171.

Pulizija — Bouncers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-liġi - pulizija - inqabdu jaħdmu bħala bouncers ġo postijiet ta' divertiment fil-ħin liberu tagħhom bejn l-2000 u l-2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 l'hawn kien hemm tmien membri tal-Korp tal-Pulizija li nstabu li kienu qed jagħmlu xogħol ta' security f'postijiet ta' divertiment mingħajr permess.

Dipartiment ta' l-artijiet — Garaxxijiet f'Pembroke

Question

Ġaladarba ħarġu tenders għal garages fi Triq Prof. Walter Ganado, f'Pembroke għal erbgħa darbiet u r-residenti nteressati għamlu l-offerta tagħhom, għandhomx dawn il-garaxxijiet ikunu mikrija lilhom, fl-isfond li dawn għandhom xi servizzi tad-djar għaddejjin minn hemm u qishom parti mid-dar tagħhom? Possibbli li l-kera li ntalbet tkun iżjed mill-kera li qiegħed jitħallas għad-djar stess? Tista' tinstab soluzzjoni għal dawn ir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 9 garaxxijiet li jinsabu taħt 9 residenzi fi Blokk 5 Triq Walter Ganado, Pembroke. Kienet mill-ewwel l-intenzjoni tad-Dipartiment li jagħti d-dritt ta’ l-ewwel rifjut lill-inkwilini li jiġu eżatt fuq kull garaxx u dan dejjem skond il-policy attwali. Fil-fatt saru l-kuntratti ta’ erba’ garaxxijiet li qed iħallsu l-kera skond kif stmata mid-Dipartiment. Il-ħamsa l-oħra baqgħu ma jridux jgħollu l-offerta anke wara li l-offerta nħarġet għal erba’ darbiet. Iva, il-kera tal-garaxxijiet hija iżjed mill-kera tar-residenzi għar-raġuni li l-kera tar-residenti hija sussidjata filwaqt li dik tal-garaxxijiet m’hijiex.

Korp tal-Pulizija — Sick Leave

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li meta uffiċjal tal-korp tal-pulizija joħroġ bis-sick leave jiġi ordnat jagħmel statement għaliex ikun ħareġ bis-sick leave?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhix ir-regola li meta membru tal-Korp tal-Pulizija joħroġ bis-sick leave jiġi mitlub jagħmel statement għaliex ikun ħareġ bis-sick leave. Pero' ta' min ifakkar illi hija offiża kontra d-dixxiplina bi ksur ta' artikolu 9 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164) jekk membru tal-Korp ifinġi jew jesaġera xi mard jew offiża bl-iskop li jiskarta x-xogħol. Sintendi fejn ikun suspettat li seta' kien hemm ksur ta' dan ir-regolament, issir l-investigazzjoni opportuna fejn membru tal-Korp jista' jkun mitlub jagħti spjegazzjoni.

Korp tal-Pulizija — Taqsima tat-Traffic

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-korp tal-pulizija li jaħdmu fit-taqsima tat-traffic talbu biex jiġu trasferiti għal taqsimiet oħra? X'kienu r-raġunijiet li ngħataw għal dawn it-talbiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm pendenti talbiet minn ħames membri tal-Korp li huma stazzjonati fit-Taqsima tat-Traffiku sabiex jiġu stazzjonati f'xi Taqsima oħra tal-Korp. Ħadd minnhom ma niżżel ir-raġuni għat-talba tiegħu.

Korp tal-Pulizija — Light Duties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu fuq light duties l-uffiċjal tal-korp tal-pulizija li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex qiegħed fuq light duties?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membru tal-Korp imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa eżentat minn xogħol ta' waqfien fit-tul u fejn ikun meħtieġ l-użu ta' saħħa fiżika, wara li kien sofra feriti serji u fit-tul, f'inċident tat-traffiku waqt li kien qed jaqdi d-dover tiegħu fl-1993.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se terġa' issir sejħa għad-dħul ta' rekluti fil-korp tal-pulizija? Kemm huwa n-numru totali ta' nies fil-korp? Kemm hemm vakanzi f'kull rank?

Response (BORG, TONIO)

Fi żmien qasir se jibda kors għal rekluti ġodda li applikaw fl-2004. Għalhekk għalissa m'hemmx il-ħsieb li ssir sejħa oħra għar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija. Fil-preżent hemm 1,762 membru fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li hemm vakanzi ta' 2 Supretendenti, 2 Spetturi, 18 Surġent Maġġur, 18 Surġent u 166 Kuntistabbli.

Immigranti Klandestini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issirx tfittxija fuq l-immigranti klandestini ġaladarba jidħlu Malta? Jekk iva, kemm instabu flus kontanti u f'xi forma oħra bħal, credit cards, eċċ., u passaporti fuq immigranti maqbuda s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.