Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna Soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm familji li bbenefikaw miċ-children allowance matul is-snin 1995-2000, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tinstab hawn taħt: Allowance tat-Tfal 1996 47,480 1997 43.477 1998 42.581 1999 41,570 2000 40,690

Benefiċċji soċjali — SKA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies li bbenefikaw mill-SKA matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tinsab hawn taħt: 1995 12,469 1996 13,156 1997 13,857 1998 14,175 1999 14,344 2000 13,611

Kartuna Roża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies li kellhom il-kartuna r-roża matul is-snin 1995-2000 (sena b'sena)? Jista' jgħid kemm inħarġu kartuniet roża minn mindu ġiet introdotta għall-marda tad-diabete biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Kartuniet Roża li nħarġu f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 1994 5631 1995 5292 1996 4710 1997 4867 1998 4822 1999 8636 2000 6559 Qatt ma nżammet statistika li tirreferi għall-kundizzjoni medika li għaliha tkun inħarġet il-Kartuna r-Roża.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jintervjeni personalment li l-armla li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament fejn tnaqsilha r-relief ta' Lm36.16 biex issa spiċċat tieħu relief miżeru ta' Lm84.40c

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fit-28 ta' Frar 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.

Benefiċċji Soċjali — Maternita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni d-dipartiment tas-sigurta' soċjali ma laqax it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament għall-benefiċċju għal maternita', u dan meta ż-żewġ ġenituri jgħixu Malta, iħallsu t-taxxa u l-bolla Malta u t-tarbija li għaliha intalbet l-għajnuna twieldet hawn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fit-23 ta' Marzu 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.

Djar — Xiri ta' appartament

Question

Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni ta' l-inkwilini ta' block D3, Flat 3, sabiex jixtru l-apparatament tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-fond li qiegħed jirreferi għaliħ, inkluż il-lokalita' fejn qiegħed, biex inkun nista' ninvestiga.

Għajnuna Soċjali — Stallazjoni ta' Lift

Question

Billi l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandha min hu handicapped fil-famija, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni lit-talba tagħha biex isir lift fil-block fejn toqgħod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant ingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa u qiegħed jingħata priorita'.

Għajnuna Soċjali — Ħalib Xkumat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li l-provvediment ta' ħalib tat-trab xkumat issussidjat mid-dipartiment ser jitwaqqaf b'effett mill-ġimgħat li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 10617 u 11409 f"Seduti Numru 164 u 185 rispettivament.

SVPR — Arloġġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-arloġġ li hemm mal-faċċata ta' barra fil-wing il-ġdid li għadu kemm infetaħ f'St Vincent de Paule Residence?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-arlogg li tqiegħed fil-frontispizju tal-blokk tas-Serenity Wards hija Lm17,217.39. Din is-somma tkopri dawn l-'ispecifications' skond il-'quotation' relattiva:- 'The manufacture, supply and installation of a surface mounted 1600mm diameter acrylic ornamental tower clock; Gold leaf numerals and hands for optimum weather proofing performance; A Carillon computerised sound system with programmable chimes including the Malta Westminster Chime and external speakers; A GPS receiver and satellite control system to keep the clock at the precise time and self tune it in the case of a power failure; A battery back up for five days; A 10 year servicing and maintenance warranty.' L-arloġġ kompla sebbaħ il-blokk u l-courtyard spazzjuża u attrezzata bil-kumditajiet kollha għall-anzjani. Huwa ta' sodisfazzjon li tara ta' kuljum l-anzjani residenti fil-wards ta' madwar din il-courtyard u anke l-qraba tagħhom igawdu l-ambjent sabiħ li żgur qatt ma kien jeżisti f'San Vinċenz de Paule.

Sigurta' Soċjali — Ħlas lura

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm għandu jagħti flus lura lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Jista' dan l-individwu jiġi nformat bil-miktub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fis-16 ta' Frar 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.

Sussidju fuq Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tneħħilha s-sussidju fuq dawl u ilma? Tista' din l-anzjana tkun taf ir-raġuni bil-miktub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-mains ta' l-ilma li jinsabu taħt it-taraġ fi block 4, Luqa Road, Tarxien, jiġu magħluqa minħabba l-inkonvenjent li qiegħed jikkawża lill-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni Soċjali — Persuni b'Disabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment akkomodazzjoni soċjali ma jqisx l-assi biex jalloka appartament lil persuna b'disabilita' severa ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna b'diżabilita' li taffettwa l-mobilita' tagħha, tingħata 20 punt żejda meta tapplika mad-Dipartiment, iżda xorta waħda trid tissodisfa l-kriterji l-oħra kollha biex l-applikazzjoni tagħha tiġi aċċettata u pproċessata.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Care workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li l-care workers li jaħdmu mad-dipartiment ta' l-anzjani jingħataw kariga fissa mad-dipartiment? Japprezza l-Ministru li l-istatus tagħhom huwa wieħed preġudikali u dan għaliex jaħdmu kważi daqs ħaddiema full-time u jitħallsu biss Lm1.50 fis-siegħa u ma jikkwalifikaw għal ebda benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-care workers li jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani huma kollha ħaddiema fissi mad-Dipartiment u għalhekk jitħallsu s-salarju skond il-grad tagħhom bil-benefiċċji kollha dovuti.

NI Contributions

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-NI contribution li nġabret matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kienu minn entitajiet privati, kif ukoll minn self-employed u minn ħaddiema tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

SVPR — CSAs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu CSAs f'St Vincent de Paule Residence dan l-aħħar? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar kellhom jiddaħħlu ta' malajr numru ta' CSA's fir-Residenza San Vinċenz biex jagħmlu xogħol ta' tindif fis-Serenity Wards li għadhom kemm infetħu. Il-11-il CSA's li bdew jaħdmu dan l-aħħar ġejjin minn Ħal-Luqa, Isla, Furjana, Ħamrun u Żebbuġ.

SA — Single Parents

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm single parents li bbenefikaw mill-SA allokata għalihom skond il-liġi matul is-snin 1995-2000 sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, l-Għajnuna Soċjali fil-forom kollha tagħha, titħallas skond il-provvedimenti ta' l-Artiklu 30. Peress li r-rata ta' Għajnuna titħallas, fost affarijiet oħra, skond in-numru ta' persuni fil-familja, ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm minn dawk li jitħallsu huma single parents. Madankollu nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22982 li tagħti informazzjoni biss dwar l-ommijiet mhux miżżewġa.